Korp tal-pulizija applikanti bit-tattoos



Yüklə 50,33 Kb.
səhifə1/2
tarix15.08.2018
ölçüsü50,33 Kb.
#62699
  1   2

Mistoqsijiet Parlamentari
Seduta Nru. 395

It-Tnejn, 30 ta' Mejju, 2016 fis-6:00 p.m.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI

KORP TAL-PULIZIJA – APPLIKANTI BIT-TATTOOS
25537. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hijiex policy tal-Korp tal-Pulizija sabiex applikanti li jkunu jridu jidħlu fil-Korp tal-Pulizija, jiġu esklużi milli jiġu aċċettati peress li jkollhom tpinġija (tattoo)? Jekk fl-affermattiv, jista’ jikkonferma li din il-policy tapplika wkoll għal min jiġi re-instated fil-Korp tal-Pulizija wara li jkun intlaqgħu l-ilmenti mill-Grievance Board?
17/05/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li skond l-aħħar avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 19,536 datata 16 ta’ Frar, 2016, għall-post ta’ Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, l-artiklu 4.1(viii) kien jgħid illi “applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew body piercing eċċessiv ma jiġux ikkunsidrati. Applikanti li jkollhom tatwaġġi oħrajn jiġu kkunsidrati skont il-każ”. Madankollu ma hemmx policy rigward ir-re-instatements u d-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-Grievances Unit, fejn jikkonċerna tatwaġġi.
Seduta 395

30/05/2016



AWTORITÀ TAT-TRASPORT – ROTI BIL-MUTUR
19478. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jispjega l-politika tal-Awtorità tat-Trasport dwar roti li jitwaħħal mutur magħhom?
05/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta tirreġistra biss dawk iċ-ċikletti bil-mutur u/jew pedelecs li huma manifatturati għall-iskop li jintużaw bħala ċikletti bil-mutur jew pedelecs. Huwa llegali li jitwaħħal mutur b’kombustjoni nterna jew mutur li jaħdem bl-elettriku fuq ċikletta bil-pedali.
Huwa fatt important li wieħed jagħmel distinzjoni bejn dawn il-pedelecs li jaħdmu bil-batterija kontra r-roti (li jeżistu) u nstallati b’magna li taħdem bil-petrol u li dawn huma illegali u jagħmlu ħafna storbju meta misjuqin fit-toroq.
Seduta 395

30/05/2016



INĊENTIV GĦAL UŻU TA’ MUTURI
19479. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid hux se jingħata xi inċentiv biex il-poplu jibda jagħżel li juża aktar il-mutur milli l-karozza bħala mezz tat-trasport?
05/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern preżenti diġa wettaq inizzjativi sabiex jinċentiva l-użu ta’ muturi bħala mezz alternattiv ta’ trasport. Fil-fatt, fl-ahhar sentejn daħlu dawn il-miżuri f’dan ir-rigward:
- Muturi b’magna sa massimu ta’ 250cc tneħħitilhom it-taxxa ta’ reġistrazzjoni filwaqt li t-taxxa ta’ reġistrazzjoni fuq muturi b’magna ta’ ‘l fuq minn 250cc ġiet mraħħsa;

- Sewwieqa fil-pussess ta’ kategorija B fuq il-liċenzja tas-sewqan, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2016, setgħu isuqu mutur b’magna ta’ mhux iktar minn 125cc, u wara li jkun ittieħed kors ta’ taħriġ neċessarju;

- Il-liċenzja għal muturi żgħar ta' 125cc jew anqas tnaqqsitilhom drastikament għal flat rate nominali ta' €10 fis-sena;

- It-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq muturi elettriċi tneħħiet.


Seduta 395

30/05/2016


SIĠAR MIŻRUGĦA
19480. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar ġodda matul is-snin 2013, 2014 u 2015 f’Malta u f'Għawdex? Jista’ jikkwalifika t-tip ta’ siġar?
05/10/2015
ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari numru 19318.
Seduta 395

30/05/2016


ŻONI AGRIKOLI - AFFORESTAZZJONI
19481. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jispjega l-politika tal-Gvern dwar l-afforestazzjoni ta’ żoni agrikoli u li jkun hemm spazju fejn jinżergħu iktar siġar fihom?
05/10/2015
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet t’afforestazzjoni tal-Ministeru ma jinkludux artijiet agrikoli. Tħawwil ta’ siġar ġodda jsir u huwa ppjanat li jsir f’żoni fuq art tal-Gvern li, iżda, mhux art agrikola.
Seduta 395

30/05/2016


PRODOTTI AGRIKOLI - SPEZZJONIJIET
19482. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex isiru spezzjonijiet u jekk iva, kemm saru spezzjonijiet fis-snin 2013, 2014 u 2015 biex jaraw it-traċċabilità ta’ prodotti agrikoli li qegħdin jiddaħħlu fil-pajjiż bil-vapuri jew katamaran?
05/10/2015
ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15238.
Seduta 395

30/05/2016


NEGOZJANTI – BEJGĦ TA’ PRODOTTI
19483. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu kontra negozjanti barranin li jbiegħu diversi oġġetti bħal għodda, borom u kull tip ta’ prodott ieħor li ħafna drabi negozjanti li għandhom il-permessi neċessarji biex ibiegħu dawn il-prodotti jkollhom ħafna aktar spejjeż biex jimportaw dawn il-prodotti milli sempliċiment jidħlu pajjiżna bil-vann tagħhom u jibdew jbiegħu dawn il-prodotti fuq l-idejn?
05/10/2015
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tal-Kummerċ fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar hu responsabbli għall-ħruġ tal-liċenzji relattivi kif hu kontemplat fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 441.07 - Regolamenti dwar il-Liċenzi tal-Kummerċ. L-infurzar tal-liġi hija responsabilita` li taqa` taħt il-Korp tal-Pulizija.

Seduta 395

30/05/2016

PRODUZZJONI TAL-ILMA GĦAT-TISQIJA RIĊIKLAT
24327. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-ilma għat-tisqija riċiklata mill-impjanti tad-drenaġġ f'pajjiżna sena b’sena mill-2012 sal-lum? Kemm swiet fi flus l-ispiża sena b'sena għal dan l-ilma riċiklat?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma li l-ispiża annwali tvarja skont:

· l-ammont ta’ drenaġġ ittrattat kif ukoll l-ammont mibgħut għat-tisqija,

· il-kwalita’ ta’ drenaġġ ittrattat,

· liema ġibjuni jintlew skont id-domanda,

· in-numru ta’ ġimgħat fis-sena b’domanda għall-ilma, u

· l-manuntenzjoni skedata fis-snin rispettivi.


Il-medja ta’ spiża annwali għal dawn is-snin kienet ta’ €1.68 miljuni.
Seduta 395

30/05/2016


TISWIJIET F’ĠIBJUNI GĦALL-ĦAŻNA TAL-ILMA TAX-XORB
24328. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid f’dawn l-aħħar tliet snin jekk sarux xi tiswijiet f’ġibjuni għall-ħażna tal-ilma tax-xorb? Fejn qegħdin dawn il-ġibjuni u kemm sewa flus kull ġibjun?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi f’dawn l-aħħar tlett snin saret tiswija tal-ġibjun ta’ Pembroke li swiet €21,155.58 (wieħed u għoxrin elf, mija, ħamsa u ħamsin Ewro u tmienja u ħamsin ċenteżmu).
Seduta 395

30/05/2016


ĦAŻNA U PRODUZZJONI TAL-ILMA
24329. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kibret il-ħażna tal-ilma f'dawn l-aħħar tliet snin kif ukoll il-produzzjoni tagħha? X'qed isir b'mod konkret biex dan l-ilma kollu ma jibqax imur il-baħar?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant jikkjarifika għal-liema tip ta’ ilma qed jirreferi peress li l-mistoqsija mhux ċara.
Seduta 395

30/05/2016


BOWSERS REĠISTRATI LI JĠORRU ILMA TAX-XORB
24330. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma tax-xorb li huma reġistrati ma' xi awtorità li taqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 22 vettura li jġorru ilma li hu tajjeb għax-xorb.
Seduta 395

30/05/2016


BOWSERS REĠISTRATI LI JĠORRU ILMA GĦAT-TISQIJA
24331. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm bowsers li jġorru ilma għat-tisqija li huma reġistrati ma' xi awtorità jew dipartiment li jaqa' taħt ir-responsabiltà tiegħu?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma għandu rreġistrati miegħu 163 vettura li jġorru ilma mhux tajjeb għax-xorb.
Seduta 395

30/05/2016


ĦRUĠ TAL-PERMESS TAL-BOWSERS BIEX IĠORRU L-ILMA
24332. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kundizzjonijiet marbuta mal-ħruġ tal-permess tal-bowsers biex dawn iġorru kemm ilma għax-xorb kif ukoll ilma tat-tisfija? X'moniteraġġ isir mill-Ministeru tiegħu biex jara li dawn il-kondizzjonjiet ikunu miżmuma?
01/04/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet li jimponi r-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma mal-ħruġ ta’ liċenzja għall-ġarr tal-ilma kemm għal skop ta’ bejgħ lill-konsumatur kif ukoll għall-użu personali.
Seduta 395

30/05/2016


COURIERS SERVICES DOOR-TO-DOOR LOKALI
25520. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Kompetittività u Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji li joffru courier servicedoor-to-door lokali?
16/05/2016
ONOR. EMANUEL MALLIA: Ir-reġistru ta’ entitajiet awtorizzati li joffru servizzi postali huwa disponibbli fuq il-website ta’ l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni fuq dan l-indirizz: http://www.mca.org.mt/sites/default/files/pageattachments/2016.03.10%20Register%20-%20Postal.pdf . Dawn l-entitajiet ma jeħtieġu ebda awtorizzazzjoni speċifika oħra sabiex joffru courier servicedoor-to-door lokali. Kull entita li isimha jidher fuq ir-reġistru tista’ toffri s-servizz door-to-door.
Seduta 395

30/05/2016



FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-CARITAS
25573. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-ftehim li ġie ffirmat reċentement bejn il-Gvern u l-Caritas dwar servizzi li l-Caritas ser tagħti fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga, jista’ l-Ministru jgħid:

a) x’inhuma s-servizzi li ser jingħataw lill-gvern;

b) x’inhu l-perjodu li jkopri dan il-ftehim;

c) xi ħlas ser jagħti l-Gvern, sena b’sena?

19/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpelant illi, is-servizzi li se jingħataw lill-Gvern huma servizzi relatati mar-riabilitazjoni ta’ droga. Il-ftehim ikopri l-perjodu bejn Jannar 2016 sa Diċembru 2018. Il-ħas li ser ikun qiegħed jagħti l-Gvern jammonta sa massimu ta’ €860,000 fis-sena.
Seduta 395

30/05/2016


CARITAS - RIABILITAZZJONI MID-DROGA
25574. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħallas flus il-Gvern lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015, sena b'sena?
19/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammonti li l-Gvern ħallas lill-Caritas b’rabta mar-riabilitazzjoni mid-droga, huma kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

Sena

(€)







2010

643,881

2011

646,000

2012

646,000

2013

646,000

2014

850,000

2015

850,000

Seduta 395

30/05/2016
FTEHIM BEJN IL-GVERN U L-CARITAS
25575. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għall-ftehim li ġie ffirmat reċentament bejn il-Gvern u l-Caritas dwar servizzi li l-Caritas ser tagħti fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan il-ftehim huwiex addizzjonali għall-għajnuna li tingħata normalment mill-Gvern lill-Caritas jew jekk hux intiż biex ikopri wkoll is-servizzi li jingħataw normalment?
19/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpelant illi, il-ftehim li ġie ffirmat riċentament bejn il-Gvern u l-Caritas ikopri s-servizzi li kienu diġa’ jingħataw u servizzi oħra ġodda. Ftehim ieħor bejn il-Gvern u l-Caritas dwar riabilitazzjoni mid-droga għal ¿għa¿agħ ta’ taht it-18 il sena, ser ikun iffirmat aktar tard matul din is sena.
Seduta 395

30/05/2016




PERSUNI LI GĦADDEW MINN PROGRAMM TA’ RIABILITAZZJONI MID-DROGA
25576. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għaddew minn programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga fid-diversi programmi li hawn f’pajjiżna, sena b’sena fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015 u jaqsam din l-informazzjoni skont il-programmi rispettivi?
19/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, in-numru ta’ persuni li attendew l-Aġenzija Sedqa għall-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.



2010

2011

2012

2013

2014

2015

SMIPU - Dar l-Impenn

267

211

203

180

169

208

KSM – Komunita Santa Marija

57

51

49

36

28

41

ASU – Assessment and Stabilisation Unit

-

-

-

56

46

57

NB: Tajjeb li wieħed jgħid li s-servizz tal-Assessment and Stabilisation Unit beda jiġi offrut fl-aħħar xahar tas-sena 2012 u allura l-ewwel statistika disponibbli hi dik għas-sena 2013.

Seduta 395

30/05/2016


PROGRAMMI TA’ RIABILITAZZJONI MID-DROGA – LISTA TA’ STENNIJA
25577. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk teżistix lista ta’ stennija għall-programmi ta’ riabilitazzjoni mid-droga? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hemm bħalissa?
19/05/2016

ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-lista ta’ stennija għas-servizzi ta’ riabilitazzjoni mid-droga offruti mill-Aġenzija Sedqa huwa kif ġej:

1. Dar l-Impenn: L-ebda lista ta’ stennija. Numru ta’ klijenti ingħataw data ta’ dħul għal ġimgħat li ġejjin u bħalissa qed jiġu ppreparati.

2. Assessment and Stabilisation Unit: 4 persuni fil-waiting list.

3. Komunita’ Santa Marija: L-ebda lista ta’ stennija. Numru ta’ klijenti ingħataw data ta’ dħul għal ġimgħat li ġejjin u bħalissa qed jiġu ppreparati biex jibdew it-tali programm.


Seduta 395

30/05/2016


UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25617. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24762 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull kaz ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Seduta 395

30/05/2016


UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25618. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24763 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu . Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.
Seduta 395

30/05/2016




UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25619. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24764 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.
Seduta 395

30/05/2016


UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25620. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24760 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpaniji msemmija b’mod separat.
Seduta 395

30/05/2016


UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25621. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24761 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbdu jagħmlu l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif relatat mal-ewwel kumpanija msemmija fil-mistoqsija tiegħu. Ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija l-oħra.

Seduta 395

30/05/2016
UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – LISTA TA’ XOGĦLIJIET/KONSULENZI/RAPPORTI
25622. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24765 u jagħti lista sħiħa tax-xogħlijiet/konsulenzi/rapporti li tqabbad jagħmel l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jitpoġġew separatament mill-2013 sal-lum? Għal kull każ ta’ xogħol/konsulenza/rapport imqabbad, jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti, kemm sewa (jew huwa stmat li jiswa), meta ngħata, jekk ingħatax permezz ta’ tender jew direct order u min kien l-uffiċjal li talab ix-xogħol/konsulenza/rapport rispettiv?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu msemmi.
Seduta 395

30/05/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR - ĊITAZZJONIJIET
25627. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet li l-wardens ħarġu fil-lejl ta’ bejn il-Ġimgħa 20 u s-Sibt 21 ta’ Mejju 2016, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar? Għal liema kontravenzjonijiet ħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet?
23/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Fir-Reġjun Tramuntana titħaddem rotta bejn is -6.00pm u nofs il-lejl fejn il-Lokalita ta’ San Pawl il –Baħar tiġi sorveljata għall-Infurzar Lokali minn 2 Gwardjani Lokali. Waqt il-qadi ta’ dmirijiethom il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju,2016 ngħataw 24 ticket fi 17 il- triq differenti fil-lokalita ta’ San Pawl il –Baħar. 2 ċitazzjonijiet kienu mgħotija peress illi l-liċenzja tal-vetturi kienet skaduta u l-20 ċitazzjoni jirrigwardjaw pparkjar ħazin bħal pparkjar f’kantunieri, mas- central strips, double parking u fuq double yellow lines.
Seduta 395

30/05/2016


BUĠIBBA – DIREZZJONI LEJN SAN PAWL IL-BAĦAR – TRAFFIC LIGHTS
25628. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 25282 u 22713, billi l-periklu li hemm fuq il-post qed jikkawża diffikultajiet mhux żgħar f’dawn in-naħat, u billi l-istess problema ġiet ukoll imsemmija almenu darbtejn fuq il-ġurnal It-Torċa, jista’ l-Ministru jassigura li jitwaħħlu l-lights neċessarji u dan qabel ikun tard wisq?
23/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien nisab infurmat li l-parti tal-inkroċju bejn Triq il-Korp tal-Pijunieri k/m Triq il-Wileġ, li għalih qed tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari, m’għandu l-ebda parti minnu kkonrollat bis-sinjaletika elettronika tat-traffiku. Il-movimenti tat-traffiku f’dan l-inkroċju huma kkontrollati bis-sinjaletika ta’ STOP li għandu jiġi osservat. Il-parti fejn hemm sinjaletika elettronika tat-traffiku tinsab fi Vjal Kennedy k/m Triq Korp tal-Pijunieri.

Seduta 395

30/05/2016
SAN PAWL IL-BAĦAR – TOROQ LI QATT MA SARU
25629. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq qatt ma saru fil-lokalità kollha ta’ San Pawl il-Baħar, u li hemm il-ħsieb li jsiru matul din is-sena, jew is-sena d-dieħla?
23/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Transport Malta, it-toroq residenzjali li qatt ma saru fil-lokalita’ ta’ San Pawl il-Baħar huma s-segwenti:


Triq is-Simar

Triq il-Konz

Triq Manuel Bonnici

Triq Massimiliano Kolbe

Triq il-Qawra

It-toroq residenzjali jsiru darba li jkunu ffurmati u skont il-prioritajiet, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.


Seduta 395

30/05/2016


TRANSPORT MALTA – RESIDENTIAL PARKING ZONES
25630. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi l-pożizzjoni ta’ Transport Malta f'isem il-Gvern għal dak li jikkonċerna residential parking zones madwar Malta u Għawdex?
23/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li talbiet għal parkeġġ bil-ħin ser jiġu evalwati fl-isfond tal-polza l-ġdida dwar il-parkeġġi fit-toroq.
Seduta 395

30/05/2016


SOMMA - KAŻ TA’ PERSUNA
25631. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward somma li għandha tieħu?
23/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu ġie mistħarreġ u wkoll sar kuntatt mal-persuna ikkonċernata.
Seduta 395

30/05/2016


TA’ XBIEX – TRIQ L-IMRADD – SERVIZZI TAD-DRENAĠĠ
25632. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jara li jsiru s-servizzi tad-drenaġġ fi Triq l-Imradd f’Ta’ Xbiex, peress li t-triq ma tistax tingħata t-tarmak qabel jsiru s-servizzi?
23/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġejt infurmat mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma illi x-xogħol huwa mistenni li jibda dalwaqt.
Seduta 395

30/05/2016



QORTI TAL-MAĠISTRATI – KAWŻI ĊIVILI TA’ LIBELL
25633. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kawża ċivili ta' libell ġew ippreżentati fil-Qorti tal-Maġistrati fl-aħħar għaxar snin u jgħid kemm minnhom ġew deċiżi favur min fetaħ il-kawża ta' libell?
23/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: In-numru ta’ libelli ċivili ppreżentati fil-Qorti ta’ Malta u Għawdex fl-aħħar għaxar snin, kien kif muri fit-tabella hawn taħt:


Sena

Nru ta’ Libelli ppreżentati







2006

67

2007

66

2008

77

2009

55

2010

29

2011

16

2012

38

2013

47

2014

50

2015

19

2016 (sat-23/05/2016)

17

Ma tinżammx statistika dwar l-eżitu ta’ kawżi ċivili u għalhekk ma jistax jingħad kemm minnhom ġew deċiżi favur min fetaħ il-kawża ta' libell.


Seduta 395

30/05/2016


PULIZIJA – KONTROLL TAT-TRAFFIKU
25634. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-irwol tal-Pulizija ta’ Malta fil-kontroll tat-traffiku f’pajjiżna?
23/05/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-rwol tal-Pulizija fil-kontroll tat-traffiku f’pajjiżna huwa ferm varjat, speċjalment dak ta’ Pulizija tas-sezzjoni tat-Traffiku, però fil-qosor hu prinċipalment li jassistu kull tip ta immaniġjar ta’ traffiku f’dawn il-gzejjer. Fost diversi doveri dawn ikunu postijiet strateġiċi biex f’ħinjiet fejn it-traffiku jiżdid kemm filgħodu kif ukoll fil-għaxija, biex jassistu fit-tmexxija tal-vetturi jew f’dawk il-postijiet fejn ikun hemm xogħol fuq proġetti prinċipali tat-toroq. L-istess pulizija jkunu ħafna drabi minn tal-ewwel li jasslu fuq il-postijiet ta’ inċidenti stradali għal kull għajnuna u kontroll tat-traffiku u waqt ir-ronda tagħhom jassistu sewwieqa u pedestrians kif meħtieġ. Dan biex kemm jista jkun jipprevenu inċidenti barra li jaraw li tinżamm l-ordni fis-sewqan u jinvestigaw kontravenzjonijiet fit-toroq bi ksur ta’ liġijiet relatati mat-traffiku. Il-Pulizija tat-Traffiku huma wkoll responsabbli mix-xogħol ta’ skorta bil-mutur, waqt zjarat ta’ persuni distinti, f’dawn il-gzejjer.
Seduta 395

30/05/2016


BOUNCERS - REGOLAMENTI
25635. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kif inhuma regolati jew liċenzjati l-bouncers li jaħdmu ġo stabbilimenti f’pajjiżna? Jista’ jgħid jekk dawn għandhomx xi poteri mogħtija mil-liġi Maltija u sa fejn jaslu dawn il-poteri?
23/05/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li ir-regoli dwar persuni liċenzjati biex jagħmlu xogħol ta’ gwardjani privati f’postijiet ta’ divertiment (bouncers), joħorġu mill-provedimenti tal-Kap 389 tal-Liġijiet ta’ Malta, dwar Gwardjani Privati u Lokali. Din il-liġi telenka wkoll il-kwalifiki meħtieġa minn dawn il-gwardjani kif ukoll il-provedimenti fuq ħruġ ta’ liċenzji tagħhom. Dwar il-poteri ta’ l-istess gwardjani, dawn huma elenkati wkoll fil-ligi msemmija u speċifikament fil-paragrafu 12A ta’ l-istess liġi.
Seduta 395

30/05/2016


BDIL FIL-FONDI ALLOKATI GĦALL-ENTITAJIET EDUKATTIVI
25636. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika jekk kienx hemm tibdil fil-fondi allokati għall-entitajiet edukattivi mill-approvazzjoni tal-Budget ‘l hawn? Jekk iva, liema kienu dawk l-entitajiet jew proġetti (jew inizjattivi) li kellhom żidiet jew tnaqqis fil-voti approvati?
23/05/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru t-tibdil fil-fondi allokati għall-entitajiet edukattivi u l-programmi u inizjattivi fl-2016.

Seduta 395

30/05/2016
TWAĦĦIL TA’ SLIELEM U BINS MADWAR IL-KOSTA
25637. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitwaħħlu s-slielem fil-bajjiet madwar il-kosta biex jgħinu lin-nies jinżlu u jitilgħu mill-baħar? Kif ukoll meta hu mistenni li jitqiegħdu f'posthom il-bins li jkun hemm madwar il-kosta?
23/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, li s-slielem tal-baħar ilhom jiġu mwaħħla tul il-kosta ta’ pajjiżna għal dawn l-aħħar ġimgħat. Fil-ġranet li ġejjin hu maħsub li jkunu twaħħlu kollha.
Il-bins madwar il-kosta bdew jiġu mpoġġija wkoll.
Wieħed irid japprezza, li jekk din l-infrastruttura titwaħħal kmieni ħafna, jirriżulta li tiġrilhom ħafna ħsara qabel ma jibda l-istaġun tas-sajf.
Seduta 395

30/05/2016


RAPPORT DWAR IL-BINI TA’ MINA BEJN MALTA U GĦAWDEX
25638. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti dwar il-mina bejn Malta u Għawdex li ġew imsemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25333?
23/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra fil-mument opportun.

Seduta 395

30/05/2016
AWTORITÀ TAX-XANDIR – CHAIRPERSON – EUROVISION SONG CONTEST
25640. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jikkonferma li ċ-Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir telgħet Stokkolma għall-Eurovision Song Contest? X’kien l-skop tal-mawra? Kemm swiet fit-total din il-mawra inkluż vjaġġi, akkomodazzjoni u perkaċċi?
23/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016


AWTORITÀ TAX-XANDIR - CHAIRPERSON - EUROVISION SONG CONTEST
25641. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Chairperson tal-Awtorità tax-Xandir tela mad-delegazzjoni tal-PBS, bħala parti mid-delegazzjoni jew mhux, jara l-Eurovision Song Contest matul is-snin?
23/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.

Seduta 395

30/05/2016
HERITAGE MALTA F’GĦAWDEX – MUŻEWIJIET MAGĦLUQA
25643. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-weekend ta' bejn is-16 u s-17 ta' April, kienx hemm xi siti jew mużewijiet ta' Heritage Malta f'Għawdex li baqgħu magħluqa? Jekk fl-affermattiv liema kienu dawn is-siti u għal liema raġuni baqgħu magħluqa?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li nhar is-16 u s-17 t’April Heritage Malta fetħet is-siti u l-mużewijiet tagħha kollha f’Għawdex bħal kull ġurnata oħra.
Seduta 395

30/05/2016


HERITAGE MALTA – ĦADDIEMA FI GRADI TA’ MANAGEMENT
25644. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta hiex qed tutilizza ħaddiema fi gradi ta’ management u fi grad A tal-Ftehim Kollettiv, għal tindif tas-siti tagħha? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta kienu dawn l-istanti u għaliex kien hemm din il-ħtieġa?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda okkazjoni meta ħaddiema tal-gradi msemmija intużaw għat-tindif.
Seduta 395

30/05/2016



HERITAGE MALTA – ĦADDIEMA – TAĦRIĠ SPEĊJALIZZAT
25645. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem ta' Heritage Malta (mis-sena 2013 sas-sena 2015) ingħataw l-opportunità li jattendu għall-konferenzi jew taħriġ speċjalizzat barra minn xtutna?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li mill-2013 sal-2015 kien hemm 51 okkazjoni meta uffiċjali minn Heritage Malta attendew konferenzi jew żjarat speċjalizzati f’mużewijiet, inkluż laqgħat marbutin ma’ proġetti ko-finanzjati mill-UE.
Seduta 395

30/05/2016


HERITAGE MALTA – INFIQ FUQ SESSJONIJIET TA’ TEAM BUILDING
25646. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid x' kienet in-nefqa ta' Heritage Malta allokata speċifikament għall-attivitijiet ta' sessjonijiet ta' team building fis-snin 2013, 2014 u 2015, sena b’sena? Jista' jgħid kemm saru attivitajiet ta' team building f'dawn is-snin, sena b’sena?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li bejn l-2013 u l-2015 ma sarux sessjonijiet ta’ team building f’Heritage Malta ħlief għal sessjoni informali b’mod volontarju fil-Katakombi ta’ San Pawl f’Settembru 2015. Programm speċifiku ta’ team building beda fl-2016 u diġa saru żewġ sessjonijiet.

Seduta 395

30/05/2016
HERITAGE MALTA – PROĠETT TA’ GOZO MUSEUM
25647. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi involuta l-komunità lokali tar-Rabat Għawdex fil-proġett tal-Gozo Museum? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta Heritage Malta ħa tibda dan il-proċess ta' laqgħat ta' konsultazzjoni u liema individwi/għaqdiet ħa jkunu mistiedna jipparteċipaw?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Heritage Malta għandha l-ħsieb tikkonsulta mal-lokalitajiet kollha f’Għawdex, mhux biss mal-komunita’ lokali tar-Rabat. Dan għax temmen li kull lokalita’ għandha xi ħaga partikulari x’toffri fir-rigward tar-rakkont tal-istorja tal-gżira Għawdxija fit-twettiq ta’ dan il-mużew ġdid. Il-proċess ta’ diskussjoni huwa ppjanat li jibda aktar tard din is-sena.
Seduta 395

30/05/2016


HERITAGE MALTA – TAS-SILĠ, BORĠ IN-NADUR U SAN PAWL MILQI - VIŻITATURI
25648. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm viżitaturi li żaru s-siti ta' Tas-Silġ, Borġ in-Nadur u San Pawl Milqi fis-sena 2015? Jista' jgħid x'inhuma l-pjanijiet ta' Heritage Malta marbuta ma’ dawn is-siti?
24/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li matul l-2015 kien hemm 162 persuna li zaru Borg in-Nadur, 262 li żaru Tas-Silġ, u 383 li marru San Pawl Milqi. Dawn is-siti jinfetħu biss b’appuntament. Ma hemmx pjani speċifiċi għal San Pawl Milqi, ħlief manutenzjoni u konservazzjoni meħtieġa. Għal Tas-Silġ qed jiġu mħejjija faċilitajiet bażiċi għall-viżitaturi, b’kollaborazzjoni mad-Direttorat tar-Restawr. Fl-istess waqt, qed jitħejja master plan għall-integrazzjoni tal-fdalijiet ta’ Borġ in-Nadur f’Heritage Park għall-inħawi ta’ Wied Dalam.

Seduta 395

30/05/2016
RAPPORT BIL-KAWŻA TA’ MEWT – KAŻ TA’ INDIVIDWU
25650. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25571 u jara li jsir kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward rapport ta’ file bil-kawża tal-mewt tar-raġel tagħha?
24/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-persuna msemmija la qatt kien residenti ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule u anqas f’waħda mid-djar tal-anzjani tal-Gvern jew f’waħda mid-djar tal-anzjani li magħhom għandna sħubija mal-privat.Għaldaqstant, il-Ministeru tiegħi ma jistax jipprovdi rapport dwar il-kawża tal-mewt tas-sinjura.
Seduta 395

30/05/2016


IŻ-ŻURRIEQ - VJAL IX-XAROLLA - PJANIJIET GĦAT-TOROQ
25651. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti lista ta' toroq li fuqhom sar it-tarmak ġdid fil-ħames distrett, u xi pjanijiet hemm għal toroq ġodda u/jew manutenzjoni fis-sentejn li ġejjin? Peress li x-xogħol fuq it-twessiegħ tal-Vjal ix-Xarolla, iż-Żurrieq ġie imsemmi fil-budget speech, jista' jagħti indikazzjoni meta se jibda x-xogħol fuq din it-triq?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-lista ta’ toroq li fuqhom sar xoghol ta’ tarmak ġdid fil-ħames distrett qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward ix-xogħljiet fuq Vjal ix-Xarolla, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24168.
Seduta 395

30/05/2016


WIED IŻ-ŻURRIEQ - PARKEĠĠI - PJANIJIET
25652. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jispjega jekk hemmx xi pjanijiet ta' titjib għall-parkeġġ f'Wied iż-Żurrieq?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda talba mill-Kunsill Lokali taż-Żurrieq għal xi titjib fil-parkeġġ ta’ Wied iż-Żurrieq. Madankollu Transport Malta se tikkuntatja lill-istess kunsill sabiex tiddiskuti tali proposta.
Seduta 395

30/05/2016


BIRŻEBBUĠA - INDUSTRIJALIZZAZZJONI - TINDIF
25653. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru x'titjib qed isir biex titnaddaf Birżebbuġa minħabba l-industrijalizzazzjoni tal-viċin?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant, li r-responsabbilta tat-tindif ġewwa l-lokalita’ ta’ Birżebbuġa hija f'idejn il-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa. Min-naħa tad-Direttorat għat-Tindif, isir tindif fit-toroq arterjali li jwasslu għal Birżebbuġa, jiġifieri Triq Ħal-Far kif ukoll Triq Għar Dalam.
Iktar minn hekk, peress l-influss ta’ turisti u Maltin li jżuru fil-lokalita’, id-Direttorat għat-Tindif jagħmel tindif regolari mit-Tnejn sal-Ħadd tul il-promenade kollu mill-Al Fresco sa Wied il-Buni, s-sena kollha. Dan jikkonsisti fi ġbir ta’ skart, knis ta’ toroq u ħasil tal-promenade.
Seduta 395

30/05/2016


BIRŻEBBUĠA - FREEPORT - MULTI
25654. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Ftit taż-żmien ilu ġiet maħruġa multa ta' €950,000 lil CMA CGM fil-Freeport, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn tħallsux, u kemm se jiġu allokati minnhom għat-tisbiħ ta' Birżebbuġa?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 395

30/05/2016


INSURANCE BROKERS
25655. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jindika x'titjib sar fil-ħruġ tal-liċenzji fejn jidħlu insurance brokers meta paragunat mal-leġiżlatura ta' qabel?
25/05/2016

ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispjega x’jifhem bil-kelma ‘titjib’ fil-ħruġ tal-liċenzji.

Seduta 395

30/05/2016
INTERNATIONAL TAX UNIT - RIŻORSI UMANI
25656. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jispjega s-sitwazzjoni tar-riżorsi umani fl-International Tax Unit u kif jista' jitħaffef il-proċess ta' refunds?
25/05/2016
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpelllant illi fil-Unit imsemmi hemm 21 persuna.

Il-Unit qed jaħdem fuq proġett biex il-proċessi kollha rilevanti jkunu kompjuterizzati bl-għan ewlieni li l-proċess kollu jsir aktar mgħaġġel u b’mod effiċjenti u effettiv. Il-proġett wasal fil-fażi fejn ġew dokumentati l-proċessi kollha u qed jsiru arranġamenti biex tkun ppreżentata internament qabel ma tiġi żviluppata minn kuntrattur li għad jrid jintgħażel.


Seduta 395

30/05/2016


TRIQ IS-SALINI – NEFQA TOTALI
25671. L-ONOR. FRANCO MERCIECA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq it-Triq tas-Salini u kemm kien fiha tul?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għax-xogħlijiet ta’ Triq il-Kosta, li jinkorpora t-tul kollu mill-Qawra saċ-Ċimiterju tal-Commonwealth f’Pembroke, hija ta’ €54,747,409.38 incl.VAT.
Is-sit tal-proġett jkopri 7.3 km.

Seduta 395

30/05/2016
IL-KAPPARA – STIMA TAN-NEFQA TAL-FLYOVER
25672. L-ONOR. FRANCO MERCIECA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-istima tan-nefqa fuq il-flyover tal-Kappara?
25/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istima għall-Proġett tal-Kappara hija ta’ madwar EUR 33M.
Seduta 395

30/05/2016


GĦAWDEX – TRIQ IL-QBAJJAR – ONE WAY
25674. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba tal-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex u tal-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn biex Triq il-Qbajjar tiġi one way fix-xhur tas-Sajf hijiex ser tintlaqa’? Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex għadhom ma ngħatawx risposta għat-talba tagħhom meta skont l-istess talba din għandha tiġi one way b’effett mill-1 ta’ Ġunju? Jekk mhux ser tiġi milqugħa, jista' jagħti r-raġunijiet għaliex u kif beħsiebu jikkontrolla l-konġestjoni li tinħoloq kuljum f’partijiet minn din it-triq?

25/05/2016


ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-talba qed tiġi evalwata minn Transport Malta.

Seduta 395

30/05/2016
PORT TAL-IMĠARR GĦAWDEX – XOGĦLIJIET FUQ IL-VAPURI TAL-GOZO CHANNEL
25675. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet qed isiru fuq il-vapuri tal-Gozo Channel fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex minflok fit-tarzna? Jista’ jgħid kemm hu maħsub li ser idumu għaddejjin dawn ix-xogħlijiet? Jaf il-Ministru li dawn ix-xogħlijiet qed jikkawżaw ħafna storbju kultant insapportabbli ġewwa l-Port tal-Imġarr u qed ikunu ta’ inkonvenjent għal ħafna inkluż restaurants li hemm fiż-żona? Jaħseb il-Ministru li dan huwa l-aħjar mod kif jiġu milqugħa dawk li jżuru Għawdex billi kif jaslu jsibu dak l-istorbju tax-xogħlijiet li jkunu għaddejjin fuq il-vapuri?
25/05/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill Onor. Interpellant li qegħdin naħdmu bħal ma dejjem sar s’issa minn kemm ilha li twaqfet il-Kumpanija Gozo Channel Co Ltd.
Seduta 395

30/05/2016


IL-MANIKATA – IMPATT U MMANIĠĠAR TAT-TRAFFIKU
25677. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B'rabta mal-ammont tat-traffiku dejjem jiżdied fil-lokalità tal-Manikata, jista' l-Ministru jara li Transport Malta tikkummissjona rapport dwar l-impatt u l-immaniġġar tat-traffiku f'din il-lokalità u dan anke fid-dawl tal-kwistjoni ta' Sqaq Ħarruba li ilha tkaxkar numru ta' snin?
26/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-problema tat-traffiku fil-Manikata hija minħabba li Triq tal-Wilġa u Triq il-Manikata huma dojoq u ma jifilħux għal vetturi fiż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku. Għaldaqstant, Transport Malta ħejjiet proposta sabiex Triq tal-Wilġa u Triq il-Manikata jsiru f’direzzjoni waħda lejn Triq Għajn Tuffieħa. Din il-proposta ser tiġi diskussa mal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Il-każ ta’ Sqaq Ħarruba mhux każ ta’ mmanniġġjar tat-traffiku għax tali passaġġ mhux skedat bħala triq pubblika.
Seduta 395

30/05/2016


IL-MANIKATA – SQAQ ĦARRUBA - KAŻ
25678. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jagħti dettalji dwar fiex wasal il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (159/14) dwar il-kwistjoni relatata ma' Sqaq Ħarruba bejn ir-residenti u l-Kunsill Lokali liema sqaq jinsab fil-lokalità tal-Manikata?
26/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab informat li l-proceduri tal-appell inkwistjoni, Appell Numru 159/14, għadhom pendenti quddiem it-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar u skont l-ahhar seduta tas-26 t’April, 2016 il-każ ġie mholli għal deċizjoni b’fakulta ta’ sottomissjonijiet finali mill-partijiet.

It-Tribunal ta’ Revizjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, bħala entita’ quasi-gudizzjarja ma jistax ikun soġġett għall-kontroll jew direzzjoni ta’ xi persuna jew awtorita’.


F’dan ir-rigward it-Tribunal mhux f’pozizzjoni u lanqas huwa opportun ghall-istess Tribunal li b’xi mod jikkummenta, jesprimi jew jinforma dwar fatti, jew provi li setgħu tressqu jew ma tressqux quddiemu fid-dawl tal-principji ta’ fair hearing u process gust.
Seduta 395

30/05/2016


IL-MANIKATA – SQAQ ĦARRUBA – STUDJU DWAR L-IMPATT TAT-TRAFFIKU
25679. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Prim Ministru: B'rabta mal-każ li preżentament jinsab quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar (159/14), jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istess tribunal għandux għad-dispożizzjoni tiegħu studju dwar l-impatt tat-traffiku fil-lokalità tal-Manikata?
26/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 25678.
Seduta 395

30/05/2016


IL-MANIKATA – SQAQ ĦARRUBA – PREŻENZA TA’ PULIZIJA
25680. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar preżenza tal-pulizija fil-lokalità tal-Manikata, dan anke b'rabta mal-abbużi regolari tat-traffiku li qed ikun hemm speċjalment fiż-żona ta' Sqaq Ħarruba?
26/05/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-kontenut tat-talba tiegħu diġa ġiet ikkomunikata lill-Pulizija tat-Taqsima tat-Traffiku u dawk tad-Distrett, biex minnufih tiżdied il-preżenza tagħhom fil-lokalità msemmija permezz ta' ronda, anke fid-dawl ta' l-allegati abbużi tat-traffiku li jkun hemm fiż-żona indikata.
Seduta 395

30/05/2016



IL-MANIKATA – SQAQ ĦARRUBA – PREŻENZA TA’ GWARDJANI LOKALI
25681. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jara li jkun hemm aktar preżenza ta' Gwardjani Lokali fil-lokalità tal-Manikata, dan anke b'rabta mal-abbużi regolari tat-traffiku li qed ikun hemm speċjalment fiż-żona ta' Sqaq Ħarruba?
26/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Din il-prosposta ta’ Infurzar Lokali f’din l-akwata ser tiġi konsiderata wara illi ser issir sorveljanza tas-sit u jiġu identifikati l-abbużi imsemmija.
Seduta 395

30/05/2016


RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAULE – SALA RUŻAR BRIFFA 1 - TENDERS
25682. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jpoġġi d-dokumenti kollha relatati ma' tenders li nħarrġu jew ingħataw biex kuntrattur/i setgħu jibdew xogħol fis-Sala Rużar Briffa 1 fir-Residenza San Vinċenz de Paule?
26/05/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellanti li, t-tenders kollha saru bil-proċess ta’ e-tendering.

Sa issa kienu mgħotija it-tenders segwenti:

· Tender għal twaqqiegħ u kostruzzjoni għall-ammont ta’ €369,384.57 mingħajr VAT. CFT/SVP/903 – liema tender kien ppublikat nhar il-15 ta’ Jannar 2016 u awarded nhar id-29 ta’ April 2016.

· Tender għal tneħħija ta’ pajpijiet tal-asbestos għall-ammont ta’ €3,550 mingħajr VAT. SVP/959/2016 – liema tender ġie awarded fis- 27 ta’ Mejju 2016.

Tender għal tneħħija tal-asbestos sockets ta’ drenaġġ għall-ammont ta’ €5,950 mingħajr VAT. SVP/960/2016 – liema tender ġie awarded fis-27 ta’ Mejju 2016.
Seduta 395

30/05/2016


PARAMEDIC AID
25689. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal persuni li għandhom il-kwalifiki bħala Paramedic Aid? Meta għandu l-ħsieb l-Ministeru, li jinfetħu l-applikazzjonijiet?
26/05/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern bi hsiebu jimpjega Paramedic Aides skond il-htiega tas-servizz.
Seduta 395

30/05/2016


FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA GĦALL-EUROVISION – BREAK DOWN TA’ NEFQA
25690. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tan-nefqa għall-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena?
26/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016


FESTIVAL TAL-KANZUNETTA MALTIJA GĦALL-EUROVISION - ĦLASIJIET
25691. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid xi ħlasijiet saru jew għad iridu isiru u fuq xiex saru għall-organizzazzjoni tal-Festival tal-Kanzunetta Maltija għall-Eurovision li sar f’Malta aktar kmieni din is-sena?
26/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016


FESTIVAL TAL-EUROVISION – SPIŻA - BREAK DOWN
25692. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid kemm kienet l-ispiża totali u l-break down tagħha tal-parteċipazzjoni Maltija fil-festival tal-Eurovison fi Stokkolma din is-sena?
26/05/2016

ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016



EUROVISION – PARTEĊIPAZZJONI TA’ MALTA - NEFQA
25693. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Peress li l-Gvern iddikjara li wara sejħa għal aktar trasparenza jħoss li jista' anke jippublika kuntratti kbar, li s'issa nżammu sigrieti, bħal dawk tal-power station u tat-Trasport, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma jridx jgħid x’kienet in-nefqa fuq il-parteċipazzjoni Maltija f’kull edizzjoni tal-Eurovision fl-aħħar 10 snin?
26/05/2016
ONOR. OWEN BONNICI: L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant ser tingħata f’seduta oħra
Seduta 395

30/05/2016


KUMPANIJI LOKALI TAL-CRUISES
25696. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’jedd għandhom il-kumpaniji lokali kollha tal-cruises Maltin, speċjalment dawk li jieħdu t-turisti mal-portijiet, li jieħdu bankijiet, u biċċiet tal-promenade tul San Ġiljan u Tas-Sliema? Dawn ħarġu b’tender? Jekk iva, kemm qed iħallsu għal dan il-privileġġ?
26/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.
Seduta 395

30/05/2016


MTA – HARBOUR CRUISES
25697. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu tittollera dawn il-kumpaniji tal-Harbour Cruises, li jieħdu parti mill-promenade ta’ San Ġiljan, Tas-Sliema u San Pawl il-Baħar, u jimlew il-bankijiet li jpoġġu fuqhom it-turisti u l-Maltin, bil-billboard, u l-umbrellel? Ma jaħsibx li dawn qed idejjqu lin-nies peress li jwaqqfu lil kulħadd anke għal darbtejn/tlieta? X’passi se jieħu l-Ministeru?
26/05/2016
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-fenomenu li ilu għaddej snin twal ġie nnutat u nvestigat, u bħalissa għaddejin diskussjonijiet bejn il-varji dipartimenti kkonċernati sabiex tiġi ndirizzata s-sitwazzjoni.

Minn naħa tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu saru diga’ proposti leġislattivi sabiex rappreżentanti ta’ kumpaniji li jkunu qed jippromovu prodotti turistiċi, jkunu marbuta jseġwu normi ġodda.


Seduta 395

30/05/2016


TAS-SLIEMA – SURVEY FUQ IL-PARKING
25698. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill- Prim Ministru: Wara li l-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema bagħat kopja tas-survey dwar il-parking f Tas Sliema lill-Prim Ministru, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi għandhom jittieħdu fid-dawl ta’ dan biex Tas-Sliema tkun ikkalkolata bħall-bliet oħra?
26/05/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru konċernat .
Seduta 395

30/05/2016


BORDIJIET, AWTORITAJIET U KUMMISSJONIJIET TAL-GVERN - PERSUNI GĦAWDXIN
25699. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Jista’ l-Ministru jgħid minn huma dawk il-persuni minn Għawdex li ġew nominati fuq Bordijiet, Awtoritajiet jew Kummissjonijiet tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu mill-bidu ta' din il-leġiżlatura sal-lum? Jista' jgħid f'liema Bord ġew maħtura, meta ġew maħtura u l-pożizzjoni li jokkupaw?
26/05/2016
ONOR. HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 395

30/05/2016


ĦAL QORMI – TRIQ IL-WIED – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ
25700. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jindirizza l-problema li hemm fis-sistema tad-drenaġġ fi Triq il-Wied quddiem il-Klabb tal-boċċi f'Ħal Qormi, peress li meta jkun hemm maltempata, qed ikun irrapportat żbroff?
26/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 395

30/05/2016


ĦAL QORMI – TRIQ SAN BASTJAN U TRIQ KORREA – SISTEMA TAD-DRENAĠĠ
25701. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jindirizza l-problema li hemm fis-sistema tad-drenaġġ bejn Triq San Bastjan u Triq Korrea f'Ħal Qormi, peress li meta jkun hemm maltempata, qed ikun irrappurtat żbroff?
26/05/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 395

30/05/2016


IL-MARFA – RIĠENERAZZJONI TA’ BINJA
25702. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk il-Gvern għandux ħsieb jiżviluppa jew joħroġ b'sejħa għar-riġenerazzjoni tal-binja li tinsab mal-baħar il-Marfa li kienet għal xi żmien okkupata mill-għaqda tal-MUSEUM?
26/05/2016
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016


SA MAISON – YACHT MARINA - TENDER
25703. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ħarġitx jew hemmx il-ħsieb li toħroġ sejħa sabiex tiġi żviluppata Yacht Marina f'Sa Maison?
26/05/2016

ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Seduta 395

30/05/2016


KUMPANIJA – XOGĦLIJIET TA’ KONSULENZA
25704. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa jew ingħatax b'direct order ix-xogħol ta' konsulenza mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid x'kienu t-termini tax-xogħol tagħhom u x'funzjoni għad għandhom illum li seħħet is-separazzjoni tal-MEPA?
26/05/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija inkwistjoni qed tagħmel xogħol b’direct orders għal servizz ta’ assistenza maniġerjali u amministrattiv full-time u konsulenza addizzjonali fuq change-management process għall-implimentazzjoni ta’ strutturi u sistemi ġodda.
Seduta 395

30/05/2016



ENVIRONMENT RESOURCES AUTHORITY – TEMPORARY STAFF
25705. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid liema parti mill-collective agreement qed jiġi applikat fl-ingaġġ ta' persuni bħala temporary staff mal-Environment Resources Authority? Jista' jgħid x'inhi l-iskala tagħhom, x'termini għandhom u kif qegħdin jintgħażlu?
26/05/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-collective agreement tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u l-gradi li huma annessi ma’ dan l-agreement, ma japplikawx għat-temporary staff li jiġu subcontracted għall-perjodu definit, skont l-esiġenzi tal-awtorità u skont regolamenti nazzjonali f’dan ir-rigward.
Seduta 395

30/05/2016




MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB



Yüklə 50,33 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə