Ittra ta’ Ħatra ta’ uffiċjal



Yüklə 14,42 Kb.
tarix30.12.2017
ölçüsü14,42 Kb.
#18379

ITTRA TA’ ĦATRA F’POŻIZZJONI FUQ BAŻI TA’ ASSENJAMENT GĦAL PERJODU DEFINIT
(Din l-ittra ta’ ħatra tintuża fil-każ ta’ ħatra f’pożizzjoni fuq bażi ta’ assenjament għal perjodu definit - – jiġifieri f’pożizzjoni fejn hemm objective reason skont L.S. 452.81, inkluz Senior Manager u pożizzjonijiet oħra fi Skala 5 fejn hemm objective reason - ta’ uffiċjal li diġa għandu grad sustantiv / poziżżjoni ndefinita / ħatra ndefinita (‘Uffiċjal fi Skala’).)
NUMRU TAL-KARTA TAL-IDENTITA'
Data
Lis-Isem
Għandi pjaċir ngħarrfek li, (fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, il-Prim Ministru approva)1 / (bis-saħħa ta’ delega mogħtija mill-Prim Ministru taħt artiklu 110 tal-Kostituzzjoni, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku approvat)2 / (bis-saħħa ta’ delega mogħtija mill-Prim Ministru taħt artiklu 110 tal-Kostituzzjoni, jien approvajt)3 li inti tinħatar _________________________________ fi Skala ______4 b’salarju ta’ €________ x ________ - €________ fis-sena, (flimkien ma’ _______________________5).
Din il-ħatra hija fuq bażi ta’ assenjament definit għal perjodu ta’ ___________________________ b’seħħ mill-_______________________ sal-_______________________. Peress li, skont il-L.S. 452.81 intitolata Regolamenti dwar Kuntratti ta’ Servizz għal Terminu ta’ Żmien Fiss, hemm raġuni oġġettiva għaliex persuna f’din il-ħatra m’għandhiex tilħaq status indefinit, bis-saħħa tal-fatt li ___________________________6, l-impjieg tiegħek jibqa’ fuq bażi ta’ kuntratt definit u fil-każ din il-ħatra ma tiġix imġedda jew tintemm, inti terġa’ lura għal grad sostantiv / poziżżjoni ndefinita status indefinit ‘Uffiċjal fi Skala’ li kellek qabel.
Inti għandek taqdi d-dmirijiet tiegħek fid-Dipartiment ____________________________________ u għandek ukoll id-dmir li taqdi kull xogħol ieħor li l-Gvern jista’ jeħtieġ minnek. Din il-ħatra hija bi prova għal ________________________ b’seħħ mill-______________________.
Din il-ħatra taqa’ taħt ir-regoli u regolamenti dwar is-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
(Din il-ħatra tintemm awtomatikament jekk ma tibqax tgawdi d-dritt li taħdem hawn Malta skond l-Att dwar l-Immigrazzjoni u liġijiet sussidjarji.)7
Il-kundizzjonijiet, benefiċċji u obbligi marbutin mal-impjieg tiegħek, inkluż dettalji dwar it-terminazzjoni u t-tiġdid ta’ ħatra definita, huma elenkati fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku https://publicservice.gov.mt/en/Documents/Public%20Service%20Management%20Code/PSMC%20Manuals/Manual_on_Resourcing_Policies_and_Procedures.pdf.

____________________



Isem

Segretarju Permanenti Ewlieni/Segretarju Permanenti



1 Din il-parti tintuża f’dawk il-każijiet eċċezzjonali meta l-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku tissottometti r-rakkomandazzjoni tagħha għall-ħatra għall-approvazzjoni tal-Prim Ministru.

2 Din il-parti tintuża meta l-Kummissjoni tapprova hija stess il-ħatriet.

3 Din il-parti tintuża meta l-ħatriet jiġu approvati mis-Segretarju Permanenti.

4 Niżżel l-iskala ta’ salarju martbuta mal-pożizzjoni kif kwotata fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

5 Il-kliem ta’ bejn il-qawsejn jidħol biss jekk is-sejħa għall-applikazzjonijiet tistiplola xi forma ta’ allowance.

6 Niżżel ir-raġuni oġġettiva.

7 Din il-klawsola applikabbli biss f’każijiet ta’ persuni li m’għandhomx ċittadinanza Maltija.

Yüklə 14,42 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə