Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 431 It-Tlieta, 25 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsjiet għal tweġibiet orali direttorat għat-tindif – xiri ta’ makkinarju


SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX – APPLIKAZZJONIJIET DWAR L-IŻVILUPP



Yüklə 52,28 Kb.
səhifə4/4
tarix15.08.2018
ölçüsü52,28 Kb.
#62698
1   2   3   4

SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX – APPLIKAZZJONIJIET DWAR L-IŻVILUPP
28045. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista' l-Ministrujgħid x' applikazzjonijiet saru dwar l-iżvilupp li hu ppjanat li jsir fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid jekk dawn il-permessi nħarġux?
20/10/2016
ONOR. CHRIS CARDONA: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Seduta 431

25/10/2016



GĦAWDEX – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL-LUKANDI
28046. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 26889, fejn fit-tweġiba ngħad li hemm ħames applikazzjonijiet pendenti għal lukandi ġewwa Għawdex, jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru (separatament) ta' sodod jew żieda ta' sodod, skont il-każ, f'dawn l-applikazzjonijiet - żewġ applikazzjonijiet ta' lukandi ġodda ta' żewġ stilel, applikazzjoni ta' lukanda ta’ 4 stilel, oħra għall-estensjoni ta' lukanda ta' 4 stilel, applikazzjoni ġdida għall-Guest house u oħra għall-Hostel?
20/10/2016
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor.i Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 431

25/10/2016



PERSUNI MINN GĦAWDEX MAQTUGĦA MIR-REĠISTRU TAX-XOGĦOL
28047. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu il-persuni minn Għawdex li matul is-sena 2015 u 2016 (separatament) inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol? Kemm kienu dawk li nqatgħtu għax sabu xogħol? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li nqatgħu l-oħrajn li ma sabux xogħol?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, ir-raġunijiet li għalihom persuni minn Għawdex inqatgħu mir-reġistru tax-xogħol matul is-sena 2015 u minn Jannar sa Settembru 2016, huma kif muri fit-tabella hawn taħt, kif se nsemmi:



Għawdxin li ġew maqtugħa

2015 Jannar sa Diċembru

2016 Jannar sa Settembru

Sabu impjieg

149

123

Mhux interessati li jaħdmu

1

1

Mhux eliġibbli li jirreġistraw għax-xogħol

7

23

Laħqu l-età tal-pensjoni

1

2

Ġew riferuti lid-Dipartiment tas-
Sigurtà Soċjali għax mhux tajbin għax-xogħol

6

3

Waqfu jirreġistraw mingħajr raġuni

1,324

1,002

Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li nstabu jaħdmu u jirreġistraw

1

8

Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li rrifjutaw opportunità ta' xogħol

92

43

Maqtugħa minn fuq ir-reġistru minħabba li rrifjutaw taħriġ

40

7

Kienu maqtugħa imma rebħu l-appell

27

6

Total

1,648

1,218

Seduta 431

25/10/2016
PERSUNI MINN GĦAWDEX – BORZA TA’ STUDJU
28048. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm-il borża ta' studju ngħatat lill-persuni minn Għawdex fis-sena 2014, 2015 u 2016 (separatament)? Jista’ jsemmi l-iskema li taħtha ngħataw dawn il-boroż ta' studju u kemm kien il-valur ta’ kull borza ta' studju?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li bejn l-2014 u l-2016 ingħataw 78 borża ta’ studju lill-persuni minn Għawdex għall-valur kumplessiv ta’ €1,048,548.00.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha kif mitluba, jiġifieri kemm il-borża ta’ studju ngħatat lill-persuni minn Għawdex fis-sena 2014, 2015 u 2016 (separatament) kif wkoll taħt liema skema ngħataw dawn il-boroż ta’ studju flimkien mal-valur ta’ kull borża ta’ studju.
Seduta 431

25/10/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR – MENQA - SPEZZJONI
28054. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Billi s-sajjieda li jużaw il-menqa ta' San Pawl il-Baħar huma inkwetati li l-istess menqa tista' tispiċċa bla lqugħ wara xi maltempata, għaliex qed isostnu li hemm ħsarat fuq il-ħajt li jifred il-menqa mill-baħar, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk spetturi tas-sajd għamlux xi spezzjoni fuq din l-istess menqa? Jekk le, jista' jieħu l-passi neċessarji biex din l-ispezzjoni ssir?
21/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li nkarigajt lid-Dipartiment tas-Sajd u Akwakultura sabiex dwar il-kwistjoni li qed iqajjem tikkordina ma’ Transport Malta li hija responsabbli mill-infrastruttura marittima.
Seduta 431

25/10/2016



SIĠĠIEWI – TRIQ BLAT IL-QAMAR – WIĊĊ ĠDID
28056. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid meta ser tingħata wiċċ għall-ewwel darba it-Triq Ġdida fi Triq Blat il-Qamar (uffiċjalment imsemmija bħala Triq Nikola Azzopardi) fis-Siġġiewi?
21/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-triq tinstab fuq il-lista ta’ toroq residenzjali li jridu jingħataw wiċċ asfalt għall-ewwel darba, minn Transport Malta. Ix-xogħlijiet fuq dawn it-toroq isiru skont prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Seduta 431

25/10/2016



TRANSPORT MALTA – TAXXA FUQ IT-TRAFFIKU
28061. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk Transport Malta hux qed tikkunsidra taxxa fuq it-traffiku kif ġie rrapurtat f'sezzjoni tal-istampa? Billi Plan A u Plan B kienu mħabbra mill-istess Ministru, allura din it-taxxa se tkun Plan C?
21/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li hekk kif imħabbar fid-diskors tal-budget 2017, mhu ser tiġi ntrodotta l-ebda forma ta’ taxxa fuq it-traffiku.
Seduta 431

25/10/2016



VITALS HEALTHCARE GROUP – DUE DILIGENCE
28063. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jikkonferma fir-rigward tal-Vitals Healthcare Group jekk:

a. saritx due diligence li twassal għall-identità tal-ultimate beneficial owners;

b. jekk it-tali due diligence identifikatx l-identità ta’ kull ultimate beneficial owner li għandu mill-anqas 2% tal-ishma tal-kumpannija;

c. jekk il-Gvern għandux kontroll fuq il-bejgħ ta' ishma minn ultimate beneficial owners;

d. min għamel it-tali due diligence; u

e. għal liema raġuni l-Gvern qiegħed iżomm mistura l-identità tal-ultimate beneficial owners?


21/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant li saret due diligence fuq l-identità tal-ultimate beneficial owners. Il-kuntratti li ġew imqegħda fuq il-mejda tal-Kamra jipprovdu dwar proċeduri dwar it-trasferiment tal-ishma.
Seduta 431

25/10/2016



KUNSILLI LOKALI – LIVE STREAMING TAL-LAQGĦAT
28068. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-Kunsilli Lokali li għad m’għandhomx fis-seħħ is-sistema ta’ livestreaming għal-laqgħat tal-kunsill? Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li sal-15 t’Ottubru 2016 għalkemm għandhom is-sistema ta’ live streaming iżda mhux qed jittrasmettu “LiveStreaming” tal-laqgħat tal-kunsill lokali tagħhom?
21/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li nkun nista’ npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tinġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsilli Lokali kollha.
Seduta 431

25/10/2016





Yüklə 52,28 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə