Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 170,67 Kb.
səhifə7/8
tarix28.07.2018
ölçüsü170,67 Kb.
#59303
1   2   3   4   5   6   7   8

14264. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandu impjegati bħala persons of trust fis-Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku? Min huma u x’pożizzjoni għandhom? Kemm huma s-salarju annwali, il-perkaċċi (inkluż bonuses, allowances, mobile phones, karozzi, servizz tal-internet, fuel u xufiera) u l-ispiża fuq safar tagħhom, u għalhekk jgħid x’inhi n-nefqa globali f’sena għal kull wieħed minn dawn il-persuni impjegati bħala person of trust?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'xi seduta oħra.
KAŻIJIET TA’ SEPARAZZJONIJIET – KUSTODJA TAT-TFAL
14287. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterji jiġi deċiż min jieħu l-kustodja tat-tfal, jekk hux ir-raġel jew il-mara, f'każ ta' separazzjoni? F'dawn l-aħħar ħames snin, x'inhi l-istatistika ta' min ingħata l-kustodja tat-tfal u għal liema raġuni?
ONOR. OWEN BONNICI: Il-kriterju fondamentali fl-għoti tal-kustodja tat-tfal f’każijiet ta’ separazzjoni, huwa l-aħjar interess tat-tfal. L-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju ssir wara li l-Qorti teżamina l-fatti ta’ kull każ u dan kemm jekk il-Qorti tkun qed tiddeċiedi dwar il-kustodja waqt li tkun pendenti l-kawża ta’ separazzjoni, kif ukoll jekk tkun qed tiddeċiedi dwar il-kustodja fi tmiem il-kawża.
Il-Qorti dejjem għandha d-dritt li tirrevoka l-kustodja u tista’ wkoll tafda l-kustodja ta’ tfal f’idejn persuni li ma jkunux il-ġenituri naturali tagħhom, dejjem jekk tiddeċiedi illi dan ikun fl-aħjar interess tal-benesseri tat-tfal.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma kienet prassi li tinżamm statistika dwar lil min tingħata l-kustodja.

KUNTRATT BEJN IL-GVERN U L-KUMPANIJA AUTOBUSES DE LEON
14288. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jikkonferma jew hux veru li l-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-operatur ġdid tas-servizz pubbliku jipprovdi li wara sitt xhur il-kumpanija Spanjola jkollha dritt li tittermina l-kuntratt?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13935.

KAROZZI TAL-LINJA LI MHUX SUPPOST JINSTAQU FIT-TOROQ
14289. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux veru li hemm karozzi tal-linja li qed jinstaqu fit-toroq għalkemm għandhom tabelli mwaħħlin fuqhom li juru li ma jistgħux jinstaqu qabel isirulhom it-testijiet meħtieġa?
ONOR. JOE MIZZI: Ninsab infurmat li dak li qed jiġi allegat f’din il-mistoqsija parlamentari mhuwiex minnu.
Minkejja dan, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jekk għandu xi informazzjoni f’dan ir-rigward, jgħaddili d-dettalji biex ikunu jistgħu jiġu mwettqa l-investigazzjonijiet neċessarji.

DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI – ĦADDIEMA JAĦDMU FUQ SHIFTS
14290. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il shift hemm fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'kull shift? X'inhuma l-ħinijiet ta' kull shift? Il-ħaddiema kkonċernati qegħdin jieħdu shift allowance? Għal kemm tammonta x-shift allowance?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI – TECHNICAL HEADS
14291. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid min huma t-technical heads ta' kull sezzjoni fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu? Xi grad għandu kull technical head?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Technical Heads fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħi huma kif ġej:


Technical Head tas-sezzjonijiet tal-elettriku, traffic lights, lifts u air conditioning


  • Senior Engineer

Technical Head tas-sezzjonijiet tal-metall, plumbing u funtani


  • Senior Engineer

Technical Head tas-sezzjonijiet tal-mastrudaxxi u tal-aluminium


  • Senior Engineer

Technical Head tas-sezzjonijiet tal-fleet management u operations


  • Senior Engineer

Technical Head tas-sezzjonijiet tal-light vehicles, heavy vehicles, heavy plant, auto electrical u miscellaneous.

MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA - DIPARTIMENT TAL-MANIFATTURA U SERVIZZI - PROMOZZJONIJIET
14292. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid xi promotions ħarġu fid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru tiegħu mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienu l-applikanti għal kull promozzjoni li ħarġet? Min ħa dawn il-promozzjonijiet?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

DENTAL TECHNOLOGY DEPARTMENT – INGAĠĠ TA’ DENTAL TECHNICIANS
14335. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jiġu ingaġġati d-dental technicians li waslu għall-Honours Degree mill-Università ta’ Malta u li ggradwaw fl-2014 peress li huwa magħruf li ġie vakant post mid-Dipartiment tad-Dental Technology fl-Isptar Mater Dei u post ieħor ġej vakant fil-ġimgħat li ġejjin?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.
SKEJJEL TAL-ISTAT – NUMRU TA’ STUDENTI
14374. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Infurmat li n-numru globali ta' studenti, minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja, fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex, f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, hu kif ġej:


Sena

Total ta’ Studenti

2008

35,792

2009

34,650

2010

33,405

2011

32,329

2012

31,909

2013

30,999

2014

30,732



SKEJJEL TAL-ISTAT – NUMRU TA’ STUDENTI
14375. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-Kinder, tal-primarja u tas-sekondarja?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin skolastiċi 2008-2014, sena b'sena, fil-livelli tal-Kinder, tal-primarja u tas-sekondarja, hu kif ġej:


Sena

Kinder

Primarja

Sekondarja

Total ta' Studenti

2008

4,871

15,312

15,609

35,792

2009

4,888

14,628

15,134

34,650

2010

4,977

14,150

14,278

33,405

2011

5,355

13,517

13,457

32,329

2012

5,608

13,517

12,784

31,909

2013

5,486

13,509

12,004

30,999

2014

5,712

13,719

11,301

30,732


SKEJJEL TAL-ISTAT – NUMRU TA’ STUDENTI
14376. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tan-numru ta' tfal fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena, skont il-klassi (Year u Form) tagħhom minn Kinder 1 sal-ħames sena sekondarja?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

SKEJJEL TAL-ISTAT - GĦALLIEMA
14377. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta' għalliema fl-iskejjel tal-Istat f'Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu jgħallmu fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti, flimkien ma' informazzjoni addizzjonali.

SKEJJEL TAL-ISTAT – LEARNING SUPPORT ASSISTANTS
14378. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x'kien in-numru globali ta’ Learning Support Assistants fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex f'Diċembru tas-snin 2008-2014, sena b'sena? Kemm minn dawn kienu qegħdin jgħinu lil studenti fil-klassijiet tal-Kinder, f'dawk primarji u dawk sekondarji?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

SKEJJEL TAL-ISTAT – IMPJIEGI ĠODDA
14379. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu nies ġodda jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat ta' Malta u Għawdex fis-snin 2008-2014 (minn Jannar sa Diċembru), sena b'sena? F'liema impjieg daħlu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

SERVIZZ PUBBLIKU – ĦADDIEMA FI SKALA 12
14401. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qegħdin fi Skala 12 fis-Servizz Pubbliku u jindika kemm daħlu ġodda tul is-snin 2013 u 2014?
ONOR. JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninsab infurmat li bħalissa hemm 2,804 Uffiċjali Pubbliċi li huma mħallsin fuq skala ta’ salarju 12.
In-numru ta’ Uffiċjali Pubbliċi fuq l-istess skala ta’ salarju li ġew impjegati mas-Servizz Pubbliku matul is-snin 2013 u 2014, hu ta’ 125 u 304 rispettivament.

SKEJJEL TAL-ISTAT - XIRI TA’ KOTBA BIT-TALJAN
14402. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Taljana tul dawn l-aħħar sentejn għall-iskejjel tal-Istat?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2014-2015, filwaqt li ftit li xejn inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana, l-iskejjel ingħataw kotba ġodda li d-Dipartiment kellu fl-istores. Il-lista ta' kotba tat-Taljan li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

SKEJJEL SEKONDARJI – TAGĦLIM TAL-LINGWA TALJANA
14403. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Taljana?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Taljana fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:


Settur Sekondarju

Sena Skolastika 2013/2014

Sena Skolastika 2014/2015

Skejjel Sekondarji tal-Istat

7522

6800

Skejjel Sekondarji tal-Knisja

2542

3404

Skejjel Sekondarji Indipendenti

730

536



SKEJJEL SEKONDARJI – GĦALLIEMA TAL-LINGWA TALJANA
14404. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Taljana?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li fl-iskejjel sekondarji tal-Istat hemm 120 għalliem tal-lingwa Taljana li sebgħa minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave.
Infurmat ukoll li preżentament hemm 55 għalliem li jgħallmu l-lingwa Taljana fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 13-il għalliem li jgħallmu t-Taljan fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

TAS-SLIEMA - GĦASSA TAL-PULIZIJA – KAŻIJIET TA’ SERQ
14405. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ Tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalità ta’ Tas-Sliema matul is-sena 2013, kien jammonta għal 734, filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati 795 każ.

MOSTA - GĦASSA TAL-PULIZIJA – KAŻIJIET TA’ SERQ
14406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportati lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalità tal-Mosta matul is-sena 2013, kien jammonta għal 156 filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati 129 każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, però għal serq li ġara ġewwa l-Mosta.

KONTIJIET TAD-DAWL - KAŻ TA' PERSUNA
14441. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward kontijiet tad-dawl?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u spjegat lill-persuna msemmija. Il-każ huwa solvut.
ENEMALTA - STALLAR TA' METER TAD-DAWL - KAŻ TA' INDIVIDWU
14467. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward stallar ta' meter tad-dawl?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta plc tinsab f’kuntatt mal-klijent biex jintlaħqu r-rekwiżiti kollha meħtieġa ħalli s-servizz mitlub ikun jista’ jingħata.

BORDIJIET TAL-GĦAŻLA – ĦATRIET F’ENTITAJIET PUBBLIĊI
14468. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13707 u jikkonferma jekk hux qed ikun hemm persuni indikati mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’bordijiet tal-għażla għal ħatriet f’entitajiet pubbliċi?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Le ma nikkonfermax. F’okkażjonijiet rari, meta ssir talba lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru dwar ħatriet f’bordijiet tal-għazla, tkun ipprovduta lista apposta approvata mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Ħafna minn nies fuq din il-lista huma uffiċjali rtirati tas-servizz pubbliku.

KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA - ĦADDIEMA
14469. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13878 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 13702, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna rtirat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-perjodu li rrefera għalih? Jista’ jgħid ukoll kemm se tiżdied in-nefqa fuq is-salarji u benefiċċji b’riżultat ta’ dan l-ingaġġ?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

SPTAR MATER DEI - IKEL B'XEJN MILL-CANTEEN TAN-NURSES GĦAL ĦADDIEMA
14471. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid liema ħaddiema fl-Isptar Mater Dei huma intitolati għall-ikel b'xejn mogħti mill-canteen tan-nurses? Jista' jikkategorizza din l-informazzjoni għall-ħaddiema bil-grad tagħhom? Huwa minnu li l-ħaddiema li jaħdmu fil-Waste Management Department fl-Isptar Mater Dei ma jingħatawx dan is-servizz b'xejn? Jekk iva, x'inhi r-raġuni?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li risposta tingħata f'seduta oħra.

MALTA GAMING AUTHORITY – DĦUL TA’ APPLIKAZZJONIJIET ĠODDA
14473. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet ġodda li rċeviet il-Malta Gaming Authority għal kull settur li tirregola fl-2013 u fl-2014? Kemm minn dawn ġew ipproċessati u kemm għadhom fil-proċess li tingħata liċenzja?
ONOR. CHRIS CARDONA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

IR-RAPPORT TA’ SWISSLEAKS - INVESTIGAZZJONI
14474. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Financial Intelligence Analysis Unit jew entità Governattiva oħra, fetħitx investigazzjoni fid-dawl tar-rapport ta' Swissleaks fejn ġie żvelat li hemm numru ta' Maltin li huma involuti f'dan il-każ?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi huma konxji ta’ dan ir-rapport li kien ġie ppubblikat fl-2010 u li l-Gvern tal-ġurnata kien naqas li jikseb l-informazzjoni fuqu. Madanakollu, ngħarraf ukoll lill-Onor. Interpellant li l-FIAU hija prekluża bil-liġi milli tipprovdi dettalji dwar każijiet li jkunu qegħdin jiġu analizzati minnhom jew li jagħtu dettalji dwar rapporti li jkunu saru minn xi persuni, kif ukoll li jgħaddu informazzjoni dwar informazzjoni li setgħet ingħatat lill-pulizija.

IR-RAPPORT TA’ SWISSLEAKS – KONTIJIET TA’ MALTIN
14475. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mar-rapport ta' Swissleaks, il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) għandhiex informazzjoni fis-sens li l-Maltin li għandhom dawn il-kontijiet setgħu kienu qed jużaw dawn il-kontijiet għal skopijiet ta' ħasil ta' flus barra minn pajjiżna?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14474.

IR-RAPPORT TA’ SWISSLEAKS – KONTIJIET TA’ MALTIN
14476. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk b'rabta mar-rapport ta' Swissleaks saritx investigazzjoni sabiex jiġi żvelat jekk il-kontijiet tal-Maltin imsemmija humiex involuti f'evażjoni ta' taxxa?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14474.

IL-KAŻ TA’ SWISSLEAKS - KONTIJIET TA’ MALTIN
14477. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid jekk saritx investigazzjoni li wasslet għall-konklużjoni li l-flus fil-kontijiet imsemmija fir-rapport ta' Swissleaks setgħu ġew minn sorsi illeċiti? Jekk fl-affermattiv, kien hemm xi forma ta' konklużjonijiet li qanqlu suspett u allura ġew mgħoddija lill-Pulizija biex tieħu azzjoni?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 14474.

IL-KAŻ TA’ SWISSLEAKS – INVESTIGAZZJONIJIET MILL-PULIZIJA
14478. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jindika jekk min-naħa tal-Pulizija hux qed isiru xi investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f’dan l-istadju l-Pulizija mhijiex tagħmel investigazzjonijiet marbuta ma’ dak li ħareġ mir-rapport ta' Swissleaks. Peress li l-awtoritajiet tat-taxxi jmexxu investigazzjoni f’każijiet fejn hemm evażjoni ta’ taxxi, l-Onor. Interpellant hu mitlub jindirizza din l-interpellanza lill-awtoritajiet konċernati.

ITS – IMPJEGATI FULL-TIME U PART-TIME
Yüklə 170,67 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə