Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 95,21 Kb.
səhifə1/5
tarix28.07.2018
ölçüsü95,21 Kb.
#59302
  1   2   3   4   5

MALTA


DIBATTITI TAL-KAMRA TAD-DEPUTATI

(Rapport Uffiċjali u Rivedut)
IT-TLETTAX-IL PARLAMENT

Seduta Nru 2



It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju, 2017


Stampat fl-Uffiċċju tal-Iskrivan

Kamra tad-Deputati

MALTA


Prezz €2.50

IT-TLETTAX-IL PARLAMENT
Seduta Nru 2

It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju, 2017


Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament,

il-Belt Valletta, fis-6.01 p.m.

Talba

Seduta Nru 2
It-Tnejn, 26 ta’ Ġunju, 2017

WERREJ




MINUTI 4

KUNSENS GĦALL-ATTI 4

INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER 4

TQEGĦID TA’ KARTI 5

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA 11

ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR IŻ-ŻWIEĠ U LIĠIJIET OĦRAJN 11

MARRIAGE ACT AND OTHER LAWS (AMENDMENT) BILL 11

FTEHIM TAL-KAMRA 43



AĠĠORNAMENT 44


MINUTI



Il-Minuti tas-Seduta Nru 1 li saret fl-24 ta’ Ġunju 2017 ġew ikkonfermati.

KUNSENS GĦALL-ATTI



L-ISPEAKER (Onor. Anġlu Farrugia): Ninforma lill-Kamra li l-President ta’ Malta għoġobha tagħti l-kunsens tagħha għal:
ATT Nru XVI tal-2017 - Att tal-2017 li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi;
ATT Nru XVII tal-2017 – Att tal-2017 dwar Artijiet tal-Gvern;
ATT Nru XVIII tal-2017 – Att tal-2017 dwar il-Pulizija;
ATT Nru XIX tal-2017 – Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni Ċivili;
ATT Nru XX tal-2017 – Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar ir-Rifuġjati; u
ATT Nru XXI tal-2017 - Att tal-2017 dwar il-Bank Malti ta’ Żvilupp.


INFORMAZZJONI MILL-ISPEAKER



L-ISPEAKER: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali Nru 1, Rikors Nru 8/11 JRM datata t-8 ta’ Mejju 2017 Anthony P. Farrugia vs l-Onor. Prim Ministru, l-Avukat Ġenerali, il-Kummissarju tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud u l-Kummissarju tal-Pulizija;
Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-iSpeaker, bħala Chairperson tal-Commonwealth Parliamentary Association Small Branches, għal-Laqgħa ta’ Nofs is-Sena tal-Kumitat Eżekuttiv tal-istess assoċjazzjoni li nżammet f’Darwin l-Awstralja bejn l-24 u t-28 ta’ April 2017;
Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-iSpeaker, fil-4th Summit of Presidents of Parliaments li nżammet fis-Senat Taljan f’Ruma, fil-11 u t-12 ta’ Mejju 2017 fuq stedina tal-President tas-Senat Taljan l-E.T. Pietro Grasso;
Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-iSpeaker, bħala Chairperson tal-Commonwealth Parliamentary Association Small Branches, u tal-Onor. Godfrey Farrugia, għas-Sebgħa u Erbgħin Laqgħa Annwali tal-British Islands and Mediterranean Region (BIMR) li nżammet f’Ġibiltà, bejn il-21 u l-24 ta’ Mejju 2017;
Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tad-Delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, magħmula mill-Onor. Godfrey Farrugia, l-Onor. Silvio Parnis u l-Onor. Frederick Azzopardi, fil-Laqgħa tal-Ħarifa tal-istess Assemblea li nżammet bejn id-29 ta’ Settembru u t-2 ta’Ottubru 2016 fi Skopje; u
Ir-rapport dwar il-parteċipazzjoni tal-Onor. Godfrey Farrugia u l-Onor. Ryan Callus fis-65th Westminster Seminar dwar il-Prattiċi u l-Proċeduri Parlamentari li nżamm f’Londra bejn il-21 u l-25 ta’ Novembru 2016.
Ngħaddu issa għat-Tqegħid ta’ Karti. Il-Prim Ministru.


TQEGĦID TA’ KARTI



ONOR. JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 107 tal-2017 - Ordni tal-2017 li Jwaqqaf l-Aġenzija dwar Visa u Residenza f’Malta;
Avviż Legali Nru 108 tal-2017 - Ordni tal-2017 li jemenda t-Tieni Skeda tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika;
Avviż Legali Nru 126 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar Ħatriet;
Avviż Legali Nru 138 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Networks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (Ġenerali);
Avviż Legali Nru 139 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Awtorizzazzjoni ta’ użu ta’ Frekwenzi (Għoti ta’ Servizzi Satellitari Mobbli ta’ 2GHz);

Avviż Legali Nru 149 tal-2017 - Ordni tal-2017 li jwaqqaf l-Aġenzija dwar Governanza tal-Bioriżorsi Agrikoli; u


Avviż Legali Nru 154 tal-2017 - Ordni tal-2017 li jwaqqaf l-Aġenzija Malta-EU Steering and Action Committee - MEUSAC.
L-ISPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Bartolo.
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 160 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar il-Kummerċjalizzazzjoni tal-Faċilitajiet Sportivi;
Avviż Legali Nru 168 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2005 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Gradi ta’ Bachelor of Arts - B.A. - u Bachelor of Arts (Honours) - B.A. (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti;
Avviż Legali Nru 169 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta’ Bachelor in Dance Studies (Honours) - B. Dance St. (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Iskola tal-Arti Performattiva;
Avviż Legali Nru 170 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Gradi ta’ Bachelor of Knowledge and Information Management (Honours) - B.KIM (Hons) - u Bachelor of Knowledge and Information Management - B.KIM - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għarfien;
Avviż Legali Nru 171 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad tal-2004 għall-Grad ta’ Bachelor of Science in Information Technology (Honours) - B.Sc. IT (Hons) - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni;
Avviż Legali Nru 172 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2016 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għall-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) in Sport and Physical Activity - B.Sc. (Hons) SPA - taħt il-patroċinju tal-Istitut għall-Edukazzjoni Fiżika u Sport;
Avviż Legali Nru 173 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 skont ir-Regolamenti Ġenerali għar-Rikonoxximenti Universitarji sal-Ewwel Grad, 2004 għas-Certificate in German - Cert. Ger. - jew għad-Diploma in German - Dip. Ger. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Arti;
Avviż Legali Nru 174 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2014 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Arts - M.A. - taħt il-patroċinju tal-Iskola tal-Arti Performattiva;
Avviż Legali Nru 178 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2010 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master in Performance Studies (Dance) taħt il-patroċinju tal-Istitut tal-Mediterran;
Avviż Legali Nru 179 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemedaw l-Ordinamenti tal-2011 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Arts in Tourism - M.A. - taħt il-patroċinju tal-Istitut għat-Turiżmu, l-Ivvjaġġar u l-Kultura;
Avviż Legali Nru 180 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 skont ir-Regolamenti Ġenerali tal-2008 għar-Rikonoxximenti Universitarji ta’ wara l-Ewwel Grad għall-Grad ta’ Master of Science - M.Sc. - taħt il-patroċinju tal-Fakultà tal-Kirurġija Dentali;
Avviż Legali Nru 181 tal-2017 - Ordinamenti tal-2017 biex jemendaw l-Ordinamenti tal-2013 għall-Għażla tal-Applikanti għad-Dħul fil-Kors għall-Grad ta’ Bachelor of Science (Honours) (Occupational Therapy) taħt il-patroċinju tal-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa; u
Ir-rapport annwali ta’ Jobsplus għas-sena 2016.
L-ISPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Dalli.
ONOR. HELENA DALLI (Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 144 tal-2017 - Ordni tal-2017 li jemenda l-Ordni ta’ Standard Nazzjonali dwar l-Inqas Paga Nazzjonali; u
Avviż Legali Nru 156 tal-2017 - Ordni tal-2017 ta’ Standard Nazzjonali dwar il-Leave ta’ Prokreazzjoni Medikament Assistita.
L-ISPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 102 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar il-Proċedura waqt l-Interrogazzjoni ta’ Persuni Suspettati u Persuni Akkużati;
Avviż Legali Nru 106 tal-2017 - Safety of Toys (Amendment) Regulations, 2017;
Avviż Legali Nru 115 tal-2017 - Child-Resistant and Novelty Lighters (Revocation) Regulations, 2017;
Avviż Legali Nru 117 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar Ksur tal-Liġi tal-Kompetizzjoni (Azzjonijiet għad-Danni); u
Avviż Legali Nru 130 tal-2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tal-Att tal-2017 dwar il-Koabitazzjoni (Att Nru XV tal-2017).
L-ISPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Abela.
ONOR. CARMELO ABELA (Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ): Sur President, f’isem il-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 101 tal2017 - Regolamenti tal-2017 dwar ir-Rekwiżizzjoni ta’ Spazji Mħaffra;
Avviż Legali Nru 114 tal2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tal-Att dwar l-Intrapriżi ż-Żgħar (Kap. 512);
Avviż Legali Nru 140 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Krediti ta’ Taxxa għal Intrapriżi Mikro u għal Persuni li jaħdmu għal Rashom;
Avviż Legali Nru 143 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Garanzija ta’ Self Żgħir;
Avviż Legali Nru 152 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Inċentivi għas-Sostenn tal-Intrapriża;
Avviż Legali Nru 153 tal-2017 - Regolamanti tal-2017 dwar Kreditu ta’ Taxxa fuq ir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni;
Avviż Legali Nru 158 tal-2017 - Regolamanti tal-2017 dwar Start-up Finance;
Avviż Legali Nru 166 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar Attivitajiet ta’ Riċerka u Żvilupp;
Avviż Legali Nru 167 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar l-Iżvilupp ta’ Ħiliet fil-Catering;
Avviż Legali Nru 176 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħinijet tal-Ftuħ tan-Negozji;
Avviż Legali Nru 177 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ;
f’isem il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma nqiegħed fuq ilMejda talKamra:
Avviż Legali Nru 104 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (Emenda Nru. 2);
Avviż Legali Nru 118 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar is-Suq tal-Gass Naturali;
Avviż Legali Nru 119 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Bejgħ ta’ Elettriku ġġenerat minn Unitajiet ta’ Koġenerazzjoni;
Avviż Legali Nru 120 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Tariffi Feed-in (Elettriku Ġenerat minn Stallazzjonijiet Fotovoltajċi tax-Xemx) (Emenda Nru.3);
Ir-rapport annwali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-2016;
Ir-rapport annwali u draft tal-istqarrijiet finanzjarji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-2016;
Il-Budget Statement tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-2017;

Ir-rapport annwali tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għall-2015-16;


f’isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 131 tal-2017 - Ordni tal-2017 dwar Eżenzjoni mit-Taxxa fuq donazzjonijiet ta’ Valuri Negozjabbli u Proprjetà Immobbli li Tintuża għan-Negozju;
Avviż Legali Nru 132 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Skema ta’ Kumpens lid-Depożitant;
Avviż Legali Nru 137 tal-2017 – Regolamenti tal-2017 dwar il-Ħatra tal-Entità tal-ADR tal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji;
Avviż Legali Nru 155 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku;
Avviż Legali Nru 175 tal-2017 – Regoli tal-2017 dwar Tnaqqis u Krediti ta’ Taxxa (Kwalifiki Rilevanti għall-Industrija);
f’isem il-Ministru għat-Turiżmu nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 109 tal2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tal-Att tal-2016 li jemenda l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni ta’ Inġenji tal-Ajru (Att Nru III tal-2016);
f’isem il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali nqiegħed fuq ilMejda talKamra:
Avviż Legali Nru 116 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ġurament tal-Kariga (Uffiċjali tal-Ħabs);
Avviż Legali Nru 122 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħabs (Emenda);
Avviż Legali Nru 133 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Ġurisdizzjoni Addizzjonali tal-Bord tal-Appelli dwar l-Immigrazzjoni;
Avviż Legali Nru 134 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar drittijiet li għandhom jitħallsu għal dokumenti mitlufa jew meqruda;
Avviż Legali Nru 136 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni Ċivili (Dixxiplina u Assoċjazzjoni);

Avviż Legali Nru 141 tal-2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tal-Att tal-2017 dwar il-Pulizija (Att Nru XVIII tal-2017);


Avviż Legali Nru 142 tal-2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Protezzjoni Ċivili (dixxiplina u assoċjazzjoni) (Avviż Legali 136 tal-2017);
Avviż Legali Nru 146 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Pulizija ta’ Malta;
Avviż Legali Nru 148 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji;
Avviż Legali Nru 150 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Liċenzi għall-Armi;
Avviż Legali Nru 151 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw l-Iskedi I u III li jinsabu mal-Att dwar l-Armi; u
Avviż Legali Nru 162 tal-2017 - Avviż ta’ bidu fis-seħħ tar-Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji (A.L 148 tal-2017);
f’isem il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 110 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis tal-Emissjonijiet Industrijali (Emenda Nru. 2);
Avviż Legali Nru 111 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar il-Perjodu tal-Għeluq tal-Uffiċċji tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi;
Avviż Legali Nru 112 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent (Trasferiment tal-Attiv);
Avviż Legali Nru 113 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Assenjament tal-Attiv, Drittijiet, Debiti, Obbligi u Funzjonijiet);
Avviż Legali Nru 128 tal-2017 - Examination of Varieties of Vegetable Species (Amendment) Regulations, 2017;
Avviż Legali Nru 129 tal-2017 - Examination of Varieties of Agricultural Plant Species (Amendment) Regulations, 2017;
Avviż Legali Nru 145 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Maniġġjar ta’ Skart (Batteriji u Akkumulaturi);
Avviż Legali Nru 157 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar l-Operazzjonijiet tal-Akkwakultura;
Avviż Legali Nru 161 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar il-Protezzjoni ta’ Annimali li jintużaw għal Skopijiet Xjentifiċi;
Avviż Legali Nru 163 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 dwar il-Limitazzjoni tal-Emissjonijiet ta’ Ċertu Inkwinanti Atmosferiċi;
Avviż Legali Nru 164 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Iskart;
Avviż Legali Nru 165 tal-2017 - Fruit Trees Propagating Material (Amendment No. 3) Regulations, 2017;
f’isem il-Ministru għas-Saħħa nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 127 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jirrevokaw leġislazzjoni sussidjarja magħmula taħt l-Ordinanza dwar it-Tħaris mill-Mard; u
f’isem il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 103 tal2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp (Proċedura Għal Modifiki Minuri ta’ Pjanijiet Sussidjarji);
Avviż Legali Nru 121 tal2017 – Avviż ta’ Bidu Fis-Seħħ tal-Att dwar l-Awtorità tal-Artijiet (Kap. 563);
Avviż Legali Nru 123 tal2017 – Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar l-Ikklampjar u t-Tneħħija ta’ Vetturi bil-Mutur u Oġġetti ta’ Ingombru;
Avviż Legali Nru 124 tal2017 – Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Testijiet biex Jiċċertifikaw li Vetturi bil-Mutur huma Tajba għat-Triq;
Avviż Legali Nru 125 tal2017 – Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar ir-Reġistrazzjoni u l-Liċenzjar ta’ Vetturi bil-Mutur;
Avviż Legali Nru 135 tal-2017 - Regolamenti tal-2017 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħaddiema tal-Port;
Avviż Legali Nru 147 tal-2017 – Regolamenti tal-2017 dwar il-Votazzjoni (Restrizzjoni ta' Aċċess);
Avviż Legali Nru 159 tal-2017 – Regolamenti tal-2017 dwar Art Agrikola;
Rapport Annwali tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-sena 2016;
Estimi Finanzjarji u l-Business Plan tal-Awtorità tal-Ippjanar għas-snin 2018-2020; u
Estimi Finanzjarji u Business Plan tal-Awtorità talArtijiet għassnin 2018-2020.
L-ISPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Falzon.
ONOR. MICHAEL FALZON (Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali): Sur President, inqiegħed fuq ilMejda talKamra:
Avviż Legali Nru 105 tal2017 - Ordni tal-2017 dwar l-Awtorità tad-Djar (Trasferiment ta’ Proprjetà) (Nru. 2).
L-ISPEAKER: Grazzi. Stqarrijiet Ministerjali? Mozzjonijiet? Ordnijiet tal-Ġurnata.




Yüklə 95,21 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2023
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə