Kamra tad-deputati



Yüklə 118,5 Kb.
tarix15.08.2018
ölçüsü118,5 Kb.
#62708

MINUTI

KAMRA TAD-DEPUTATI

L-GĦAXAR PARLAMENT

SEDUTA NRU. 385

It-Tlieta, 16 ta’ Mejju 2006

Il-Kamra tad-Deputati ltaqgħet fis-Sala tal-Parlament, il-Palazz, il-Belt Valletta fis-6.03 p.m.

Mr Speaker, l-Onor Anton Tabone, ippresieda.



PREŻENTI
Il-Ministri u l-Membri kollha kienu preżenti minbarra l-Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi, il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, il-Ministru ta’ l-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, il-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, is-Segretarju Parlamentari l-Onor Anthony Abela, l-Onor Robert Arrigo, l-Onor Stefan Buontempo, l-Onor Chris Cardona, l-Onor Karl Chircop, l-Onor John Dalli, l-Onor Joseph Debono Grech, l-Onor Angelo Farrugia, l-Onor Michael Farrugia, l-Onor Roderick Galdes, l-Onor Gavin Gulia, l-Onor Silvio Parnis, l-Onor Clyde Puli, l-Onor Jeffrey Pullicino Orlando, l-Onor Adrian Vassallo u l-Onor Karmenu Vella.

SKUŻATI
L-Onor Franco Galea u l-Onor Joseph Sammut kienu msiefra fuq xogħol parlamentari.

TALBA
L-Iskrivan tal-Kamra qal it-talba.

MINUTI
Il-Minuti tas-Seduta Nru 384 li saret fil-15 ta’ Mejju 2006, kienu konfermati.


MISTOQSIJIET

Mistoqsijiet ġew magħmula u mogħtija tweġiba.


Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 18741, il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni, f’isem il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjieg, qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
P.L. 4978 - Tagħrif dwar tfal barranin li qegħdin sal-livell sekondarju fl-iskejjel ta’ l-istat, tal-knisja u indipendenti.
Fis-6.30 p.m. l-aħħar mistoqsija kienet numru 18741 u l-mistoqsijiet l-oħra kollha li dehru fuq l-aġenda ngħataw tweġiba bil-miktub.

TQEGĦID TA’ KARTI
L-Aġent Prim Ministru u Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern qiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:-
P.L. 4979 - Avviż Legali Nru 110 ta’ l-2006 - Regolamenti ta’ l-2006 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Logħob minn Distanza.

ORDNIJIET TAL-ĠURNATA
L-Iskrivan tal-Kamra qara l-Ordnijiet tal-Ġurnata.
1. ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR L-INTERMEDJARJI FL-ASSIGURAZZJONI – ABBOZZ NRU 63
Il-Kamra rriżumiet mill-24 ta’ April 2006 it-Tieni Qari ta’ l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jirregola r-reġistrazzjoni u l-iskrizzjoni ta’ l-intermedjarji fl-assigurazzjoni u l-attivitajiet ta’ l-intermedjarji fl-assigurazzjoni”.
Fit-8.40 p.m. is-Segretarju Parlamentari l-Onor Antonio Fenech talab il-permess tal-Kamra sabiex il-Kamra tgħaddi għat-tieni item fuq l-aġenda.
Il-permess ingħata.
2. ABBOZZ TA' LIĠI BIEX JEMENDA L-ATT DWAR DAZJU TAS-SISA - ABBOZZ NRU 67
Il-Kamra marret f'Kumitat.
FIL-KUMITAT
L-Onor Carmelo Abela, President tal-Kumitat, ippresieda.

Il-Kumitat irriżuma mill-15 ta’ Mejju 2006 id-diskussjoni fuq id-diversi klawsoli ta’ dan l-Abbozz ta’ Liġi.


KLAWSOLA 2 U L-EMENDA “A” - KONTINWAZZJONI
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor Antonio Fenech ressaq din l-Emenda “B”:-
Klawsola 2
Fir-Raba’ Skeda li tinsab fi Klawsola 2, fit-tieni kolonna, minflok il-kliem:
Fl-ewwel kolonna Fit-tieni kolonna
“If used for air navigation between Malta and Gozo” “Lm31.00 per 1000 litres”
għandhom jidħlu l-kliem:
Fl-ewwel kolonna Fit-tieni kolonna
“If used for the following purposes: “Lm31.00 per 1000 litres”


  • for air navigation between Malta and Gozo

  • for testing and maintenance of aircraft engines”.


Clause 2
In the Fourth Schedule in Clause 2, instead of the words
In the first column In the second column
“If used for air navigation between Malta and Gozo” “Lm31.00 per 1000 litres”
there shall be replaced the words
In the first column In the second column
“If used for the following purposes: “Lm31.00 per 1000 litres”


  • for air navigation between Malta and Gozo

  • for testing and maintenance of aircraft engines”.

L-Emenda “A” għaddiet.


L-Emenda “B” għaddiet.
KLAWSOLA 2 U R-RABA’ SKEDA, kif emendata, għaddew u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta’ Liġi.
KLAWSOLA 1 U T-TITOLU għaddew u kienu ordnati jsiru parti mill-Abbozz ta’ Liġi.

Fuq mozzjoni tas-Segretarju Parlamentari l-Onor Antonio Fenech il-Kumitat qabel li jawtorizza lill-Iskrivan tal-Kamra biex jikkoreġi xi żbalji ta’ l-ortografija li jista’ jkun hemm bżonn.


Fid-9.00 p.m. il-Kamra rriżumiet u l-President tal-Kumitat irrapporta l-Abbozz ta’ Liġi mgħoddi b’emendi.

AĠĠORNAMENT
L-Aġent Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern ippropona l-aġġornament tal-Kamra għal nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Mejju 2006 fis-6.00 p.m. b’ din l-aġenda :-
Ordnijiet tal-Ġurnata
Abbozz ta’ Liġi dwar l-Intermedjarji fl-Assigurazzjoni - Tieni Qari (Kont);
Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Att dwar Dazju tas-Sisa - Tielet Qari; u
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Kostituzzjoni ta’ Malta - Tieni Qari.
-----------------------------------
Abbozz ta’ Liġi biex jemenda l-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Reġistru Ċentrali - Kumitat Permanenti;
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Taħriġ - Kumitat Permanenti; u
Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Liġijiet dwar il-Protezzjoni tal-Konsumatur - Kumitat Permanenti.
Fid-9.30 p.m. il-Kamra aġġornat mingħajr ma saret il-mistoqsija.


RICHARD J CAUCHI

SKRIVAN TAL-KAMRA

KONFERMATI


SPEAKER


Yüklə 118,5 Kb.

Dostları ilə paylaş:




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə