Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 431 It-Tlieta, 25 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsjiet għal tweġibiet orali direttorat għat-tindif – xiri ta’ makkinarju


PERSUNI LI MIETU F’MALTA U F’GĦAWDEX



Yüklə 52,28 Kb.
səhifə2/4
tarix15.08.2018
ölçüsü52,28 Kb.
#62698
1   2   3   4

PERSUNI LI MIETU F’MALTA U F’GĦAWDEX
27252. L-ONOR. LUCIANO BUSUTTIL staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm mietu nies f’Malta u f’Għawdex bejn is-sena 2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u x’kienet l-età tagħhom?
04/08/2016
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – VJAĠĠI
27282. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25874 dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?
05/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali mill-Ministeru fis-sena 2015, eskluż l-entitajiet kienet ta’ € 134,030.07. Filwaqt li bejn Jannar u Mejju 2016 l-ispiża kienet ta’ € 119,899.94. Tajjeb jingħad li safar tal-AVSEC u l-uffiċju tar-Ref Comm huma nklużi f’dawn l-ammonti.
Ninfurmak li sifirt 28 darba. Ir-raġunijiet kienu marbuta mal-unjoni ewropea u laqgħat bilaterali.
Seduta 431

25/10/2016



MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA – UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN - TALBIET
27283. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, tal-korporazzjonijiet, u tad-dekasteru li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
05/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 ma saru l-ebda talbiet mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.
Seduta 431

25/10/2016



FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICES
27284. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera s-sistema tal-Flemish Public Employment Services u jista’ jindika wkoll x’riżultati waslet għalihom?
05/08/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Job Matching System il-ġdida bdiet taħdem mill-4 ta’ Lulju 2016. Għaldaqstant, infurmat li għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel evalwazzjoni serja tar-riżultati li ħarġu mit-tħaddim ta’ din is-sistema.
Seduta 431

25/10/2016



EUROPEAN SOCIAL FUND – JOBSPLUS - PROĠETTI
27285. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’proposti u proġetti mill-European Social Fund qed jiġu implimentati preżentement mill-Jobsplus u jekk hux se jkun hemm oħrajn ġodda għas-sena li ġejja?
05/08/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement jew li mistennija jibdew iktar tard jinkludu:
· Training for Employment;

· Access to Employment;

· Work Programme;

· Investing in Skills;

· VASTE Programme;

· Youth Guarantee 2.0


Seduta 431

25/10/2016



JOBSPLUS - SPEZZJONIJIET
27286. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispettorat fil-Jobsplus u kemm kien hemm infrazzjonijiet tul din is-sena?
05/08/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2016 sa Settembru 2016, l-ispetturi ta’ Jobsplus għamlu 4602 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol u li fihom intervistaw 8607 ħaddiem. Dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw f’2861 infrazzjoni.
Seduta 431

25/10/2016



KAŻIJIET TA’ PICKPOCKETING
27330. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ pickpocketing fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet seħħew? Jista’ jgħid x’kienu l-affarijiet misruqa? Jista’ jgħid kemm tressqu nies il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija u kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija? Fil-każ tan-nazzjonalità barranija, jista’ jgħid ta’ liema nazzjonalità kienu? Jista’ jgħid x’kienu s-sentenzi mogħtija mill-Qorti?
12/08/2016


ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li in-numru ta’ rapporti ta’ serq ta’ pick-pocketing rrapurtatti lill-Pulizija minn Jannar 2015 sa Diċembru 2015 kien jammonta għal-elfejn u tletin każ. Bejn Jannar u Awwissu 2016 l-ammont kien ta’ elf, tmien mija u tnejn u disgħin. Dettalji dwar il-lokalitajiet fejn seħħew dawn il-każijiet ta’ pick-pocketing u x’kienu l-affarijiet misruqa, jinsabu fuq it-tabella li qed npoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.

L-ammont ta’ persuni li tressqu il-Qorti b’rabta ma’ dawn il-każijiet kien ta’ disa u tletin u dawn kienu sebgħa Maltin u tnejn u tletin Barrani, ċittadini tal-pajjizi li jidhru fit-tabella.







Persuni mressqa l-Qorti

Maltin

Barranin

2015

8

1


7 Kaz

(2 Libjani - 2 Rumeni - 3 Bulgari)


2016


* Sa Awwissu

31


6

25 Każ

(13 Bulgaru 8 Rumeni

1 Mexico - 2 Somalia - 1 Spanjol)

Total

39

7

32

Seduta 431



25/10/2016

RAPPORTI TA’ PERSUNI NIEQSA
27331. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ persuni nieqsa lill-pulizija fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm minn dawn instabu jew irritornaw u kemm persuni baqgħu ma nstabux? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid x’kienu l-etajiet tagħhom?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Awwissu 2016, kien hemm ħames mija u tletin persuna li kienu rpportati nieqsa. Minnhom ħmistax għadhom nieqsa . Tlett mija tnejn u sittin persuna kienu ta’ sess femminili filwaqt li mija tmienja u sittin kienu ta’ sess maskili. L-etajiet tagħhom kien jvarja hekk kif jidher fit-tabella aktar l-isfel:


Eta

0-15

15-20

20-25

25-30

30-35

35-40

40-45

45-50

50-55

55-60

60-65

65-70

70-75

75-80

80-85

85-90

Mhux maghrufa

Total

103

256

22

30

26

16

14

16

10

11

10

4

3

2

3

1

3

Ghadhom nieqsa

1

2

4

4

1

1

1

0

0

1

0

0

0

0

0

0

0

Seduta 431

25/10/2016

REATI TA’ HOLD UPS
27332. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni quddiem il-Qorti akkużati b’hold ups fl-2013, fl-2014, fl-2015 u fl-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm kienu ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tagħhom?
12/08/2016

ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni hija kif ġej:
Fis-sena 2013 kien hemm għaxar persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, seba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn il-wieħed u għoxrin sena u t-tlieta u ħamsin sena.
Fis-sena 2014 kien hemm tlettax – il persuna, waħda ta’ sess femminili u tnax ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akkużati b’hold ups.
Minnhom, ħdax kienu Maltin filwaqt li tnejn minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tnejn u għoxrin sena u l-erba’ u ħamsin sena.
Fis-sena 2015 kien hemm tlettax – il persuna, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, sitta kienu Maltin filwaqt li seba’ minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn id-dsatax u t-tmienja u tletin sena
Fis-sena 2016 (sa Awwissu) kien hemm seba’ persuni, ta’ sess maskili, li tressqu l-qorti akku¿ati b’hold ups. Minnhom, erba’ kienu Maltin filwaqt li tlieta minnhom kienu ta’ nazzjonalità barranija. L-etajiet kienu jvarjaw bejn it-tmintax u t-tmienja u erbgħin sena.
Seduta 431

25/10/2016



RAPPORTI TA’ REATI FIL-KONFRONT TA’ SINDKI, KUNSILLIERA, SEGRETARJI EŻEKUTTIVI JEW IMPJEGATI TA’ KUNSILLI LOKALI
27333. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ reati rraportati lill-pulizija fil-konfront ta’ Sindki, Kunsilliera, Segretarji Eżekuttivi jew impjegati ta' kunsilli lokali bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u lokalità b’lokalità? Kemm kienu l-każi li fuqhom tressqu nies quddiem il-Qorti, sena b’sena b’mod separat? X'tip ta’ reati twettqu?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Seduta 431

25/10/2016



PERSUNI TA’ TAĦT IT-18-IL SENA LI TTELLGĦU L-QORTI
27334. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni taħt it-18-il sena quddiem il-Qorti bejn l-2006 u d-data li fiha tkun imwieġba din l-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat u dwar xiex?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Persuni ta taħt it-18 –il sena mressqa l-Qorti:

2006 – 259

2007 – 259

2008 – 250

2009 – 260

2010 – 328

2011 – 281

2012 – 282

2013 – 234

2014 – 238

2015 – 296

2006 (sa Awwissu) – 201


Ir-raġuni għalfejn dawn tressqu l-Qorti kienu varji u jinkludu: offiżi ta’ serq – offiżi relatati ma’ droga – frodi ħsarat volontarji u nvolontarji – kkaġunaw feriti – theddid u nsulti – ksur tar-regolamenti tat-traffiku – ksur tar-regolamenti dwar liġi tal-armi – tipjip f’postijiet projbiti – ħruq – ksur tal-ordni pubblika – dagħa u kliem oxxen – pussess ta-pornografija – m’obdewx l-ordni min uffiċċjali pubblici – offiżi u/jew vjolenza kontra uffiċċjali pubbliċi – theddid - telefonati anonimi – vjolenza fuq il-pudur – użu hażin ta’ computer – offiżi relatati ma prostituzzjoni, fost oħrajn.
Seduta 431

25/10/2016



KAŻIJIET TA’ SUWIĊIDJI
27335. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ suwiċidji bejn l-2006 u l-2016 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu ta’ nazzjonalità Maltija u kemm ta’ nazzjonalità barranija? Jista’ jagħti l-etajiet tal-persuni li kkommettew suwiċidju sena b’sena b’mod separat?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Seduta 431

25/10/2016



IL-KALKARA – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27376. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Kalkara li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 431

25/10/2016



RAĦAL ĠDID – TOROQ SUĠĠERITI MILL-KUNSILL LOKALI BIEX JIĠU ASFALTATI
27377. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Raħal Ġdid sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016


ĦAL TARXIEN – TOROQ SUĠĠERITI MILL-KUNSILL LOKALI BIEX JIĠU ASFALTATI
27378. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Tarxien sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



IL-GUDJA – TOROQ SUĠĠERITI MILL-KUNSILL LOKALI BIEX JIĠU ASFALTATI
27379. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Gudja sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



ĦAL GĦAXAQ – TOROQ SUĠĠERITI MILL-KUNSILL LOKALI BIEX JIĠU ASFALTATI
27380. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



SANTA LUĊIJA – TOROQ SUĠĠERITI MILL-KUNSILL LOKALI BIEX JIĠU ASFALTATI
27381. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li ġew issuġġeriti jew mitluba mill-Kunsill Lokali Santa Luċija sabiex jiġu asfaltati minn Transport Malta fl-aħħar sena s’issa?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



PENSJONANTI LI KIENU QED JIRĊIEVU PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA
27389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?
18/08/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja, sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.


Pensjoni Mhux Kontributorja

Statistika sal-aħħar ta’ Awwissu 2016

Tip ta' Pensjoni

Pensjonanti

Pensjoni tal-Età (AP)

4,866

Pensjoni ta’ Di¿abilità (BLD)

297

Pensjoni ta’ Di¿abilità (HP)

2,122

Pensjoni tal-Wens (PW)

85

Pensjoni ta’ Diżabilità (SHP)

803

Total

8,173

Seduta 431

25/10/2016

IRRANĠAR TA’ TOILETS FI SKOLA
27514. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jara li jiġu rranġati t-toilets tal-iskola li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ma jaħdmux u l-bibien ma jissakrux?
27/09/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-toilets fl-iskola indikata mill-Onorevoli Interpellant kollha qed jiffunzjonaw u għandhom il-bibien jissakkru.
Seduta 431

25/10/2016



LEARNING SUPPORT ASSISTANT - KAŻ TA' PERSUNA
27516. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta' learning support assistant?
28/09/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-ġenituri ngħataw appuntament għall-istatementing għall-bidu ta’ Novembru 2016.
Seduta 431

25/10/2016



ĦAL TARXIEN - TRIQ IR-RAĦEB - ĠIEBJA
27517. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara li l-ġiebja kbira fi Triq ir-Raħeb f'Ħal Tarxien terġa' tinfetaħ?
28/09/2016

ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 431

25/10/2016



IL-GUDJA – TRIQ IL-LEWŻ - TARMAK
27518. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq il-Lewż, il-Gudja hux se tingħata t-tarmak peress li hemm biċċa li għadha ma ngħatatx?
29/09/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Seduta 431

25/10/2016



ĊITTADINANZA – KAŻ TA’ PERSUNA
27610. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-mara ilha miżżewġa għall-14-il sena, it-tfal għandhom passaport Malti imma hi qatt ma kellha risposta fuq il-każ tagħha?
04/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil Onor. Interpellanti illi d-Dipatiment tac-Cittadinanza m'ghandu l-ebda applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fuq l-isem tal-persuna li d-dettalji taghha qed jinghataw separatment mil-mistoqija parlamentari. Napprezza jekk l-Onor. Interpellant jaghmel il-verifiki tieghu ghaliex waqt li fil-mistoqsija parlamentari l-Onor Parnis jagħmel referenza għal mara miżżewġa, d-dettalji mogħtija separatment jidher prima facie li huma ta' xi hadd iehor.
Seduta 431

25/10/2016



DAR TAL-ANZJANI – KAŻ TA’ PERSUNA
27611. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat biex tidħol f’Dar tal-Anzjani?
04/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 431

25/10/2016



AUDIOLOGISTS - INGAĠĠ
27656. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid mill-audiologists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-2015 ġew ingaġġati 2 Audiologists waqt li din is-sena għad trid issir il-gradwazzjoni.
Seduta 431

25/10/2016



CHIROPRACTORS – PERSUNI LI GRADWAW
27657. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw chiropractors fl-2015 u fl-2016?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Fakulta’ tax-Xjenzi Mediċi m’għandhiex kors ta' Chiropractors.
Seduta 431

25/10/2016



CHIROPRACTORS - INGAĠĠ
27658. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid mill-chiropractors li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
05/10/2016
Yüklə 52,28 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə