|
Dibattiti tal-kamra tad-deputatiGĦAWDEX - IĊ-ĊITTADELLA – SERVIZZ TA’ MONITERAĠĠ
|
səhifə | 8/8 | tarix | 28.07.2018 | ölçüsü | 128,49 Kb. | | #59301 |
|
GĦAWDEX - IĊ-ĊITTADELLA – SERVIZZ TA’ MONITERAĠĠ
7119. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefgħu offerti għat-tender numru CT3079/2013 – provista ta’ servizzi ta’ moniteraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Cittadella u kemm kien il-valur ta’ kull offerta li ġiet sottomessa?
ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li intefgħet offerta waħda għat-tender numru CT3079/2013 – provvista ta’ servizzi ta’ monitoraġġ arkeoloġiku għal xogħlijiet fiċ-Ċittadella li l-valur tagħha kien ta’ €46,754.55.
GĦAWDEX – IĊ-ĊITTADELLA – PROĠETTI KOFINANZJATI MINN FONDI TAL-UNJONI EWROPEA
7120. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 6948, jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa jew kemm hu stmat li se jiswa l-proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea li qed jiġi implimentat fiċ-Cittadella taħt ERDF 39 – restawr u riabilitazzjoni tal-fortifikazzjonijiet ta’ Malta u Għawdex li kien jikkonsisti fil-konsolidazzjoni tal-blat li fuqu hija mibnija ċ-Cittadella u r-restawr tal-ħitan tal-fortifikazzjonijiet taċ-Cittadella? Min għamel dan ix-xogħol? Kemm kienu sottomessi offerti għal dan ix-xogħol u x’ kien il-valur ta’ kull offerta? Meta hu mistenni li jintemm dan il-proġett?
ONOR. ANTON REFALO: Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
OPERATURI TAT-TRASPORT PUBBLIKU - TENDERS
7125. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li toħroġ is-sejħa għall-interess/tender biex ikun hemm operatur tat-trasport pubbliku li jibda jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku? Jista’ jagħti tagħrif dwar fuq liema skedi ta’ trasport hu mistenni li jibda joffri s-servizz minn jibda jagħti dan l-istess servizz? Kemm se jdum il-perjodu tat-tendering, u meta mistenni li jiġi konkluż?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-interess mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin u għaldaqstant kull informazzjoni dwarha għandha tingħata aktar ’il quddiem. Din is-sejħa se tinkludi r-rotot il-ġodda li bihom għandu jopera l-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku.
OPERATURI TAS-SERVIZZ TAT-TRASPORT PUBBLIKU
7126. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jikkonferma li saru jew mistenni li jsiru laqgħat ma’ operaturi lokali biex jipprovdu s-servizz ta’ trasport pubbliku? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar min minn naħa ta’ Trasport Malta jew tal-Ministeru ħa sehem f’dawn l-istess laqgħat?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li nikkonferma li saru diversi laqgħat inizjali ma’ kull min talab u wera interess sabiex jipprovdi servizz ta’ trasport pubbliku.
TMEXXIJA TAT-TRASPORT PUBBLIKU MILL-GVERN
7127. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Issa li s-servizz ta’ trasport pubbliku għadda taħt it-tmexxija tal-Gvern Malti, jista’ l-Ministru jagħti t-tagħrif dwar kemm kien in-numru ta’ passiġġiera li nġarru matul dan il-perijodu ta’ żmien minn meta ħa over l-Gvern, kemm kien in-numru ta’ persuni li nġarru mill-karozzi tal-Unscheduled bus service u minn liema destinazzjonijiet operaw dawn l-istess karozzi?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-fatt li l-coaches tal-Unscheduled Bus Service mhumiex mgħammra b’apparat ta’ ticketing machines u automatic passenger counter units, ma jistax jiġi pprovdut l-ammont attwali ta’ passiġġieri li nġarru fuqhom. Madankollu, fuq estimi li saru mill-Malta Public Transport Services Ltd jirriżulta li bejn it-2 ta’ Jannar u is-16 ta’ Jannar 2014, inġarru madwar 1,070,000 passiġġieri li minnhom huwa stmat li 75,000 inġarru permezz tal-coaches tal-Unscheduled Bus Service.
Infurmat ukoll li l-coaches tal-Unscheduled Bus Service kienu qed joperaw fl-istess perjodu mit-Tnejn sas-Sibt fuq dawn ir-rotot:
Rotta
|
Destinazzjoni Minn
|
Destinazzjoni Lejn
|
109
|
Il-Baħrija
|
Dar tal-Providenza
|
110
|
Marsa P&R
|
Ta’ Sliema
|
136
|
Birkirkara
|
L-Għargħur
|
201
|
L-Airport
|
Ir-Rabat
|
226
|
Sptar Mater Dei
|
Santa Lucija
|
X2
|
Ta’ Sliema
|
L-Airport
|
X3
|
Buġibba
|
L-Airport
|
X4A
|
Valletta
|
Birżebbuġa
|
X4
|
Valletta
|
Birżebbuġa
|
X5
|
Valletta
|
Wied il-Għajn
|
X7
|
Valletta
|
Il-Birgu
|
101
|
Iċ-Ċirkewwa
|
Golden Bay
|
102
|
Iċ-Ċirkewwa
|
Golden Bay
|
401
|
Buġibba
|
Il-Wardija
|
123
|
Sptar Mater Dei
|
Castille
|
132
|
Floriana P&R
|
Castille
|
Dostları ilə paylaş: |
|
|