It-tnax-il parlament



Yüklə 62,96 Kb.
tarix30.12.2017
ölçüsü62,96 Kb.
#18371



PARLAMENT TA’ MALTA

AĠENDA



IT-TNAX-IL PARLAMENT

SEDUTA NUMRU 286


L-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015 fid-9:00 a.m.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI


* 16522. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 16523. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili


Tista’ l-Ministru tgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tagħha, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, tista’ tgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 16524. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali


Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 16525. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali


Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tagħha, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 16526. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol


Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 16527. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-

Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol


Jista’ l-Ministru, f’isem is-Segretarju Parlamentari jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
28/05/2015

* 17121. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji biex reserved parking for disabled li jkun hemm fi kwalunkwe triq jitneħħa? F’każ li jkun hemm iktar minn reserved parking for disabled wieħed fit-triq u ssir talba jew tittieħed deċiżjoni li jitneħħa wieħed minnhom, jista’ jgħid kif jintagħżel liema wieħed għandu jitneħħa?
15/06/2015

* 17122. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol ta’ Transport Malta fir-rigward ta’ reserved parking for disabled? Jista’ jgħid jekk Transport Malta għandhiex xi unit jew xi bord jew xi bord ta’ appell li għandu x’jaqsam ma’ kwalunkwe materja li tista’ tqum inkwantu ta’ reserved parking for disabled? Jekk iva, jista’ jgħid xi rwol u x’funzjoni għandu tali unit, bord jew bord tal-appell?
15/06/2015


* 17123. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ bini mill-ġdid tat-triq bejn Ħaġar Qim u Għar Lapsi? Kemm huwa stmat li se tiswa din it-triq u meta se titlesta?
15/06/2015

* 17124. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sinjal tat-toroq (road sign) u kemm-il road marking kellhom jiġu rranġati bejn l-1 ta’ Marzu 2013 u l-31 ta’ Mejju 2015 wara li ndunaw li kellhom żbalji ta’ grammatika u ortografija?
15/06/2015

* 17125. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta’ rinovament fuq l-impjant tar-reverse osmosis f’Għar Lapsi? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa u meta se jitlesta x-xogħol? Jista’ jgħid fiex jikkonsisti dan ix-xogħol?
15/06/2015

* 17126. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-

Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima


Jista’ l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal it-third organic waste bag li hemm imsemmija fil-Waste Management Plan 2014? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar ta’ liema sena hemm il-ħsieb li din tiddaħħal?
15/06/2015

* 17154. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għall-Finanzi


Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew u allura tħallsu spejjeż inkonnessjoni mal-kirjiet jew ix-xiri fis-sena 2014 tal-karozzi ministerjali tas-Segretarji Parlamentari? Jista’ jgħid jekk dawn jiġux maqsuma?
16/06/2015

* 17155. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għall-Finanzi


Jista’ l-Ministru jgħid kemm awtorizza kuntratti ta’ kiri u xiri ta’ vetturi tul is-sena 2014 fil-Ministeri, dekasteri u korporazzjonijiet kollha? Jista’ jgħid kemm din l-ispiża komplessiva ġiet tiswa?
16/06/2015

* 17156. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali


Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw il-Katakombi ta’ San Pawl fir-Rabat Malta tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?
16/06/2015

* 17157. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali


Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ħalsu biex daħlu jaraw Ta’ Skorba l-Imġarr tul is-sena 2014 u jista’ jindika jekk kienx hemm żjarat minn tfal tal-iskola u jekk iva, kemm kien hemm żjarat? Kemm kien hemm żjarat minn skejjel primarji u kemm minn skejjel sekondarji?
16/06/2015

* 17158. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għat-Turiżmu


Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv fil-Ministeru u fid-dekasteru kollha tal-Ministeru, sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskili u kemm ta’ sess femminili?
16/06/2015

* 17159. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-

Ministru għat-Turiżmu


Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha tal-Ministeru? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u li ħadmu fil-Ministeru, u fid-dekasteri kollha inkluż l-Korporazzjonijiet?
16/06/2015

* 17508. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
30/06/2015

* 17509. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-

Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali


Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
30/06/2015

* 17510. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-

Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili


Tista l-Ministru tgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hi tmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
30/06/2015

* 17511. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill-

Ministru għall-Finanzi


Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' impjieg jew servizz bħala konsulent fil-Bank Ċentrali ta' Malta f'dawn l-aħħar tlett xhur? Jista' jgħid min huma l-konsulenti li ġew ingaġġati? X'kundizzjonijiet ta' xogħol ingħataw? Fuq liema materja ser ikunu qegħdin joffru konsulenza? Xi kwalifiċi u esperjenza għandhom dawk li ntgħażlu?
30/06/2015

* 17520. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-

Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali


Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 17354 u 16388 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat mill-Procurement Officer tar-Residenza San Vinċenz de Paul li nħatar f’position of trust? Jista’ jgħid x’inhuma l-kwalifiki u l-esperjenza ta’ dan il-Procurement Officer fir-rwol li qed jokkupa llum?
01/07/2015

* 17524. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta waslitx biex tinkonkludi l-pjanijiet tagħha għal dak li jirrigwarda l-parking policy li suppost li kienet qiegħda tfassal? Jekk iva, meta hu mistenni li din il-policy tiġi mħabbra? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk din il-policy hux se tinkludi wkoll żoni speċifiċi li fihom ir-residenti tad-diversi lokalitajiet ikunu jistgħu jibbenefikaw minn konċessjonjiet partikulari?
01/07/2015

* 17525. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Billi fir-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16207 ingħad li Transport Malta se tinsisti biex l-isekda ta' trasport pubbliku għas-sajf kienet se tidħol fis-seħħ, iżda ma ġiex speċifikat meta, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta se tidħol fis-seħħ din l-iskema, u jekk hux se jkun hemm bidliet mill-iskema tas-sena li għaddiet, b'mod partikulari minħabba l-fatt li f'vened bħal dik ta' Buġibba/Qawra, is-sena li għaddiet kienu esperjenzati bosta diffikultajiet għal persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-karozzi tal-linja?
01/07/2015

* 17526. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Prim Ministru


Billi waqt id-diskussjoni riċenti dwar il-MEPA u l-SPED donnu li kien hemm indikazzjoni li dak li jikkonċerna l-proġetti ta' land reclamation kienu se jiġu abbandunati, minħabba d-diffikultajietkbar li hemm biex tali reclamation isseħħ f'Malta, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm deċiżjonijiet formali biex din il-politika ma tibqax tiġi segwita, almenu għall-futur immedjat?
01/07/2015

* 17527. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima


B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16337, jista' l-Ministru jagħti tagħrif mitlub, xahar b'xahar, għall-aħħar sitt xhur tal-2014 u l-ewwel sitt xhur tal-2015?
01/07/2015

* 17540. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista' l-Ministru jgħid jekk din is-sena qabel ma reġa’ nfetaħ il-waterpark ta' Buġibba, saritx manutenzjoni tiegħu? Fost l-oħrajnjista' jgħid jekk l-art tal-istess waterpark filfatt ġietx miżbugħa biex jiġi assigurat li ma jkunx hemm periklu ta' żlieq għat-tfal li jattendu f'dan il-park?
02/07/2015

* 17541. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-

Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura


Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew xi aġenzija/dipartiment li jaqa' taħt l-istess Ministeru, fasslitx xi skatepark fl-inħawi ta' Triq il-Port Ruman, San Pawl il-Baħar? Jekk iva, x'kien ix-xogħol li sar, min iddisinja l-istess faċilità, min waħħal dawn l-injamiet li qed jissejħu skatepark, min iċċertifikom li huma sew, u min qed jassigura li ma jinħoloqx periklu għal dawk li jużaw l-istess area? Meta ġew ordnati, u meta twaħħlu fuq il-post?
02/07/2015

* 17551. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jagħti garanzija ta’ ekwità ġusta fis-servizz tas-saħħa ladarba s-sistema tibda titħaddem mill-investitur ġdid? Se tinħoloq differenza bejn min jiflaħ iħallas u min ma jiflaħx iħallas fl-istess sptar?
03/07/2015

* 17552. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament huma l-istess investituri li riedu jixtru sptar privat ewlieni f’pajjiżna?
03/07/2015

* 17553. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-Isptar t’Għawdex, il kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament se jieħdu l-management f’idejhom minn Settembru 2015?
03/07/2015

* 17554. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jgħid hux minnu li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament bagħtu team ta’ persuni biex jitkixxfu fuq l-Isptar t’Għawdex ferm qabel ma rebħu t-tender huma?
03/07/2015

* 17555. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jagħti garanzija li mhux se joħolqu monopolju privat fis-settur tas-saħħa? Huwa minnu li l-kontroll totali tas-sistema tas-saħħa f’pajjiżna se tkun f’idejn il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
03/07/2015

* 17556. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-

Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa


Jista’ l-Ministru jgħid liema ħaddiema jew professjonijiet se jibqgħu jaħdmu fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptar Karen Grech meta dawn l-isptarijiet jgħaddu f’idejn kumpanija privata?
03/07/2015

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA


  1. Abbozz Nru 108 - Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent – Tieni Qari – Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima.




  1. Abbozz Nru 107 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp – Tieni Qari – Prim Ministru.




  1. Abbozz Nru 109 - Abbozz ta’ Liġi dwar it-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar – Tieni Qari – Prim Ministru.




  1. Abbozz Nru 100 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji – Tieni Qari - Ministru għall-Finanzi.




  1. Abbozz Nru 95 - Abbozz ta’ Liġi dwar il-Kummissarju għall-Anzjani – Tieni Qari (Kont) – Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.




  1. Abbozz Nru 105 - Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – Tieni Qari – Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa.




  1. Abbozz Nru 104 - Abbozz ta’ Liġi dwar il-Konvenzjoni dwar Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità – Tieni Qari – Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.




  1. Abbozz Nru 101 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs għal Persuni b’Diżabilità – Tieni Qari – Onor. Stephen Spiteri.




  1. Abbozz Nru 97 - Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Tieni Qari - Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.




  1. Abbozz Nru 45 - Abbozz ta’ Liġi dwar il-Ħarsien tat-Tfal (Ħarsien Barra mid-Dar) – Tieni Qari – Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali




  1. Abbozz Nru 63 - Abbozz ta’ Liġi dwar Standards fil-Ħajja Pubblika – Tieni Qari – Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali.




  1. Abbozz Nru 86 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Promozzjoni ta’ Negozji – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.




  1. Abbozz Nru 89 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien – Tieni Qari – Ministu għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.




  1. Abbozz Nru 102 - Abbozz ta’ Liġi li l-jemenda l-Att dwar il-Forzi Armati ta’ Malta - Tieni Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.




  1. Abbozz Nru 106 - Abbozz ta’ Liġi dwar l-Użu mill-ġdid tal-Informazzjoni tas-Settur Pubbliku – Tieni Qari - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.




  1. Abbozz Nru 21 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Periti – Tieni Qari – Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura.




  1. Abbozz Nru 92 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Sigurtà fl-Ajruportijiet u fl-Avjazzjoni Ċivili – Tielet Qari - Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.




  1. Abbozz Nru 96 - Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar l-Impieg ta’ Persuni b’Diżabilità - Tielet Qari - Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.




  1. Mozzjoni biex jiġi emendat il-Pjan Strateġiku għall-Ambjent u l-Ippjanar skont l-Att dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp – Votazzjoni.


RAYMOND SCICLUNA

7 ta’ Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA

KUMITATI TAL-KAMRA
KUMITAT PERMANENTI GĦALL-KONSIDERAZZJONI TA’ ABBOZZI TA’ LIĠI
Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Lulju 2015, fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-


  1. Konferma tal-Minuti.

  2. Abbozz ta’ Liġi li jemenda Diversi Liġijiet dwar is-Servizzi Finanzjarji – Abbozz Nru 99.

Abbozz ta’ Liġi dwar il-Finanzjament ta’ Partiti Politiċi – Abbozz Nru 59 (Kontinwazzjoni);


Abbozz ta’ Liġi dwar Stili ta’ Ħajja Sana (Biex Titnaqqas l-Obeżità) – Abbozz Nru 62 – Onor. Robert Cutajar.
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Abbozz Nru. 73 - Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar.
Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Rikonoxximent tal-Lingwa Maltija tas-Sinjali – Abbozz Nru 88 – Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali.
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni Ċivili – Abbozz Nru 83 – Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar Kunsilli Lokali – Abbozz Nru 84 - Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar l-Edukazzjoni – Abbozz Nru 98 -. Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.
KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-KONTIJIET PUBBLIĊI
Il-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 8 ta' Lulju, 2015 fis-6:30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-


  1. Minuti;

  2. Skrutinju dettaljat tal-kuntratt li sar ma’ Henley and Partners dwar l-Individual Investor Programme (Kont.); u

nhar it-Tnejn, 13 ta' Lulju, 2015 fis-6:30 p.m fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-


  1. Minuti; u

  2. Rapport talAwditur Ġenerali: An Analysis of the Effectiveness of the Enemalta Corporation’s Fuel Procurement (Kont.).


KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI
Il-Kumitat dwar l-Affarijiet Soċjali se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Lulju, 2015 fis-6.30 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Palazz il-Belt b'din l-aġenda:-
1. Minuti.

2. Preżentazzjoni tar-rapport mill-President’s Foundation for the Wellbeing of Society.  

3. Affarijiet oħra.

LAQGĦA KONĠUNTA 

KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET SOĊJALI,

KUMITAT PERMANENTI DWAR IL-FAMILJA U

KUMITAT PERMANENTI DWAR IS-SAĦĦA

 

Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat Permanenti dwar il-Familja u l-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa se jiltaqgħu nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Lulju 2015 fis-7:15 pm  fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:




  1. Approvazzjoni tal-Minuti;

  2. Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali (Kont.); u

  3. Affarijiet Oħra.

u l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2015 fis-6:45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-




  1. Approvazzjoni tal-Minuti;

  2. Diskussjoni dwar l-età tal-kunsens sesswali (Kontinwazzjoni); u

  3. Affarijiet Oħra.



KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ
Il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar il-Ħamis, 9 ta’ Lulju 2015 fis-6:00 p.m. fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament b'din l-aġenda:-


  1. Laqgħa mal-Onor. Sandro Gozi, Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej tal-Italja, dwar kwestjonijiet ewlenin li jinsabu fuq l-aġenda tal-Unjoni Ewropea.



KUMITAT PERMANENTI DWAR L-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ

GRUPP TA’ ĦIDMA I
Il-Grupp ta’ Ħidma I fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej se jiltaqa' nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Lulju, 2015 fis-6.45 pm fil-Kamra tal-Kumitati fil-Parlament il-Belt b'din l-aġenda:-


  1. Minuti.

  2. Konsiderazzjoni ta’ proposti leġislattivi fir-rigward tal-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

  3. Skrutinju ta’ proposti leġislattivi u dokumenti oħra maħruġa mill-Kummissjoni u minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea.



RAYMOND SCICLUNA

7 ta’ Lulju 2015 SKRIVAN TAL-KAMRA



Yüklə 62,96 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə