Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MINISTERU GĦALL-FINANZI - LISTA TA' DIRECT ORDERS



Yüklə 128,49 Kb.
səhifə7/8
tarix28.07.2018
ölçüsü128,49 Kb.
#59301
1   2   3   4   5   6   7   8

MINISTERU GĦALL-FINANZI - LISTA TA' DIRECT ORDERS
6914. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
ONOR. EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U KONSERVAZZJONI TAL-ILMA - LISTA TA' DIRECT ORDERS
6915. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma: Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
ONOR. KONRAD MIZZI (Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma): Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-direct orders li ngħataw huma:

· Servizzi ta’ konsulenza

· Air tickets – (bi 3 quotations)

· Xogħol relatat mal-uffiċċju – (bi 3 quotations)



MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - LISTA TA' DIRECT ORDERS
6916. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ direct orders kollha li ngħataw mill-Ministeru mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-9 ta’ Jannar 2014?
ONOR. GODFREY FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA – FTEHIM
6995. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li jirregola l-Public-Social Partnerships li se jkunu qed joperaw iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA – GĦAJNUNA KONTRA L-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI
6996. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA - GĦAJNUNA
6997. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jiġu indirizzati persuni li sal-lum għadhom mhux jiġu indirizzati permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.
ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA - PJANIJIET
6998. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ riskju ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?

ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA - PJANIJIET
6999. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa ppjanat li se jinħarġu persuni mill-faxxa ta’ faqar permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Sa meta?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

ĊENTRI TAR-RIŻORSI GĦALL-FAMILJA – POLITIKA STRATEĠIKA NAZZJONALI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA
7000. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tgħid kif u b’liema mod iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja se jkunu qed jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Strateġika Nazzjonali għal Anzjanità Attiva?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f’seduta oħra.

ĊERTIFIKATI DWAR L-ENERĠIJA FIL-BINI
7034. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u Konservazzjoni tal-Ilma: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ persuni li huma awtorizzati li joħorġu ċertifikati dwar l-enerġija fil-bini? Meta sar l-aħħar kors biex ikunu jistgħu jiġu akkreditati tali persuni u meta hu mistenni li jsir kors ieħor għal dan l-istess għan?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

EŻAMIJIET GĦALL-PROMOZZJONIJIET FIL-GRADI TA’ MESSAĠIERA
7035. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar meta saru l-aħħar eżamijiet għall-promozzjonijiet fil-gradi differenti tal-messaġġiera? Kemm kien in-numru ta’ messaġġiera li qagħdu għal dan l-eżamijiet? Għal kemm kien validu l-istess eżami? Meta hu mistenni li jingħataw il-promozzjonijiet dawk li kienu għaddew minn dawn l-istess eżamijiet?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: It-tabella li twieġeb l-ewwel parti ta’ din il-mistoqsija parlamentari tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.
Rigward l-aħħar parti, ninforma lill-Onor Interpellant li l-postijiet jimtlew skont l-eżiġenzi tas-Servizz u l-prijoritajiet tal-Amministrazzjoni.

MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - LISTA TA' DIRECT ORDERS
7055. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
ONOR. MARIE LOUISE COLEIRO PRECA: Tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

MINISTERU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI, AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR U LIBERTAJIET ĊIVILI - LISTA TA' DIRECT ORDERS
7056. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tagħti, sena b’sena, lista kollha ta’ direct ordersli ngħataw mill-Ministeru, inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, minn Settembru 1998 sat-8 ta’ Marzu 2013?
ONOR. HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għall din il-mistoqsija parlamentari għadha qed tinġabar u għalhekk se tingħata f’xi seduta oħra.

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ VARJAZZJONIJIET
7057. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U T-TWETTIQ TAL-MANIFEST ELETTORALI - LISTA TA' VARJAZZJONIJIET
7058. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
ONOR. LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatat l-ebda varjazzjoni fil-perjodu kkonċernat mid-dekasteru tiegħi.

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN - LISTA TA' VARJAZZJONIJIET
7059. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
ONOR. GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar. Risposta tingħata f'seduta oħra.

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU - LISTA TA' VARJAZZJONIJIET
7060. L-ONOR. CHRIS AGIUS staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jagħti, sena b’sena (bejn l-2008 u t-8 ta' Marzu 2013), lista ta’ varjazzjonijiet kollha li ngħataw mill-Ministeru inkluż mill-aġenziji, awtoritajiet, fondazzjonijiet, kumpaniji u/jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jagħti n-natura tal-kuntratt, min ingħata dan il-kuntratt, il-valur oriġinali tal-kuntratt u l-valur finali tal-kuntratt?
ONOR. KARMENU VELLA (Ministru għat-Turiżmu): Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU – OVERTIME LILL-ĦADDIEMA
7087. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Fit-28 ta' Novembru 2013, b'ittri kbar fl-ewwel faċċata ta’ gazzetta lokali tħabbar li l-ħaddiema tal-Arriva kienu għamlu rebħa kbira għaliex kienu se jibqgħu/ jibdew jitħallsu paga tripla fil-jiem tal-festi pubbliċi, Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-ħaddiema fil-fatt irċevewx il-paga tagħhom tripla fil-festi li kien hemm bejn it-28 ta' Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta (amministrata minn kumpanija mwaqqfa apposta) kif ukoll minn dakinhar li l-Arriva għaddiet għand il-Gvern ta' Malta? Jista' jagħti tagħrif dwar liema huma l-festi pubbliċi nklużi f'dan il-ftehim, u jekk il-Ħdud humiex ukoll parti mill-istess ftehim?

ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema rċevew ħlas triplu għall-festi pubbliċi kollha fis-sena 2013 li ħabtu mit-Tnejn sal-Ġimgħa, inkluż dawk li kien hemm bejn it-28 ta’ Novembru 2013 u l-jum li fih l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern. Dan il-ħlas sar skont il-ftehim li l-Arriva Malta Ltd għamlet mal-General Workers Union fit-23 t’April 2013.
Infurmat ukoll li mit-2 ta’ Jannar 2014, li hija d-data minn meta l-Arriva Malta Ltd għaddiet għand il-Gvern, ma kien hemm l-ebda festa pubblika.

GĦAWDEX – TRASPORT PUBBLIKU
7115. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’ Għawdex (ex-Arriva)? X’ tip ta’ vetturi huma dawn u kemm hi s-seating capacity ta’ kull vettura? Meta hi d-data tal-manifattura ta’ kull vettura li taħdem f’Għawdex?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ vetturi li jaħdmu fuq l-iskeda tat-trasport pubbliku f’Għawdex huwa ta’ 12, fejn 10 vetturi jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku u 2 vetturi oħra jinżammu bħala vetturi addizzjonali.
Id-dokument li jindika is-seating capacity, it-tip ta’ vettura kif ukoll id-data tal-manifattura tat-12-il vettura li hemm allokati ġewwa Għawdex tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat- Tqegħid ta’ Karti.

GĦAWDEX – TRASPORT PUBBLIKU
7116. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati (ex-Arriva) mal-kumpanija li issa qed tħaddem it-trasport pubbliku f’ Għawdex? F’liema gradi huma impjegati dawn il-ħaddiema?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bil-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-Arriva Group, l-ishma tal-kumpanija li kienet topera t-trasport pubbliku f’Malta, jiġifieri l-Arriva Malta Ltd, għaddew f’ idejn il-Gvern u l-isem tal-kumpanija inbidel f’Malta Public Transport Services (Operations Ltd). B’ hekk il-ħaddiema li kienu impjegati ma’ din il-kumpanija għadhom impjegati mal-istess kumpanija b’isem differenti. B’ kollox f’Għawdex hemm 44 ħaddiem maqsumin fil-kategoriji hekk kif muri fit-tabella t’hawn taħt:


 

Full-Time

Part-Time

Total

Xufiera

33

 

33

Kummerċjali

 

1

1

Operations

9

 

9

Engineering

1

 

1

 

43

1

44


GĦAWDEX – IĊ-ĊITTADELLA – PROĠETTI
7117. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6949, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Cittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet taċ-Cittadella u fl-liema stadju jinsabu dawn is-sejħiet?
ONOR. ANTON REFALO (Ministru għal Għawdex): Is-sejħiet għall-offerti li hemm bħalissa fis-suq għal xogħlijiet bħala parti mill-proġett taċ-Ċittadella – ERDF 246 – Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Masterplan taċ-Ċittadella huma kif imniżżla fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin tat-Tqegħid ta’ Karti.
GĦAWDEX - IĊ-CITTADELLA – XOGĦLIJIET TA’ RESTAWR
7118. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3086/2013 – xogħlijiet ta’ restawr ta’ faċċati ta’ bini fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?
ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li ntefgħu ħames offerti għal din is-sejħa. Il-valur ta’ kull offerta huwa kif jidher hawn taħt;


Road Construction Co. Ltd

€648,430.60

Agius Stone Works (Restoration JV)

€455,182.28

Joe Grima

€434,702.70

MC Restauri di Corrada Miloro

€546,316.80

Gaulos Conservation

€397,790.66

Yüklə 128,49 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə