Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 90 It-Tnejn, ta' Marzu, 2017 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali qorti kriminali u ċivili sentenzi tal-appell



Yüklə 60,24 Kb.
səhifə1/5
tarix15.08.2018
ölçüsü60,24 Kb.
#62701
  1   2   3   4   5

Mistoqsijiet Parlamentari
Seduta Nru. 490

It-Tnejn, 6 ta' Marzu, 2017 fis-6:00 p.m.

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI

QORTI KRIMINALI U ĊIVILI - SENTENZI TAL-APPELL
30919. L-ONOR. EDWIN VASSALLO staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm sentenzi fil-Qorti Kriminali, u dak Ċivili li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba' snin, ħames snin, sitt snin, seba' snin jew aktar?
07/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Infurmat li fil-Qorti Ċivili ta’ Malta u dik ta’ Għawdex, kemm fil-Qorti tal-Appell (Superjuri) u kemm fil-Qorti tal-Appell (Inferjuri) ma hemmx każi li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba’ snin, ħames snin, sitt snin, seba’ snin jew aktar.

Fil-Qorti Kriminali (Għawdex) m'hemmx każi li ilhom jistennew is-sentenza tal-Appell aktar minn tliet snin, erba’ snin, ħames snin, sitt snin, seba’ snin jew aktar.

Fil-Qorti Kriminali (Malta) hemm hames każi li ilhom pendenti bejn tliet jew hames snin jistennew is-sentenza fl-appelli inferjuri. Irrid ngħid li tlabt informazzjoni ulterjuri u ntqal lili li dawn huma kollha quddiem l-istess Imħallef. Il-Gvern m'hu kuntent xejn b'dawn il-ħames każijiet għax jitfgħu dell inġust fuq il-ħafna xogħol tajjeb li sar anke minn dan l-istess Imħallef biex jinqatgħu l-kawżi li kienu ilhom wisq pendenti.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – XOGĦLIJIET LI SARU MINN DESTINATION MANAGEMENT COMPANIES
30941. L-ONOR. CLAUDIO GRECH staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ xogħlijiet li tqabbdu biex jagħmlu Destination Management Companies (jew operaturi simili) mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tiegħu? Għal kull biċċa xogħol, jista’ jgħid meta tqabbdu, fiex kien jikkonsisti x-xogħol, kemm sewa u jekk tqabbdux wara proċess kompetittiv jew b’direct order?
08/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jikjarifika aktar il-mistoqsija tiegħu.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL LOKALI TAL-MELLIEĦA - FUNIKULAR BEJN IL-MELLIEĦA U L-BAJJA TAL-GĦADIRA – STUDJI DWAR IL-PROĠETT
30957. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13083 mogħtija fil-11 ta' Diċembru 2014 , jista' l-Ministru jgħid jekk sarux l-istudji li jittrattaw diversi aspetti dwar il-proġett tal-funikular fil-Mellieħa, liema idea tal-proġett kienet tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa? Jekk saru dawn l-istudji, jista' jpoġġi dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
08/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-proposta li kien għamel il-Kunsill Lokali dwar il-proġett imsemmi, bħalissa hija wieqfa u għaldaqstant f’dan l-istadju m’hemmx ħtieġa li jsiru l-istudji neċessarji.

Infurmat ukoll li l-Kunsill qed jevalwa kull possibiltà biex il-proġett ikun jistà jimxi aktar 'il quddiem b’investiment privat.


Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR - ENTITAJIET - KAWŻI
29741. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA - ENTITAJIET - KAWŻI
29742. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma kellha l-ebda konfront indirizzat dirett lejha minn meta twaqfet f’April 2016 sa issa pero’ ġiet kjamata in kawża f’erba’ kawżi dwar ċirkustanzi u, jew materja li ppreċedew l-ERA filwaqt li l-WasteServ ġiet kjamata in kawża fuq 5 ċirkustanzi f’dawn l-aħħar ħames snin.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - ENTITAJIET - KAWŻI
29743. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - ENTITAJIET - KAWŻI
29744. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017


ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta' kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitatajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi f'dawn l-aħħar ħames snin qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. interpellant li kien għad jonqos tingħata informazzjoni mill-Università ta' Malta. Dan it-tagħrif ikun jista' jingħata bħala informazzjoni addizzjonali hekk kif tingħatali din l-informazzjoni. Infurmat ukoll li l-entitajiet l-oħra fil-Ministeru tiegħi ma kellhomx kawżi fil-konfront tagħhom.

(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 8585 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 492, nhar l-Erbgħa 8 ta' Marzu 2017)


Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-FINANZI - ENTITAJIET - KAWŻI
29745. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017
ONOR. EDWARD SCICLUNA: It-tagħrif li talab dwaru l-Onor. Interpellant jidher hawn taħt:
Numru ta’ kawżi fil-konfront ta’ awtoritajiet/entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Finanzi


Awtorità/Entità

Ġurisdizzjoni

2012

2013

2014

2015

2016

Malta

Financial

Services

Authority

Tribunal

dwar Servizzi Finanzjarji


2

2

1

3

10


Qorti

1

1

-

1

-

Malta

Stock

Exchange

Qorti

3

2

1

1

1

Seduta 490

06/03/2017

MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - ENTITAJIET - KAWŻI
29746. L-ONOR. MARIO DE MARCO staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
11/01/2017
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar.
Seduta 490

06/03/2017



UFFIĊĊJU GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR - ILMENTI LI JSIRU MINN KONSUMATURI FUQ IL-ĠURNALI
30883. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwix l-ilmenti li jsiru minn konsumaturi fuq il-ġurnali? Jekk dan ma jsirx, tista’ l-Ministru tispjega għalfejn dan ma jsirx?
06/02/2017
ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li l-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur isegwi kull ma jkun hemm fil-ġurnali u fejn ikun il-każ jieħu passi kif meħtieġ.
Seduta 490

06/03/2017



UFFIĊĊJU GĦALL-KOMPETIZZJONI - REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ KONĊENTRAZZJONIJIET
30884. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid, minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002 u kif sussegwentement emendat, kemm, sena b’sena, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ deċiżjonijiet f’dan ir-rigward u liema setturi tal-ekonomija dawn kienu jikkonċernaw?
06/02/2017
ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ma għandux statistika ta' kemm ħareġ deċiżjonijiet minn mindu daħlu fis-seħħ ir-regolamenti dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet permezz ta’ Avviż Legali 294 tal-2002.
Nirreferi lill-Onor. Interpallant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 30594 fejn hemm in-numru ta' deċiżjonijiet li ħareg l-Uffiċċju sena b'sena minn meta saru l-emendi fl-2011.
Is-setturi tal-ekonomija konċernati kienu dawk tal-manifattura u l-industrija tas-servizzi.
Seduta 490

06/03/2017



DIRETTUR ĠENERALI – NOTIFIKI DWAR KONĊENTRAZZJONI
30885. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm ċirkostanzi, minn Marzu 2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fejn id-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni), wara li jkun notifikat minn qabel dwar konċentrazzjoni u wara l-valutazzjoni tas-suq konċernat li d-Direttur Ġenerali jkun għamel, ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax dik il-konċentrazzjoni notifikata? Jekk kien il-każ, tista’ l-Ministru tgħid meta kien dan?
06/02/2017
ONOR. HELENA DALLI: Infurmata li ma kienx hemm ċirkostanzi fejn id-Direttur Ġenerali ħareġ deċiżjoni fejn m’approvax il-konċentrazzjoni notifikata.
Seduta 490

06/03/2017



MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY – INGAĠĠ TA’ IMPJEGATI ĠODDA
30915. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda mal-Malta Competition and Consumer Affairs Authority, xahar b’xahar, minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika?
07/02/2017

ONOR. HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY – INGAĠĠ TA’ IMPJEGATI ĠODDA
30916. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ ingaġġ ġdid minn Jannar 2013 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u liema minnhom ġew ingaġġati wara sejħa pubblika u kemm iddaħħlu fuq bażi ta’ xi forma ta’ fiduċja mingħajr sejħa pubblika? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett ta’ salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
07/02/2017
ONOR. HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba li tista' tingħata.
Seduta 490

06/03/2017



MALTA COMPETITION AND CONSUMER AFFAIRS AUTHORITY – INGAĠĠ TA’ IMPJEGATI ĠODDA PERMEZZ TA’ SEJĦA INTERNA
30917. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid kemm huma, liema huma u xi gradi huma l-pożizzjonijiet fi ħdan il-Malta Competition and Consumer Affairs Authority li ġew mimlija permezz ta’ sejħa interna minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ, tista’ telenka l-kwalifiki ta’ kull persuna li qed tokkupa dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid mil-liema lokalità ġejjin l-individwi li mlew dawn il-karigi? F’kull każ, tista’ tgħid x’inhu l-pakkett tas-salarju u perkaċċi marbut ma’ kull pożizzjoni?
07/02/2017
ONOR. HELENA DALLI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD LI MA JITTEĦIDX
31092. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għas-Saħħa fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kirurgu Walter Busuttil huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għas-Saħħa fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li ma Jitteħidx. In-nomina saret fis-28 ta' Ġunju tal-2016.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD LI MA JITTEĦIDX – NOMINA TA’ CHAIRMAN
31093. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil min innomina bħala Chairman tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Charmaine Gauci ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala c-chairperson tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD LI MA JITTEĦIDX - SEGRETARJU
31094. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid lil liema konsulent tas-Saħħa Pubblika nnomina sabiex jaġixxi bħala Segretarju tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Dr Karen Vincenti ġiet innominata fit-28 ta’ Gunju tal-2016 bħala segretarja tal-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD LI MA JITTEĦIDX – RAPPREŻENTANT GĦALL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL
31095. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sa Dolores Gauci hija r-rappreżentanta tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx. In-nomina hija mit-28 ta' Ġunju, 2016.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD LI MA JITTEĦIDX – RAPPREŻENTANT GĦALL-MINISTERU TGĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL FIL-QASAM TAL-ISPORT
31096. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-qasam tal-Isport fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-Sur Kevin Azzopardi huwa r-rappreżentant tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fil-qasam tal-isport fil-Kunsill dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx. In-nomina hija mit-28 ta' Ġunju, 2016.
Seduta 490

06/03/2017



KUNSILL KONSULTATTIV DWAR STILI TA’ ĦAJJA SANA U MARD – RAPPRE¿ENTANT GĦALL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
31097. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid lil min innomina biex jirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Mard li Ma Jitteħidx kif stabbilit mil-liġi li għaddiet unanimament mill-Parlament fis-6 ta’ Jannar 2016? F’liema data eżatta saret din in-nomina?
13/02/2017
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Ms. Marisa Pisani ġiet nominata fit-28 ta’ Ġunju tal-2016 biex tirrappreżenta l-Ministeru għall-Finanzi fuq il-Kunsill Konsultattiv dwar Stili ta’ Ħajja Sana u Kura ta’ Mard li ma Jitteħidx.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA - POSITIONS OF TRUST
31178. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. JOSÈ HERRERA: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba. Il-lista tinkludi s-Segretarjat Privat tiegħi, is-Segretarjat Privat tas-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, uffiċjali ingaġġati b’mod temporanju matul il-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew, u kif ukoll uffiċjali tekniċi li jaqdu dmirijiet fl-oqsma tal-ambjent, l-iżvilupp rurali, is-sajd, il-ħarsien tal-annimali, ir-regolazzjoni veterinarja u s-saħħa tal-pjanti fost l-oħrajn.
Seduta 490

06/03/2017




MINISTERU GĦAL GĦAWDEX - POSITIONS OF TRUST
31179. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsijiet parlamentari 29335 u 31348.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL - POSITIONS OF TRUST
31180. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol il-persuni ingaġġati f’position of trust huma kif se nsemmi:
Segretarjat tal-Ministru - 2 (Segretarju Privat u Assistent Segretarju Privat)
Segretarjat tas-Segretarju Parlamentari - 2 (Segretarju Privat u Ko-ordinatriċi)
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-FINANZI - POSITIONS OF TRUST
31181. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żewġ persuni li jokkupaw position of trust fil-Ministeru tiegħi għandhom il-kariga ta’ Ministry Coordinator u Secretariat Officer.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦAS-SAĦĦA - POSITIONS OF TRUST
31182. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-positions of trust fil-Ministeru tiegħi jokkupaw dawn il-karigi: Private Secretary; Secretariat Officers; Personal Driver/Security Officer.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI - POSITIONS OF TRUST
31183. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jelenka l-positions of trust li hemm fil-Ministeru tiegħu?
14/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-positions of trust li hemm fil-Ministeru huma : Personal Assistant to Permanent Secretary, Administrative Coordinator, IT Officer, Project Manager u Administrative & Support Officer.
Seduta 490

06/03/2017



KAŻIJIET TA’ RAPPORTI DWAR VJOLENZA DOMESTIKA
31345. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Wara li għad-domandi 30513, 30514 u 30515 dwar vjolenza domestika, il-Ministru kien wieġeb li "l-informazzjoni għadha qed tinġabar u r-risposta tingħata f’seduta oħra" jista' l-Ministru jgħid allura kif għad-domandi 30959, 30960 u 30961 meta suppost reġa’ wieġeb l-istess, ir-risposti kienu li "l-Informazzjoni mitluba qatt ma nżammet f'forma ta' data elettronika u mhux possibbli li din tingħata" jista' l-Ministru, fid-dawl tal-mod kif ġew imwieġba b'mod kontradittorju dawn l-istess domandi, ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba?
20/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Filwaqt illi nikkonferma li huwa minnu li l-informazzjoni kif ġiet mitluba qatt ma nżammet f’forma ta’ data elettronika, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ċertu informazzjoni hija disponibbli.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li jirrigwardaw rapporti ta’ vjolenza domestika magħmula minn irġiel u ieħor illi kienu magħmula minn nisa.
Rigward kemm kien hemm tfal u żgħażagħ taħt l-eta` li għamlu rapporti, din l-istatistika ma tinżammx taħt din il-forma ta’ statistika peress li l-persuna li tagħmel rapport mal-Pulizija tkun imniżżla bħala Person Filing Report.
Seduta 490

06/03/2017



LEARNING SUPPORT ASSISTANT GĦAWDXIN – VIDEO CONFERENCING
31351. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għar-risposta tiegħu għall-mistoqsija parlamentari 29862, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Learning Support Assistants Għawdxin li qed jattendu kors organizzat mill-Università ta’ Malta ngħatawx l-opportunità li fit-tieni semestru jsegwu l-lectures permezz ta' video conferencing miċ-Ċentru tal-Università f'Għawdex? Jekk iva, meta bdew u jekk le x'kienet ir-raġuni li għadhom ma ngħatawx din l-opportunità?
20/02/2017
Yüklə 60,24 Kb.

Dostları ilə paylaş:
  1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə