Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 170,67 Kb.
səhifə8/8
tarix28.07.2018
ölçüsü170,67 Kb.
#59303
1   2   3   4   5   6   7   8

14493. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni full-time u part-time mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi fis-sena 2014? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema impjieg dawn ġew ingaġġati u jekk daħlux b’għażla diretta, jew wara sejħa għall-applikazzjonijiet? Jista’ jagħti dettalji ta’ mil-liema lokalitajiet ġejjin dawn l-impjegati?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014 ma ġew ingaġġati l-ebda part-timers imma ġew ingaġġati żewġ impjegati full-time ġewwa l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fil-pożizzjoni ta’ Purchasing and Facilities Officer kif ukoll Guidance Officer. Dawn l-impjegati ġew ingaġġati wara li kien hemm Sejħa għall-Applikazzjoni.
Nixtieq ukoll ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn iż-żewġ impjegati huma minn Birkirkara u mill-Imtarfa rispettivament.

RABAT/IMDINA – DAWL MA’ ZEBRA CROSSING
14494. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni minnufih sabiex jitranġaw id-dwal taż-zebra crossing fi Triq il-Mużew biswit il-Ġonna Howard u r-roundabout ta’ fejn id-Domus Romana, bejn ir-Rabat u l-Imdina?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
BENEFIĊĊJU GĦALL-KORRIMENT FUQ IX-XOGĦOL
14496. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-Benefiċċju għall-Korriment fuq ix-Xogħol fis-snin 2012, 2013 u 2014, separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm jgħaddi żmien bejn wieħed u ieħor minn meta ssir l-applikazzjoni sakemm l-individwu jibda jingħata l-benefiċċju?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba rigward talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment fuq ix-Xogħol huwa kif ġej:
2012 – 3,053 talba;

2013 – 3,056 talba; u

2014 – 3,193 talba.
Iż-żmien tal-ħlas minn meta ssir it-talba sal-pagament jiddependi minn jekk l-applikant jirritornax għax-xogħol fi żmien għaxart t’ijiem mid-data tal-korriment jew le.
Jekk l-applikant jirritorna għax-xogħol qabel għaxart t’ijiem mid-data tal-korriment u javża b’dan lis-sezzjoni kkonċernata, il-pagament dovut jinħareġ bejn 10 u 15–il jum mid-data tal-applikazzjoni.
Jekk l-applikant javża lid-dipartiment li ma daħalx lura għax-xogħol minħabba l-korriment, u dan permezz ta’ tweġiba puntwali għall-Avviż NI-134, ikun jeħtieġ li jidher quddiem bord mediku tad-Dipartiment tas-Siġurta Soċjali biex dan jagħti parir jekk l-istess applikant ikunx tajjeb għax-xogħol jew le. F’każi bħal dawn, jekk il-bord mediku jsib li l-applikant ikun għadu mhux tajjeb għax-xogħol bejn in-notifika:

1. tal-Avviż NI-134;

2. l-appuntament għall-bord mediku;

3. id-deċiżjoni tal-istess bord; u

4. l–avviż tal-ħlas dovut.

Sal-pagament dovut jgħaddu minn erba’ sa sitt ġimgħat dejjem jekk ma jkunx hemm intoppi ta’ notifika u attendenza mill-applikant għall-eżami tal-bord mediku.



PENSJONI TAL-WENS U GĦAJNUNA SOĊJALI GĦALL-CARERS
14497. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda attwalment tieħu l-pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers? Jista’ jgħid kemm minnhom huma ġuvintur, xebbiet, romol u separati?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li jirċievu pensjoni tal-wens huwa ta’ 113, filwaqt li 283 persuna jirċievu social assistance-carers.
Ir-risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija kif jidher hawn taħt:


Ghajnuna Socjali - Carers (SAF)

Nisa

Irġiel

Total

Single

164

105

269

Legally separated

6

4

10

Divorced

0

0

0

De facto separated

4

0

4

Total

174

109

283













Pensjoni tal-Wens

Nisa

Irġiel

Total

Single

51

52

103

Legally separated

2

6

8

Divorced

0

2

2

Total

53

60

113



PENSJONI TAL-WENS U GĦAJNUNA SOĊJALI GĦALL-CARERS
14498. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk mara miżżewġa li tgħix fid-dar matrimonjali ma’ żewġha, iżda ddur b’ommha jew missierha li tgħix jew jgħix mal-konjugi, hijiex intitolata għall-pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni miżżewwġa mhumiex intitolati għal pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers (SAC).
Sabiex tkun intitolata għal dawn il-benefiċċji, persuna trid tkun xebba jew ġuvni, armla jew persuna separata li mhux qed irabbu tfal u jkunu qed jieħdu ħsieb persuna li tiġi minnu kif stabbilit fil-liġi tas-sigurtà soċjali. Dawn il-benefiċċji huma means tested.

GĦOTJA TAL-ĦALIB GĦAT-TRABI - APPLIKAZZJONIJIET
14499. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bħalissa qed tingħata l-għotja tal-ħalib (MG) għat-trabi? Jista’ jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti u kemm huma dawn l-applikazzjonijiet pendenti? Jista’ jgħid jekk hemmx appelli pendenti u kemm huma dawn l-appelli?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li persuni li qed jitħallsu l-għotja tal-ħalib (Milk Grant) bħalissa jammonta għal 32. Applikazzjonijiet pendenti hemm 18. Dan il-benefiċċju mhux appellabbli.

L-IMDINA – TRIQ L-INFETTI – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
14500. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm seħħew inċidenti tat-traffiku fi Triq l-Infetti, l-Imdina, f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm fatalitajiet f’din it-triq minħabba li f’din it-triq inixxi l-ilma ġieri bit-tafal?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

HERITAGE MALTA – KRITERJI GĦALL-GĦOTI TA’ PERFORMANCE BONUS LILL-MANAGERS
14501. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom ingħata l-performance bonus tal-managers ta’ Heritage Malta matul is-sena 2014? Jista’ jelenka (kariga b’kariga) kemm-il mira mistennija mid-diversi managers, intlaħqet? B’liema persentaġġ?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-kriterji li fuqhom jingħata l-performance bonus tal-managers ta’ Heritage Malta huma differenti għal kull każ, u jvarjaw skont ir-responsabilità tal-individwu partikolari. Minħabba n-natura kunfidenzjali ta’ din l-informazzjoni ma nħossx li din għandha titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

BORG IN-NADUR U TAS-SILĠ – PJANIJIET
14502. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet għas-siti ta’ Tas-Silġ u Borg in-Nadur? Hemm xi ħsieb biex dawn is-siti jinfetħu għall-pubbliku iktar spiss ?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li s-siti ta’ Tas-Silġ u ta’ Borġ in-Nadur jinfetħu għall-pubbliku kull meta jkun hemm talba. Ninsab infurmat ukoll li f’Tas-Silġ beda xogħol preparattiv sabiex isir xogħol fis-sit ħalli jkun hemm faċilitajiet infrastrutturali u interpretattivi aħjar.

PALAZZ TAL-INKWIŻITUR – ŻAMMA TA’ KONFERENZI
14503. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konferenza saret matul is-sena 2014 fis-sala l-ġdida fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu? Jista’ jgħid kemm ġie ġġenerat qligħ abbinat ma’ tali kirijiet?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li fis-sala msemmija saret konferenza formali waħda, bejn is-17 u l-20 ta’ Settembru 2014. Din ġiet organizzata minn Heritage Malta flimkien mal-Kapitlu Metropolitan tal-Katidral u l-Università ta’ Malta u kienet sponsorjata mill-APS Bank. Madankollu, l-imsemmija sala ġiet użata għal diversi attivitajiet kulturali bħal programmi edukattivi, lectures, eċċ, marbutin mal-operat tal-Mużew, kif ukoll inkriet għal attivitajiet privati.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizjattivi li jiġġeneraw dħul għal Heritage Malta, liema dħul imbagħad imur direttament fis-settur tal-patrimonju kulturali.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bqija tal-informazzjoni mitluba hi ta’ natura kummerċjali.

HERITAGE MALTA – PUBBLIKAZZJONI TAL-KTIEB “L-EWWEL 35,000 SENA TA’ ĦAJTI”
14504. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “L-Ewwel 35,000,000 Sena ta’ Ħajti”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati 5,000 kopja mill-pubblikazzjoni msemmija u li ġew jiswew €3,743.20. S’issa nbiegħu 237 kopja filwaqt li 190 kopja tqassmu bla ħlas. Ninsab infurmat li d-deċiżjoni ttieħdet mis-senior management. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm labour hours u dan peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.

HERITAGE MALTA – PUBBLIKAZZJONI TAL-KTIEB “MALTA, THE GREAT STORY OF A SMALL ISLAND-NATION THROUGH 100 OBJECTS
14505. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm stampat kopji l-Heritage Malta tal-ktieb “Malta, The Great Story of a Small Island-Nation Through 100 Objects”? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża abbinata mal-istampar ta’ dan il-ktieb (kemm fi printing kif ukoll f’labour hours)? Kemm inbiegħu minnhom u kemm ġew imqassma b’xejn? Jista’ jgħid min ħa d-deċiżjoni sabiex jiġu stampati dawn l-ammonti?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Heritage Malta li ġew stampati 1,000 kopja mill-pubblikazzjoni msemmija u li ġew jiswew €4,850. S’issa nbiegħu 669 kopja filwaqt li 200 tqassmu bla ħlas. Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-deċizjoni ttieħdet mis-senior management. Ma kienx hemm labour hours peress li l-ktieb ġie riċerkat u miktub wara l-ħin formali tax-xogħol.
Għandi nifhem li l-Onor. Interpellant jaqbel ma’ dawn it-tip ta’ inizjattivi li jkomplu jkabbru t-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-patrimonju tagħna u nieħu l-opportunità biex nirringrazzja lill-ħaddiema kollha ta’ Heritage Malta tax-xogħol kruċjali li wettqu.

HERITAGE MALTA/RESTORATION UNIT
14506. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta tingħaqad mar-Restoration Unit? Jekk fl-affermattiv, meta se jsir dan? Jista’ jgħid ukoll jekk il-heads u l-managers hux se jibqgħu jżommu l-istess nomenklatura?
ONOR. OWEN BONNICI: Ir-risposta hija fin-negattiv.
Naturalment hija x-xewqa tal-Gvern li dawn iż-żewg entitajiet jaħdmu qrib xulxin f’sinerġija sabiex isir l-aħjar użu mir-riżorsi fil-kamp tal-wirt kulturali.

TOBBA U NURSES PARAMEDIĊI MAL-GVERN
14517. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu tobba u nurses paramediċi mal-Gvern minn Marzu 2013 u kemm spiċċaw fl-istess żmien?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

MCAST - GĦALLIEMA TAL-MMA 6G WELDING
14518. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema tal-MMA 6G welding l-MCAST u l-ETC. Hemm korsijiet bħalissa dwar dan is-suġġett? Qed jintuża apparat li qabel kien it-tarzna?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-MCAST għandha tliet lecturers li jistgħu jagħtu lectures fl-MMA 6G Welding.
L-MCAST għandha programm livell 4 Advanced Diploma fil-Welding u Fabrication li tinkorpora l-iwweldjar prattiku 6G. L-MCAST tipprovdi wkoll numru ta’ korsijiet part-time li jwasslu għal welding 6G.
Mill-Malta Shipyards, l-MCAST xtara transformer tal-welding b’ħames welding sets adatti ħafna sabiex isir root run welding.
Rigward il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) infurmat li ma tipprovdix korsijiet fil-livell tal-MMA 6G Welding. Il-korsijiet offruti mill-ETC relatati ma` welding huma dawn li gejjin:
Vocational Education and Training Award Foundation in Welding

Vocational Education and Training Award Foundation in Metal Arc Welding.
Il-Korporazzjoni ma tagħmilx użu mill-ebda apparat li qabel kien jintuża t-tarzna iżda tuża l-faċilitajiet tal-workshop fl-Enemalta Training Centre ġewwa Marsaxlokk.

BANK ĊENTRALI - KONSULENTI
14519. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14037, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-remunerazzjoni tal-persuni elenkati bħala konsulenti, wieħed wieħed, sena b’sena? Kemm ilhom konsulenti, x’bonuses u allowances gawdew minnhom sena b’sena, u x’benefiċċji oħra kellhom, sena b’sena? Jista’ jagħti d-data meta beda jagħti s-servizz tiegħu lill-Bank Ċentrali kull wieħed minn dawn il-konsulenti? Jista’ jgħid f’kull każ kif intgħażel kull konsulent u xi kriterji ntużaw?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

AWTORITÀ TAD-DJAR – L-ISKEMA KIRI
14520. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-Iskema Kiri, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din l-iskema għadha magħluqa meta l-Ministru ta’ qablu f’Ġunju 2013 kienet qalet li din l-iskema hija sospiża sakemm il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar ifassal l-istrateġija ġdida fuq il-qasam tal-housing? Jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija ġietx imfassla u lesta u jgħid ukoll jekk ġiex deċiż meta ser terġa’ tinfetaħ din l-iskema?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Iskema Kiri kienet magħluqa fl-2012 u l-Ministru ta’ qabel issospendiet l-iffirmar tal-kuntratti mas-sidien li kienu applikaw taħt din l-iskema. Fil-fatt, wara Ġunju 2013, l-Awtorità tad-Djar kompliet b’din l-iskema billi ġew iffirmati l-kumplament ta’ dawn il-kuntratti.

AWTORITÀ TAD-DJAR - SKEMA SIR SID DAREK - APPLIKAZZJONIJIET
14521. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet saru fis-sena 2014 għall-Iskema Sir Sid Darek? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew aċċettati u pproċessati u kemm minnhom għadhom pendenti?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2014, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 542 applikazzjoni taħt l-Iskema Sir Sid Darek, u kull applikazzjoni bdiet tiġi pproċessata. Minn dawn l-applikazzjonijiet jirriżulta li:
(a) 89 ma ġewx aċċettati;

(b) 35 kienu rtirati mill-applikanti;

(c) 108 jinsabu fil-proċess sabiex l-Awtorità tingħata l-permess li tipproċedi bil-bejgħ mid-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern;

(d) 220 jinsabu fil-proċess ta’ kejl tal-post u valutazzjoni; u



(e) 90 jinsabu fil-proċess ta’ konvenju jew kuntratt.
Minbarra dawn l-applikazzjonijiet, fis-sena 2014, l-Awtorità tad-Djar ipproċessat u ffinalizzat ukoll 169 applikazzjoni oħra li kien hemm minnhom, li kienu ilhom pendenti saħansitra mis-sena 2011.

DIPARTIMENT TAD-DWANA – DIRECTOR COMPLIANCE AND SYSTEMS
14528. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti spjegazzjoni kif sar il-proċess biex tiġi appuntata Director Compliance and Systems fid-Dipartiment tad-Dwana, meta jidher li din il-persuna lanqas biss applikat u lanqas ġiet intervistata?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

DIRETTURI TAD-DWANA – VETTURI FIL-BONDED STORES
14529. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti raġuni valida għaliex iż-żewġ vetturi li kienu tad-Diretturi tad-Dwana u li l-kuntratt tagħhom ma ġiex imġedded, ma ngħatawx lid-Diretturi l-ġodda li laħqu (bħalma normalment isir fis-Servizz Pubbliku) iżda ntefgħu f’bonded store tad-Dwana u mhux qed jiġu utilizzati?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-ċirkolari MF 5/98 tistipula li l-karozzi uffiċjali jinżammu għal perjodu ta’ bejn ħames u seba’ snin fejn imbagħad jistgħu jinbiegħu. Għalhekk, minħabba li dawn iż-żewġ vetturi għandhom iktar minn sitt snin, id-dipartiment iddeċieda li dawn iż-żewġ vetturi jintużaw għall-eżiġenzi tad-dipartiment flok oħrajn li huma iżjed qodma minnhom. Nixtiequ nikkonfermaw ukoll li dawn iż-żewġ vetturi issa qegħdin jintużaw u għalhekk mhumiex fil-bonded stores u waħda mill-karozzi antiki se tiġi użata minn dipartiment ieħor. Id-Diretturi l-ġodda ngħatawlhom karozzi ġodda.

DIRETTURI ĠODDA - VETTURI
14530. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk intant ġewx approvati li jinxtraw karozzi ġodda għad-Diretturi l-ġodda?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena preċedenti, il-Ministeru għall-Finanzi approva li jinxtraw karozzi għal xi diretturi ġodda fl-istess Ministeru u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tieghu. Dan dejjem skont il-provedimenti tal-policies eżistenti fis-settur pubbliku.

GĦAWDEX, XAGĦRA - BANKINI
14531. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini ta’ bankini ġodda u manutenzjoni ta’ bankini eżistenti mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

GĦAWDEX - KUNSILL LOKALI XAGĦRA GĦAWDEX – XIRI TA’ KONKOS
14532. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’xiri ta’ konkos mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, jekk hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

GĦAWDEX - KUNSILL LOKALI XAGĦRA – ĦITAN TAS-SEJJIEĦ - NEFQA
14533. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-Kunsill Lokali tax-Xagħra, Għawdex f’bini u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ mill-1 ta’April 2007 sal-lum u jgħid ukoll kif ġew mogħtija x-xogħlijiet u l-ammonti tagħhom fi flus, ċjoè, hux permezz ta’ sejħa għall-offerti, kwotazzjonijiet u/jew b’direct order?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

QTUGĦ FIL-PROVVISTA TAL-ELETTRIKU - KAŻ TA' PERSUNA
14534. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, rigward qtugħ fil-provvista tal-elettriku?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li €25 ex-gratia ngħatat lil dawk li damu għal aktar minn 12-il siegħa mingħajr provvista tal-elettriku. Fil-każ imsemmi, il-qtugħ kien inqas.

CLEANSING SERVICES DIRECTORATE – F’PUBLIC PRIVATE PARTNERSHIP MAL-PRIVAT
14535. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-Cleansing Services Directorate se jsir Public Private Partner mal-privat? Jista’ jgħid jekk dan il-Public Private Partnership hux se jsir permezz ta’ tender jew jekk hux permezz ta’ expression of interest? Jista’ jgħid meta se jinħareġ dan it-tender/expression of interest? Jista’ jgħid jekk il-ħaddiema eżistenti mal-Cleansing Services Directorate hux se jinżammu jagħmlu l-istess xogħol u jżommu l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif ġie mħabbar fid-diskors tal-Baġit paġna 126, il-Gvern għandu l-ħsieb li jifforma Public Private Partnership (PPP) fuq tisbiħ u manutenzjoni tat-toroq. Dan hu proġett amministrat min-naħa ta’ Projects Malta.

ENEMALTA – XIRI TA’ ŻEJT
14539. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14238 u jgħid bejn l-1999 u l-2012, sena b'sena, b'mod separat, mingħand liema kumpanija xtrat iż-żejt il-Korporazzjoni Enemalta? Kemm kien il-valur taż-żejt mixtri mingħand kull waħda minn dawn il-kumpaniji, sena b'sena, b'mod separat?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ IX-XAGĦRA TAL-BANDIERI - ASFALTAR
14548. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm żviluppi dwar ix-xogħol li hu meħtieġ li jsir fi Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, f'San Pawl il-Baħar, billi din it-triq għadha mhux asfaltata?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija konxja mill-fatt li l-asfaltar għall-ewwel darba ta’ din it-triq, hekk kif stabbilita fl-iskema tal-MEPA, taqa’ taħt ir-responsabilità tagħha u għaldaqstant xogħol isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ SAN ĠUŻEPP - TNEĦĦIJA TA' TABELLA
14549. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jieħu l-passi neċessarji biex tabella li hemm fi Triq San Ġużepp, kantuniera ma' Triq San Publiju, ħdejn l-iskola ta' San Pawl il-Baħar, tinqala’ minn fejn qiegħda?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema tabella qed jirreferi u r-raġuni li qed jitlob li tali tabella titneħħa.

SAN PAWL IL-BAĦAR - RIĦA TA' DRENAĠĠ ĦDEJN L-ISKOLA PRIMARJA
14550. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Billi fl-inħawi tal-iskola primajra ta' San Pawl il-Baħar qed ikun hemm persistentement riħa ta' drenaġġ, jista' l-Ministru jinvestiga x'inhi r-raġuni għal dawn l-irwejjaħ u jieħu l-passi meħtieġa biex ma tibqax din ir-riħa?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li qed issir manutenzjoni fuq il-pumping station ta’ Xama’ li tinsab viċin l-iskola msemmija. L-irwejjaħ huma kaġun ta’ din l-istess manutenzjoni.



Yüklə 170,67 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə