Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 170,67 Kb.
səhifə6/8
tarix28.07.2018
ölçüsü170,67 Kb.
#59303
1   2   3   4   5   6   7   8

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB




SPTAR MATER DEI - PAZJENTI JISTENNEW FUQ STRETCHER FIL-KURUDURI
13255. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher f’xi kurudur, fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei li mhux ward, bejn Ottubru u Novembru 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
ONOR. KONRAD MIZZI (Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa): F’Ottubru tal-2014 kien hemm 123 pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 376 pazjent. F’Novembru tal-2014 kien hemm 124 pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 637 pazjent.

KURA BARRA MINN MALTA – SPTARIJIET FEJN INTBAGĦTU L-PAZJENTI
13256. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta bejn Ottubru u Novembru 2014? F'liema sptarijiet intbagħtu u għal liema raġuni? Kemm kienet l-ispiża involuta f'kull każ?
ONOR. KONRAD MIZZI: Bejn Ottubru u Novembru ntbagħtu 138 pazjent għall-kura barra minn Malta. Ma tinżammx informazzjoni rigward kemm sewa kull każ.

L-isptarijiet fejn intbagħtu huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt:




Isem tal-Isptar

Ottubru

Novembru

Total













Addenbrooke's Hospital Cambridge

1

0

1

Birmingham Children's Hospital

1

0

1

Great Ormond Street Hospital

11

11

22

Guy's Hospital

1

4

5

Hammersmith Hospital

0

2

2

Heart Hospital

2

1

3

ISMETT

0

1

1

John Radcliffe

1

1

2

King's College Hospital

1

3

4

Manchester Royal Infirmary

0

1

1

Moorfields Eye Hospital

9

6

15

National Hospital

4

8

12

Nuffield Orthopaedic Centre Oxford

10

1

11

Policlinico di Monza

1

3

4

Queen Victoria Hospital Sussex

0

1

1

Royal Brompton

1

1

2

Royal Free Hospital

1

3

4

Royal London Hospital

1

1

2

Royal Marsden Hospital

10

5

15

Royal National Orthopaedic Hospital

2

2

4

Royal National Throat, Nose and Ear

0

1

1

Royal Surrey Country Hospital

1

0

1

San Raffaele Milan

1

2

3

Southampton General Hospital

1

0

1

St Bartholomew's Hospital

0

1

1

St Mark's Hospital

3

0

3

St Thomas Hospital

1

0

1

Sussex Eye Hospital

1

0

3

University College London Hospital

9

5

14

Total







138

MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA - AZZJONIJIET INDUSTRIJALI
13257. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm azzjonijiet industrijali fil-preżent fil-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Liema union tal-ħaddiema ħarġet dawn l-azzjonijiet? Meta?
ONOR. KONDRAD MIZZI: Hemm 39 azzjoni industrijali fil-preżent. Dawn jinkludu azzjonijiet li ilhom mill-2011 u nħarġu mill-MUMN, UĦM u MAM.

ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA – LINEAR ACCELERATORS
13982. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid liema kumpanija jew instituzzjoni ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
ONOR. KONDRAD MIZZI: L-istituzzjoni hija Leeds Teaching Hospitals NHS Trust.

ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA – LINEAR ACCELERATORS
13983. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-ispiża totali li se titħallas il-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
ONOR. KONDRAD MIZZI: L-ammont totali li jrid jitħallas lil Leeds Teaching Hospitals NHS Trust, li hija l-istituzzjoni ingaġġata biex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo, huwa ta’ €873,894.00.

ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA – LINEAR ACCELERATORS
13984. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar mal-kumpanija jew instituzzjoni li ġiet ingaġġata sabiex tieħu ħsieb il-commissioning tal-linear accelerators taċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo?
ONOR. KONDRAD MIZZI: L-informazzjoni ma tistax tingħata għaliex hija ta’ natura kummerċjali.

FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI - SAFAR MINN UFFIĊJALI
13985. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar in-natura ta’ safar li sar bejn Ġunju 2014 u Jannar 2015 minn persuni, flimkien jew separatament, li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, bħala Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, kif ukoll bħala advisors tal-Ministru?
ONOR. KONDRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ivvjaġġar sar b'rabta mas-site survey li qed isir wara li nstab li kien hemm concrete f'ċertu kolonni li kien ta' kwalità inferjuri.

FONDAZZJONI GĦAS-SERVIZZI MEDIĊI –VETTURA UŻATA MILL-KAP EŻEKUTTIV
13986. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jispjega l-proċess li ntuża sabiex tiġi leased vettura Range Rover Evoque għall-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? Jista’ jgħid kemm hija l-ispiża li qed titħallas għal din il-vettura?
ONOR. KONDRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess li ntuża kien skont ir-regoli tal-procurement tal-Gvern. L-ispiża hi kumparabbli ma’ tas-CEO ta’ qablu.
SPTAR MATER DEI – MEDICAL ASSESSMENT UNIT
13987. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar fejn wasal il-proġett tal-Medical Assessment Unit fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Project Plan?
ONOR. KONDRAD MIZZI: Ix-xogħol miexi b’ ritmu tajjeb u kif ippjanat. Diġà sar ix-xogħol ta’ tħammil, bini ta’ pedamenti u bini ta' kolonni.

MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U S-SAĦĦA – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14122. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14123. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f'seduta oħra.

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14124. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hi tmexxi, bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-31 ta' Jannar 2015?
ONOR. HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI MAL-BIĊĊERIJA
14140. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Biċċerija u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li jeżisti proċess biex ħaddiema tal-Engineering Resources Ltd jiġu sekondati fuq roles u pożizzjonijiet meħtieġa. Dawn jiġu trasferiti jew fuq talba tagħhom stess jew għaliex il-ħiliet tagħhom jiġu mqabbla ma’ vacancies u huma jaċċettaw.

ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI GĦALL-MINISTERU TAL-EDUKAZZJONI
14141. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI MAL-ANIMAL RESCUE
14142. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Animal Rescue u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI MAL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
14143. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru għall-Finanzi u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.

ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI MAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX
14144. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mal-Ministeru għal Għawdex u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14140.
ENGINEERING RESOURCES LTD – ĦADDIEMA SEKONDATI MAD-DELIMARA POWER STATION WORKSHOP
14145. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kif u għaliex mhux il-ħaddiema kollha ta’ Engineering Resources Ltd ġew infurmati u offruti l-opportunità ta’ secondment mad-Delimara Power Station Workshop u kemm attwalment ġew sekondati hemmhekk?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14166. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14113 datata 17 ta’ Frar 2015.

MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14167. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14114.

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14168. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 14115.

MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14169. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. CARMELO ABELA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 14116.

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14170. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14171. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jelenka u jgħid liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 14118.

MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14259. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14114.

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14260. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
ONOR. ANTON REFALO (Ministru għal Għawdex): Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 14119.

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI – PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14261. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandha impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tagħha? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
ONOR. HELENA DALLI: Il-kuntratt ta’ impjieg tal-persuni msemmija huma kollha bbażati fuq id-dokument Engagement of Staff for Ministers Secretariat li kien ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fil-15 ta’April 2013, filwaqt li dawk li jaqgħu taħt l-entitajiet u d-dipartimenti msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari, l-informazzjoni dwarhom għadha qed tinġabar.

KUNSILL KONSULTATTIV TAL-INDUSTRIJA TAL-BINI (BICC) - PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14262. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust il-Kunsill Konsultattiv tal-Industrija tal-Bini (BICC)? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?

ONOR. HELENA DALLI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR - PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
14263. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fil-Ministeru u fid-dekasteru tiegħu? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.

SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KOMPETITTIVITÀ U T-TKABBIR EKONOMIKU - PERSUNI INGAĠĠATI F’POSITION OF TRUST
Yüklə 170,67 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə