Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 430 It-Tnejn, 24 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali kunsilli lokali – GĦajnuna għal ħasil ta’ toroq u promenades fis-sajf



Yüklə 61,38 Kb.
səhifə1/4
tarix15.08.2018
ölçüsü61,38 Kb.
#62700
  1   2   3   4

Mistoqsijiet Parlamentari
Seduta Nru. 430

It-Tnejn, 24 ta' Ottubru, 2016 fis-6:00 p.m.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI
KUNSILLI LOKALI – GĦAJNUNA GĦAL ĦASIL TA’ TOROQ U PROMENADES FIS-SAJF
26938. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jibbenefikaw minn għajnuna ta’ ħasil ta’ toroq jew promenades matul dan is-sajf?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm mal-20 Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn ħasil ta’ toroq, żoni pedonali jew promenades matul dan is-sajf. Il-Kunsilli Lokali huma kif ġej :
Mellieħa

San Pawl il-baħar

San Ġiljan

Sliema


Gżira

Ta’ Xbiex

Msida

Pieta’


Floriana

Valletta


Bormla

Isla


Birgu

Kalkara


Xgħajra

Marsascala

Marsaxlokk

Birżebbuġia

Qrendi

Mdina
Seduta 430



24/10/2016

FOSS TA’ ĦAŻ-ŻABBAR - TINDIF
26939. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir tindif ulterjuri fil-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li proprju bħalissa qed isir it-tindif tal-parti ta’ isfel tal-Foss ta’ Ħaż-Żabbar. Hekk kif imwiegħed iktar kmieni matul din is-sena, ix-xogħol inbeda hekk kif waqaf l-operat massiċċ ta’ tindif tal-bajjiet wara x-xhur tas-sajf.
Wara li iktar kmieni f’din il-legiżlatura sar it-tindif tal-parti ta’ fuq tal-Foss, issa qed isir xogħol ta’ tindif fil-parti ta’ isfel. Sal-lum diġa’ tneħħew madwar 500 tunellata ta’ skart. Dan hu addizzjonali mal-1700 tunellata ta’ skart li tneħħew mill-parti ta’ fuq tal-post imsemmi.
Ix-xogħol mistenni jiġi komplut fil-ġranet li ġejjin.
Seduta 430

24/10/2016




RIMI ILLEGALI TA’ SKART – ŻONI KOPERTI MINN CCTV CAMERAS
26940. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il żona ġiet koperta s’issa minn CCTV cameras li qed jiġu stallati f’postijiet li jattiraw rimi llegali ta’ skart?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari W525.
Seduta 430

24/10/2016



DIRETTORAT GĦAT-TINDIF – ĠBIR TA’ SKART
26941. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ skart li nġabar mid-Direttorat għat-Tindif matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena? Kif jikkompara din il-ħidma mas-snin preċedenti?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Ġunju ta’ din is-sena l-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif ġabru 8,044 tunellata ta’ skart. Dan huwa 10% iktar paragunat mal-ewwel sitt xhur tas-sena 2015, kif ukoll 21% iktar paragunat mas-sena 2014. Huwa evidenti li qed isir sforz sabiex jitnaddfu diversi siti abbandunati f’pajjiżna apparti l-ħidma kontinwa ta’ kuljum.
Ta’ min jinnota li dan l-ammont huwa biss l-ħidma ta’ qabel ix-xhur tas-sajf. Kollox jindika li ser terġa’ tkun sena oħra rekord ta’ ħidma mwettqa mill-ħaddiema tad-Direttorat għat-Tindif.
Seduta 430

24/10/2016



BAJJIET – STALLAZZJONI TA’ SLIELEM U INFRASTRUTTURI OĦRA
26942. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ slielem u nfrastruttura oħra li ġew installati fuq il-bajjiet tagħna matul is-sajf ta’ din is-sena? Kemm hu l-ammont ta’ slielem li żdiedu fuq il-bajjiet tul is-snin 2014, 2015 u 2016?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-slielem kollha li jitwaħħlu tul il-kosta ta’ pajjiżna jammonta għal 274 sellum.
Fis-sena 2014 kien hemm żieda ta’ 22 sellum.
Fis-sena 2015 kien hemm żieda ta’ 34 sellum
Fis-sena 2016 kien hemm żieda ta’ 42 sellum
Din iż-żieda fl-ammont ta’ slielem tfisser aċċessibilita’ aħjar għall-familji meta jżuru x-xtajtiet.
Seduta 430

24/10/2016



BAJJIET – KONTENITURI TAL-ISKART
26943. L-ONOR. GODFREY FARRUGIA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jindika kemm hu l-ammont ta’ kontenituri tal-iskart li ġew impoġġija fuq il-bajjiet matul ix-xhur tas-sajf ta’ din is-sena? Hemm xi pjanijiet li dawn se jiżdiedu?
29/07/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ kontenituri tal-iskart li tpoġġew fuq il-bajjiet matul is-sajf tas-sena 2015 kien ta’ 900 kontenitur. Matul dan is-sajf dan in-numru żdied b’220, jiġifieri matul dan is-sajf kellna 1120 kontenitur tal-iskart impoġġija fuq il-bajjiet. Hemm il-ħsieb li dawn it-tip ta’ kontenituri jkomplu jiżdiedu sabiex il-pubbliku jkollu iktar faċilitajiet fejn jiddisponi mill-iskart tiegħu.
Seduta 430

24/10/2016



FES
27014. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-FES?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-operat tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) u tas-servizzi ta' Skolasajf, Childcare u Klabb 3-16 mogħtija f'dawn l-aħħar sentejn qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 430

24/10/2016



NCHFE
27015. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-NCHFE?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li bejn l-2013 u l-2016, il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE) għaddiet minn ristrutturar kemm fl-istruttura ta’ l-entità u anke fil-proċeduri u servizzi. Ġiet stabbilita struttura aktar b’saħħitha fejn issa hemm dipartimenti separati fl-oqsma tal-Akkreditazzjoni u l-Ħarsien tal-Kwalità u fl-oqsma tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla. Proċeduri ta’ amministrazzjoni u mmaniġġjar tal-finanzi ġew stabbiliti b’mod iktar sħiħ u modern bl-użu tat-teknoloġija tal-informatika.
Il-Gvern investa b’mod sħiħ f’din l-entità biex f’pajjiżna jkollna regolatur b’saħħtu. Dan it-tisħiħ wassal sabiex intlaħqu diversi miri stabbiliti. L-informazzjoni dwar l-iżviluppi ewlenin li seħħew matul is-snin imsemmija qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fis-snin li ġejjin, il-Gvern ħa jkompli jinvesti fl-NCFHE biex jintlaħqu l-miri tal-pluraliżmu u iktar preżenza internazzjonali f’Malta ta’ entitajiet barranin u studenti barranin li jagħżlu lil Malta bħala d-destinazzjoni għall-edukazzjoni tagħhom. Nistgħu nagħmlu dan billi naċċertaw ruħna li l-proċessi ta’ akkreditazzjoni jkunu trasparenti, rigorużi imma mhux burokratiċi.
Seduta 430

24/10/2016




AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ
27016. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma f'dawn l-aħħar sentejn kif ukoll proġetti futuri tal-Aġenzija Żgħażagħ?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn Aġenzija Żgħażagħ ħadet ħsieb u implimentat il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għas-snin 2015 – 2020 u mexxiet ‘l quddiem u ħarset l-interessi taż-żgħażagħ. Dan intlaħaq permezz tat-teħid ta’ diversi miżuri, programmi u inizjattivi fl-oqsma li se nsemmi:
· Spazji ġodda għal persuni żgħażagħ u għaqdiet taż-żgħażagħ f’livell ta’ komunità lokali
· Tkattir ta’ għarfien u tagħti widen liż-żgħażagħ
· Programmi u inizjattivi intiżi għal impenn attiv u parteċipazzjoni ta’ persuni żgħażagħ
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tagħrif iktar dettaljat (bil-lingwa Ingliża) tal-miżuri, programmi u inizjattivi li ttieħdu taħt kull wieħed mill-oqsma differenti li semmejt.
Aġenzija Żgħażagħ ser tkun qed tħejji għadd ta’ inizjattivi għall-presidenza tal-Unjoni Ewropeja s-sena d-dieħla kif ukoll għal Valletta 2018.
Seduta 430

24/10/2016



GĦAWDEX – KLASSIJIET TAL-KINDER, PRIMARJA U SEKONDARJA - STUDENTI
27017. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi kinder, primarja u sekondarja f'Għawdex? X'inhu r-ratio bejn ħaddiema fl-iskola u studenti f'kull skola f'Għawdex?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-istatistika ta' kemm kien hemm tfal f'kull klassi fl-iskejjel tal-Gvern f'Għawdex fis-sena skolastika 2015-2016 u r-ratio bejn ħaddiema u studenti f'kull skola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 430

24/10/2016



PRINCE’S TRUST
27018. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-ħidma li saret tal-Prince's Trust?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis sena skolastika li għaddiet (2015/2016), seba’ skejjel madwar Malta bdew jimplimentaw l-XL programme tal-Prince’s Trust International, programm li jgħin lill-istudenti fil-qasam edukattiv billi jgħinhom fl-iżvilupp personali u jippreparahom aħjar għad-dinja tax-xogħol permezz ta’ kisba ta’ ħiliet. Fil-fatt Malta, permezz tal-Fondazzjoni HSBC Malta, saret l-ewwel pajjiż barra r-Renju Unit li introduċiet dan il-programm edukattiv fl-iskejjel sekondarji tagħha. Dan il-programm huwa impenjat biex jgħin lil żgħażagħ ta' bejn it-13 u d-19-il sena biex jiksbu edukazzjoni, taħriġ u impjieg. L-iskop tal-Prince’s Trust International huwa li jagħti opportunità lil numru ta’ studenti biex jiżviluppaw u jsaħħu l-ħiliet u l-motivazzjoni tagħhom f‘diversi aspetti permezz ta’ tagħlim informali u prattiku.

L-istudenti involuti fil-programm, flimkien mal-għalliema tagħhom, ħadmu fuq diversi aspetti li joffri dan il-programm, fosthom proġetti għall-komunità, pjanar ta’ karrieri, preparazzjoni u esperjenza fuq postijiet tax-xogħol, attivitajiet ta’ team building u leadership skills, proġetti personali, preżentazzjonijiet fuq diversi suġġetti ta’ interess, immaniġġjar ta’ flus, proġetti ta’ intrapriża u parteċipazzjoni f’attività fiżika fost ħafna oħrajn. Kull student/a li kienu involuti temmew b’suċċess il-units li ħadmu u ppreparaw għalihom. Il-Prince's Trust International iddikjaraw li waqt li baqgħu impressjonati bix-xogħol preżentat, l-istudenti Maltin marru tajjeb ħafna u skont Ofsted (England's Quality Assurance Agency) marru 10% aħjar mill-istudenti Ingliżi involuti fl-istess programm.

Wara s-suċċess li kellna fis-sena skolastika li għaddiet, il-programm issa nfirex fil-kulleġġi kollha f’Malta u Għawdex, u din is-sena qiegħed jiġi mħaddan ukoll mir-Resource Centres u Learning Support Centres, kif ukoll intwera interess minn skola tal-Knisja għall-implimentazzjoni tal-programm.
Seduta 430

24/10/2016



SKEJJEL GUARDIAN ANGEL
27019. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-investiment u operat tal-iskejjel Guardian Angel?
29/07/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fiċ-Ċentru ta’ Riżorsa Guardian Angel, il-Ħamrun, sar investiment li jinkludi fost oħrajn:
· Titjib fis-sistema tal-ilma fejn inbidlu kanen u mixers li kienu qdiemu;

· Stallazzjoni ta’ airconditioners ġodda f’żewġ klassijiet kif ukoll ta’ kameras tas-sigurtà f’zoni differenti;

· Xogħol ta’ tisbiħ f’diversi partijiet taċ-Ċentru, pereżempju fid-dining room, fil-foyer, fi kmamar speċjalizzati u fi Blokk 10 fejn hemm il-laboratorji;

· Tranġar ta’ kmamar u uffiċċji fejn l-għalliema jkunu jistgħu jagħtu s-servizz tagħhom b’mod iktar effettiv;

· Xiri u stallazzjoni ta’ apparat bħal projectors u skrins għall-kmamar speċjalizzati;

· F’kollaborazzjoni ma’ Nature Trust, il-green areas li hemm f’dan iċ-Ċentru mis-sena d-dieħla se jinbidlu f'postijiet ta’ rilassament għall-istudenti; B’rabta ma’ dan, sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fuq il-bankijiet li hemm fil-picnic area;

· Xiri ta’ riżorsi biex ikun hemm aktar tagħlim effettiv;

· Bdil ta’ purtieri tal-klassijiet kollha;

· Sar investiment fuq Health and Safety fejn inxtara materjal li jassigura s-sigurtà kollha meħtieġa f'possibilità ta’ xi inċident; l-istaff kollu ġie offrut kors ta’ firefighting;

· Sar​ ukoll investiment f’terapiji għall-istudenti bħal dramatherapy u ​lezzjonijiet fuq it-tafal;

· Sar ukoll investiment fejn l-għalliema​,​ l-LSAs u l-ġenituri ħadu taħriġ fuq kif għandu jingħata l-aħjar sapport lil persuni bl-awtiżmu.
Seduta 430

24/10/2016



RZIEZET GĦAT-TROBBIJA TA’ BAQAR
27202. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm il-Birgu jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?
03/08/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.
Seduta 430

24/10/2016



RZIEZET GĦAT-TROBBIJA TA’ BAQAR
27203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm Ħal Għaxaq jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?
03/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.
Seduta 430

24/10/2016



RZIEZET GĦAT-TROBBIJA TA’ BAQAR
27204. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26681, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta huwa previst li r-razzett li hemm l-Imsida jiġi definittivament rilokat is-Siġġiewi?
03/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27201.
Seduta 430

24/10/2016



SPTAR MATER DEI – OPERAZZJONIJIET NHAR TA’ SIBT
27241. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?
04/08/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru nhar ta’ Sibt fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.


Year

Number of operations: Saturdays

2013

5123

2014

6236

2015

6868

Jan - September 2016

5292

Seduta 430

24/10/2016


SPTAR MATER DEI - OPERAZZJONIJIET
27242. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija ?
04/08/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Mater Dei fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sa Settembru 2016 jinsabu fit-tabella t’ hawn taħt.


Year

Number of registered operations

2013

47274

2014

51531

2015

52889

Jan – September 2016

41799

Seduta 430

24/10/2016

SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX - OPERAZZJONIJIET
27243. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba dil-mistoqsija?
04/08/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ operazzjonijiet irreġistrati li saru fl-Isptar Generali t’Ghawdex fl-2013, fl-2014, fl-2015 u minn Jannar sal-20 ta’ Ottubru 2016 jinsabu fit-tabella t’hawn taħt.


Year

No of operations performed at GGH

2013

2707

2014

3147

2015

3922

Jan - 20th October 2016

3237


Yüklə 61,38 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə