Circular No



Yüklə 61,05 Kb.
tarix30.12.2017
ölçüsü61,05 Kb.

______ Ċirkulari Nru. ________
Indirizz
Data

Lis- Segretarji Permanenti

Diretturi Ġenerali

Diretturi

Kapijiet ta’ Entitajiet Pubbliċi

Pożizzjoni ta’ Assistent Direttur fil- _____________________



  1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall- ______________________, qiegħed/qegħda joħroġ/toħroġ sejħa għall-pożizzjoni vakanti ta’ Assistent Direttur kif ġej:

Pożizzjoni: Assistent Direttur __________


Direttorat: ______________

2. Il-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku hija pożizzjoni f’Kategorija A u ħatriet f’tali pożizzjoni jsiru fuq bażi ta’ Performance Agreement ta’ tliet snin, suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ sena. Il-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur huwa mħallas bil-massimu ta’ skala ta’ salarju 5, u jinkludi performance bonus sa 15%, liema dritt jkun suġġett għall-istess proċeduri u kriterji ta’ performance review u arranġamenti oħra applikabbli għal uffiċjali maħtura f’pożizzjoni ta’ Headship. L-Assistent Direttur huwa intitolat ukoll għal communication allowance u expense allowance. L-Assistent Direttur ma jkollu dritt għall-ebda benefiċċji oħra marbuta ma’ pożizzjoni ta’ Headship.




  1. Uffiċjali li jwettqu d-dmirijiet fil-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur għal tliet snin u li jerġgħu jinħatru f’din il-pożizzjoni għall-perjodu ieħor, ikunu intitolati għall-ħatra fil-grad ta’ Uffiċjal fi Grad 5 anki jekk f’remit differenti, dment li fil-każijiet biss tal-gradi mhux tas-Servizzi Ġenerali ma jagħżlux li jżommu l-grad sustantiv kurrenti tagħhom. Dawn l-uffiċjali jibqgħu jżommu l-Performance Agreement tagħhom għall-perjodu li jkomplu jwettqu d-dmirijiet ta’ Assistent Direttur.

3.1 Jekk il-persuna magħżula tkun pensjonabbli skont l-Ordinanza tal-Pensjonijiet (Kap. 93), il-pensjoni tat-Teżor tkun ikkalkulata skont is-salarju tal-grad sustantiv tiegħu/tagħha.


4. Uffiċjali maħtura fil-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur fuq Performance Agreement jistgħu jerġgħu jiġu maħtura, suġġett għal servizz sodisfaċenti, fl-istess pożizzjoni jew f’pożizzjoni oħra ta’ Assistent Direttur għal perjodi oħra ta’ tliet snin. F’każ li dan ma jseħħx, l-uffiċjal jirritorna għall-grad sustantiv tiegħu u jkun assenjat dmirijiet skont il-grad. Uffiċjali li m’għandhomx impjieg indefinit, jiġifieri, grad sustantiv/ ħatra ta’ Officer in Scale / pożizzjoni indefinita - fis-Servizz Pubbliku, jkollhom l-impjieg tagħhom mas-Servizz Pubbliku ta’ Malta tterminat f’każ li l-Performance Agreement ikun itterminat qabel ma jieħdu l-ħatra ta’ Uffiċjal fi Grad 5.
5. L-applikanti huma mfakkra li jistgħu jiġu assenjati pożizzjoni differenti ta’ Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku, jew tinbidlilhom in-nomenklatura, skont l-esiġenzi tas-Servizz, kemm waqt l-ewwel terminu tal-ħatra, kif ukoll f’każ li jerġgħu jiġu maħtura fil-pożizzjoni skont paragrafu 4 hawn fuq.
6.1 L-applikazzjonijiet jintlaqgħu minn fost uffiċjali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li, fid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet ikunu:-


  1. Uffiċjali pubbliċi li huma konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom jew f’ħatra relatata ta’ qabel li huma f’pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta ta’ grad ta’ Master’s f’Livell 7 tal-MQF (b’minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti f’rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2008) f’oqsma rilevanti li jridu jkunu indikati, jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma’ tliet (3) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti, li sena (1) minnhom trid tkun f’pożizzjoni ta’ management komparabbli mal-livell ta’ skala 8 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku;

Jew



  1. Uffiċjali pubbliċi li huma konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom jew f’ħatra relatata ta’ qabel li huma f’pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta ta’ grad ta’ Baċellerat f’Livell 6 tal-MQF (b’minimu ta’ 180 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti f’rigward ta’ programmi li bdew minn Ottubru 2003) f’oqsma rilevanti li jridu jkunu indikati, jew kwalifika professjonali komparabbli, flimkien ma’ ħames (5) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti, li sena (1) minnhom trid tkun f’pożizzjoni ta’ management komparabbli mal-livell ta’ skala 8 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku;

Jew



  1. Uffiċjali Pubbliċi fi skala 7 jew ogħla, liema ħatra tkun ġiet ikkonfermata, li jkollhom tmien (8) snin esperjenza ta’ xogħol rilevanti, li sena (1) minnhom trid tkun f’pożizzjoni ta’ management komparabbli mal-livell ta’ skala 8 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku;

Jew



  1. Uffiċjali Pubbliċi fi skala 7 jew ogħla, b’erba’ snin servizz konsekuttivi1 fil-livell ta’ skala 7 jew ogħla2;

Jew



  1. Uffiċjali Pubbliċi li l-ħatra tagħhom bħala Uffiċjal Prinċipali Anzjan tkun ġiet ikkonfermata;

Jew



  1. Uffiċjali Pubbliċi li l-ħatra tagħhom f’grad sustantiv fi skala 7 jew ogħla tkun ġiet ikkonfermata, flimkien ma’ sentejn (2) servizz f’dan il-grad;

6.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilta’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika f’livell 7 ta’ MQF għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET kretti, fir-rigward ta’ korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.


Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalmet xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbilta’ ta’ hawn fuq jew ogħla, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
6.3. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżjonijiet ġenerali fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra kif applikabbli, liema proviżjonijiet jistgħu jiġu aċċessati permezz tas-sit elettroniku tad-Diviżjoni dwar Nies u Standards fl-indirizz: http://publicservice.gov.mt/en/People/Pages/Home.aspx.
6.4 L-applikanti huma ġentilment mitluba li fis-sezzjoni tar-rimarki tar-Recruitment Portal, jindikaw taħt liema klawżola/i tal-eliġibbilta’ qegħdin japplikaw.
6.53 Fil-każ partikolari ta’ din il-pożizzjoni, l-eliġibbilta’ hija estiża għal uffiċjali pubbliċi/impjegati fis-settur pubbliku li, fid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, għandhom pożizzjoni f’livell komparabbli ma’ Skala ta’ Salarju 7 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku, u li okkupaw tali pożizzjoni/pożizzjonijiet għal erba’ snin konsekuttivi kemm fis-Servizz Pubbliku kif ukoll/jew f’entitajiet tas-Settur Pubbliku.
6.64 Hija r-responsabbilta’ ta’ impjegati fis-settur pubbliku/uffiċjali pubbliċi li japplikaw skont il-proviżjonijiet tas-sub-paragrafu 6.5 hawn fuq, li jissottomettu mal-applikazzjoni tagħhom evalwazzjoni formali miktuba mingħand il-Bord ta’ Komparabbilta’, imwaqqaf biex jevalwa l-livell ta’ pożizzjonijiet fis-settur pubbliku komparati ma’ dawk fis-Servizz Pubbliku, liema evalwazzjoni għandha tispeċifika jekk tali applikanti għandhomx, u jekk kellhomx għal erba’ snin konsekuttivi, pożizzjoni/pożizzjonijiet komparabbli ma’ skala 7 jew ogħla fis-Servizz Pubbliku. Applikanti prospettivi għandhom iġibu tali evalwazzjoni mingħand il-Bord tal-Komparabbilta’ billi jissottomettu r-rikjesta tagħhom, fi żmien adegwat qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa, fuq l-indirizz: prc.opm@gov.mt. Kopja tal-evalwazzjoni tal-Bord għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni filwaqt li l-oriġinali għandha tintwera waqt l-intervista.
6.75 Fil-każ ta’ applikanti li jissottomettu rikjesta lill-Bord ta’ Komparabbilta’, iżda li ma jaqblux mal-konklużjonijiet tal-Bord, dawn jistgħu jissottomettu petizzjoni lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol mid-data meta ċ-Ċerperson tal-Bord ta’ Komparabbilta’ jikkommunika l-konklużjonijiet tiegħu.
6.8 Il-kandidat/a magħżul/a jridu jkunu għadhom eliġibbli skont klawsola 6 hawn fuq meta jiġu biex jingħataw il-ħatra dovuta.
7. Kopji tad-deskrizzjoni tal-pożizzjoni jistgħu jinkisbu mill- ___________________.
8. Uffiċjali eliġibbli jistgħu japplikaw għal din il-pożizzjoni sakemm għadhom ma ġewx approvati għal xi ħatra ta’ Assistent Direttur. Jekk uffiċjal li ġie approvat għal ħatra ta’ Assistent Direttur jkun fil-frattemp magħżul biex jimla pożizzjoni oħra li kien applika għaliha qabel il-ħatra ta’ Assistent Direttur, l-uffiċjal jingħata l-opportunita’ jagħżel liema minn dawn il-pożizzjonijiet jixtieq jagħżel.
9. Uffiċjali maħtura Assistenti Diretturi jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni tagħhom jew pożizzjoni oħra:


  1. Fil-każ li jkunu qegħdin japplikaw għall-pożizzjoni tagħhom stess, f’kwalunkwe mument li toħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet;




  1. Fil-każ li jkunu qegħdin japplikaw għall-pożizzjonijiet oħra għall-iskop ta’ promozzjoni, wara li jkunu temmew b’suċċess il-perjodu ta’ prova bħala Assistent Direttur u jkunu ġew ikkonfermati fil-pożizzjoni;




  1. Fil-każ li jkunu qegħdin japplikaw għal pożizzjoni oħra ta’ Assistent Direttur jew xi pożizzjoni jew post ieħor:




  1. Sitt xhur qabel id-data tal-għeluq tal-Performance Agreement kurrenti, bil-kundizzjoni li l-uffiċjal ma jassumix il-ħatra l-ġdida qabel ma jkun skada il-Performance Agreement kurrenti. Dan sakemm l-uffiċjal ma jkunx qiegħed japplika għal post fuq bażi nozzjonali;




  1. F’kwalunkwe mument jekk vakanza ta’ Assistent Direttur kienet teżisti fil-Ministeru fejn l-uffiċjal kien qiegħed iservi qabel il-ħatra tiegħu ta’ Assistent Direttur, imma tali vakanza ma kienitx imħabbra. Dan ma japplikax jekk l-uffiċjal ikun inħatar Assistent Direttur fil-Ministeru fejn kien qiegħed iservi fil-grad/pożizzjoni preċedenti tiegħu;




  1. F’kwalunkwe mument fil-każ ta’ uffiċjal li huwa Assistent Direttur normalment residenti Għawdex imma li qiegħed iservi Malta, u qiegħed japplika biex jimla vakanza ta’ Assistent Direttur Għawdex.

10.1 Assistenti Diretturi huma intitolati li jieħdu perjodu parental leave bla ħlas sa erba’ (4) xhur fil-każ ta’ wild, adozzjoni, fostering jew kustodja legali ta’ tifel jew tifla, sabiex ikunu jistgħu jieħdu ħsieb tali tifel jew tifla sakemm jagħlaq/tagħlaq tmien snin. F’dan il-każ il-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur ma jiġix mitmum. Dan il-parental leave bla ħlas jista’ jittieħed fil-każ ta’ kull tifel jew tifla. Kwalunkwe perjodu ta’ parental leave bla ħlas ikun jgħodd bħala parti mis-snin ta’ servizz sodisfaċenti fil-pożizzjoni ta’ Assistent Direttur meħtieġa għall-ħatra fil-grad ta’ Uffiċjal fi Grad 5.


10.2 Uffiċjali li jieħdu kwalunkwe forma oħra ta’ leave bla ħlas ikollhom il-ħatra tagħhom ta’ Assistent Direttur mitmuma. Is-snin ta’ servizz bħala Assistent Direttur ta’ qabel il-leave bla ħlas, iżda, jkunu jgħoddu għall-iskop tal-ħatra bħala Uffiċjal fi Grad 5, f’każ li jerġgħu jinħatru f’pożizzjoni oħra ta’ Assistent Direttur, kif provdut f’paragrafu 3 ta’ din iċ-Ċirkolari.

11. Il-proċess ta’ għażla, permezz ta’ intervista, ikun esegwit minn Bord ta’ Għażla maħtur skont ir-Regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku dwar Ħatriet.


12. Il-Bord ta’ Għażla jevalwa jekk l-applikanti jkunux addattati u kompetenti għal ħatra f’din il-pożizzjoni ta’ tmexxija bħala Assistent Direttur fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, skont il-kriterji ta’ għażla stabbiliti li jinkludu Abilita’ Intellettwali, Ħiliet ta’ Tmexxija, Ħiliet ta’ Immaniġġjar u Ħtiġijiet Relatati mal-Pożizzjoni. F’dan ir-rigward ġiet stabbilita skeda ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni u weightings għall-proċess tal-għażla biex ikun żgurat li l-proċess huwa uniformi u l-evalwazzjoni tal-kandidati hija ġusta. Kopja ta’ din l-iskeda hija mehmuża ma’ din iċ-Ċirkolari.
13. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi għandu jlesti għall-Bord tal-Għażla kopji tal-aħħar tliet performance appraisals tal-kandidati li se jiġu intervistati. Fil-każ ta’ kandidati li m’għandhomx tali performance appraisals, il-Kap tad-Dipartiment kompetenti jrid iħejji Performance Report li jkun simili. Tali rapporti jridu jkunu ffirmati anki mill-uffiċjal ikkonċernat. Il-Bord tal-Għażla jista’ anki jikkonsulta mal-Kap tad-Dipartiment fejn qegħda tiġi mħabbra l-vakanza qabel ma jagħlaq ir-rapport tiegħu.
14. Ir-riżultat tal-Bord tal-Għażla huwa validu għal perjodu ta’ sena minn meta jinħareġ.
15. Jekk l-uffiċjal maħtur jieħu ħatra oħra ta’ Assistent Direttur skont paragrafu 9 ta’ din iċ-Ċirkolari, jirriffjuta jew jabbanduna l-pożizzjoni, jirtira, ikun irtirat fuq bażijiet mediċi jew ikollu l-Performance Agreement tiegħu tterminat qabel ma’ jiskadi r-riżultat tal-Bord tal-Għażla, il-kandidat li jmiss li jkun għadda fuq ir-riżultat jista’ jinħatar fil-pożizzjoni.
16. Rappreżentazzjonijiet dwar każijiet ta’ ineliġibbilta’ jistgħu jsiru mill-kandidati lis-Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, Palazz Spinola, Livell 2, Triq San Kristofru, Valletta. Tali rappreżentazzjonijiet, bil-miktub, għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien ħamest (5) ijiem ta’ xogħol mid-data meta l-kandidat jiġi infurmat mill-Bord tal-Għażla li huwa ineliġibbli.
17. Ir-riżultati tal-intervisti jintbagħtu personalment lill-kandidati mid-Dipartiment/Divizjoni/Direttorat li jkun qiegħed joħroġ is-sejħa. Oġġezzjonijiet għar-riżultat għandhom jiġu sottomessi lis-Segretarju Eżekuttiv, Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, Palazz Spinola, Livell 2, Triq San Kristofru, Valletta. L-oġġezzjonijiet għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data li fiha jintbagħat ir-riżultat lill-kandidati.
18. L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tas-Segretarju Permanenti, Ministeru ____________________, permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq l-indirizz: https://recruitment.gov.mt. L-applikazzjonijet għandhom jinkludu curriculum vitae (li għandu jinkludi lista ta’ kwalifiki miksuba mill-applikant/a) kif ukoll Schedule of Service aġġornata, fil-format pdf, li għandhom jiġu mtella’ fuq il-Portal. Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija nofsinhar (CET) ta’ nhar il-Ġimgħa _________________6. Tintbagħat ittra elettronika ġġenerata mill-kompjuter bħala riċevuta li l-applikazzjoni tkun daħlet.
19. Il-kwalifiki u l-esperjenza li l-persuna jkollha għandhom jintwerew b’ċertifikati u/jew dokumenti li kopja tagħhom għandha tkun preferibbilment scanned u mibgħuta permezz tar-Recruitment Portal fl-indirizz https://recruitment.gov.mt, jew mibgħuta b’mod separat lill-Ministeru fejn teżisti l-vakanza, sa mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-għeluq. L-oriġinali għandhom jintwerew waqt l-intervista.
____________________

Isem

Segretarju Permanenti



1 Family-friendly measures li huma kkunsidrati bħala ‘service in the grade’ skont Sezzjoni 3.10.2 fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures, ikunu meqjusa li jgħoddu bħala parti mill-erba’ snin servizz konsekuttivi meħtieġa biex uffiċjal ikun eliġibbli għall-pożizzjoni

2 Fil-każijiet kollha, l-applikanti jridu jkunu laħqu skala 7 jew ogħla permezz ta’ ħatra approvata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

3 Din il-klawsola għandha tiġi inkluża biss fejn applikabbli, wara li tali estensjoni fl-eliġibbilta’ f’sejħa partikolari jkollha l-approvazzjoni tal-P&SD fuq il-bażi ta’ raġunijiet sodi li jkunu nġiebu mill-Ministeru kkonċernat. Fejn mhix applikabbli għandha titħalla barra.

4 Din il-klawsola għandha tiġi inkluża fejn l-eliġibbilta’ tkun estiża skont 6.5.

5 Din il-klawsola għandha tiġi inkluża fejn l-eliġibbilta’ tkun estiża skont 6.5.


6 Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet trid tkun mill-inqas għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mill-ħruġ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.



Dostları ilə paylaş:


Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2019
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə