Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 22 L-erbgħa, ta' Novembru, 2015 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali lista ta’ mediċina f’ schedule V


SPTAR MONTE CARMELI – TENDERS U KUNTRATTI TA’ TINDIF



Yüklə 66,8 Kb.
səhifə4/4
tarix15.08.2018
ölçüsü66,8 Kb.
#62702
1   2   3   4
SPTAR MONTE CARMELI – TENDERS U KUNTRATTI TA’ TINDIF
20545. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Peress li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19067 mhux twieġeb għall-mistoqsijiet kollha msemmija, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tenders u l-kuntratti ta’ tindif għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jispjega għalfejn mhux qed iwieġeb din il-mistoqsija?
28/10/2015
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 17010
Seduta 322

04/11/2015



SPTAR MONTE CARMELI - ACCOUNTS
20546. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-accounts li jinkludi l-infiq u d-dħul fid-dettal għall-Isptar Monte Carmeli għas-snin 2013, 2014 u 2015?
28/10/2015

ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 322

04/11/2015



SPTAR MATER DEI - PODIATRISTS
20547. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Mater Dei? F’liema dipartimenti qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
28/10/2015
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-Isptar Mater Dei hemm 5.5 full time equivalent ta’ podjatristi. Dawn huma assenjati mas-sezzjonijiet tad-Diabetes Outpatients, Tissue Viability Unit, Rheumatoid – MOP u Orthopaedic Outpatients.
Seduta 322

04/11/2015


SPTAR TAL-ONKOLOĠIJA SIR ANTHONY MAMO - PODIATRISTS
20548. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo? F’liema dipartimenti qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
28/10/2015
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-pazjenti fl-Isptar Sir Anthony Mamo jinghataw is-servizz ta’ podjatrista mill-profesjonisti ta’ Mater Dei
Seduta 322

04/11/2015



SPTAR MONTE CARMELI - PODIATRISTS
20549. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli? F’liema dipartimenti qegħdin u x’servizz qed jagħtu?
28/10/2015
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm zewg podiatrists li qed jagħtu servizz fi ħdan l-Isptar Monte Carmeli. Dawn jagħtu servizz tal-podiatrija lill-pazjenti kollha gewwa l-Isptar, kemm dawk bi problem ta’ sahha mentali kif ukoll dawk anzjani.
Seduta 322

04/11/2015



PBS – NEFQA TAS-SUSSIDJI
20632. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-audit professjonali ta’ kif intuża l-fond allokat mill-Gvern lill-PBS għall-Public Service Obligation mill-2013 ‘l hawn,jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena?
29/10/2015
ONOR. OWEN BONNICI: L-audit għas sena Ottubru 2013-Settembru 2014 ser jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif jitlesta. Dan għandu jkun iffinalizzat fl-aħħar ta’ Novembru.
Seduta 322

04/11/2015



PBS – NEFQA TAS-SUSSIDJI
20633. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20040, jista’ l-Ministru jikkonferma li mill-2013 ‘l hawn ma sarux audit professjonali dwar kif intuża l-fond allokat mill-Gvern lill-PBS, għall-Public Service Obligation? Jekk diġà sar xi rapport, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
29/10/2015
ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 20040.
Seduta 322

04/11/2015




PBS – PAGI
20634. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jikkonferma jew jiċħad li l-PBS kellu nuqqas ta’ fondi biex joħroġ il-pagi ta’ Novembru? Jista’ jgħid jekk hux minnu li l-Gvern kellu jalloka fondi addizzjonali biex il-ħaddiema ma jibqgħux bla pagi? Jista’ jikkonferma li l-fondi addizzjonali li ħareġ il-Gvern kienu ta’ nofs miljun Ewro? X’wassal biex il-PBS ma kellux fondi għall-pagi?
29/10/2015
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-PBS dejjem kellha fondi għall-pagi, inkluż dawk ta’ Novembru 2015.

Il-Gvern qatt ma alloka fondi addizjonali biex jinħargu il-pagi tal-ħaddiema, inkluż ta’ Novembru 2015.


Seduta 322

04/11/2015



ĊITTADINI RUSSI - VISAS
20636. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Russi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
29/10/2015

ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi in-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Russi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:


Sena

Numru







2011

18,315

2012

22,877

2013

23,755

2014

16,658

2015

9,298

Seduta 322

04/11/2015

ĊITTADINI ĊINIŻI - VISAS
20637. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu visas lil-ċittadini Ċiniżi fis-sena, sena b’sena fl-2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta’ Jannar 2015 sat-30 ta’ Settembru 2015?
29/10/2015
ONOR. GEORGE VELLA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' viżi maħruġa lil ċittadini Ċiniżi fis-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u mill-1 ta' Jannar sat-30 ta' Settembru 2015 huwa kif muri hawn taħt:


Sena

Numru







2011

1186

2012

1542

2013

1570

2014

2655

2015

3381

Seduta 322

04/11/2015

SAN ĠWANN – TRIQ BIRKIRKARA – KOSTRUZZJONI, TQEGĦID TA’ SERVIZZI U ASFALTAR
20652. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinbeda u jintemm il-kostruzzjoni mill-ġdid ta’ Triq Birkirkara f’San Ġwann inkluż it-tqegħid ta’ servizzi u asfaltar mill-ġdid u dan peress li din it-triq se tkun waħda mir-rotot ta’ devjazzjoni prinċipali meta jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Kappara Junction?
30/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19687.
Seduta 322

04/11/2015



TRANSPORT MALTA – PASSI RIGWARD ITTRI U EMAILS
20653. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid għaliex Transport Malta ma ħadet l-ebda passi dwar ittra datata 23 ta’ Ottubru 2014 iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann fejn intalab parir dwar periklu fi Triq il-Malvizz, il-Kappara (San Ġwann)? Jista’ jgħid għalfejn ma ħadet l-ebda passi wkoll dwar email iffirmata mis-Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 16 ta’ April 2015 dwar busstop li tneħħiet minn Triq Mikiel Anton Vassalli (Reġjonali) ħdejn l-entratura tal-Kunvent tal-Klarissi parallel ma’ Triq l-Ambaxxati u dwar email iffirmata mis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann datata 19 ta’ Mejju 2015 dwar talba biex issir site visit bil-possibilità ta’ modifika fi traffic island fi Triq Birkirkara, Kappara (San Ġwann)?
30/10/2015
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta diġa ħadet passi biex jitneħħa l-periklu fi Triq il-Malvizz. Rigward il-bus stop ġewwa Triq Mikiel Anton Vassalli ninsab infurmat li l-Awtorita’ qed tikkunsidra din il-proposta fl-isfond tal-proġett tal-junction tal-Kappara.
Għal dak li jirrigwarda t-traffic island fi Triq Birkirkara, San Ġwann, ninsab infurmat li Transport Malta diġa għamlet site visit fuq il-post fejn ġie nnutat li l-kunsill kien implimenta parti minn din it-triq bħala one way mingħajr l-approvazzjoni tal-Awtorita’, fejn tali miżura kkreat safety hazard. Ta’ min iżid ukoll li l-Awtorita’ ma rċeviet l-ebda pjanta li turi l-proposta tal-emenda tas-central strip li qed jitlob il-kunsill.
Seduta 322

04/11/2015



MEPA – SAN ĠWANN - TRIQ BIRKIRKARA - PLOT
20654. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi se tieħu l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) biex tassigura li l-iżviluppatur ta’ plot bil-permess tal-MEPA (PA number qed jingħata separatament) fi Triq Birkirkara, kantuniera ma’ Triq il-Gallina fil-Kappara (San Ġwann) jerġa’ jpoġġi lura f’postu l-arblu fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires li kien qala’ u rema fil-plot bil-konsegwenza li l-wires tpoġġew iserrħu fuq il-boundary wall? Jista’ jgħid x’passi se tieħu l-MEPA mal-istess żviluppatur tal-istess plot li ħareġ parti mill-boundary wall madwar żewġ metri ‘l barra fi Triq Birkirkara b’konsegwenza li l-busstop tpoġġiet wara l-boundary wall?
30/10/2015
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont informazzjoni mogħtija mill-MEPA, l-iskavar li sar sa issa huwa kopert bil-permess imsemmi. Rigward il-kwistjoni sabiex jitpoġġa lura l-arblu, fi Triq Birkirkara li miegħu kien hemm imwaħħlin wires, din mhix fil-kompetenza tal-MEPA izda tal-entita` jew kumpanija li hija s-sid tal-wires. Peress illi dan huwa sit ta' kostruzzjoni, l-imsemmi boundary wall huwa hoarding biex joffri sigurta` fuq il-post. Din il-kwistjoni hija regolata mil-Building Regulation Office u mhux mil-MEPA.
Seduta 322

04/11/2015



TRANSPORT MALTA – CAR PARKING POLICY
20655. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid meta se titħabbar il-Car Parking Policy ġdida li fis-26 ta’ Novembru 2014, Transport Malta kienet infurmat lil wieħed mill-Kunsilli Lokali li l-Ministru kellu jħabbarha - in the coming weeks wara li dan il-Kunsill f’isem il-Kumitat Amministrattiv li jaqa’ taħtu kien talab għal Residential Parking Scheme għal tliet toroq?
30/10/2015

ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari 19627 u 17838.
Seduta 322

04/11/2015



SAN ĠWANN – TRIQ WIED GĦOLLIEQA – LUKANDA - SKART
20656. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kif se jassigura li lukanda fi Triq Wied Għollieqa fil-Kappara (San Ġwann) ma tħallix il-garbage bags tagħha barra t-triq minflok tpoġġihom f’kamra li għandha apposta bħalma jiġri ta’ spiss sakemm dawn jinġabru mill-kollettur privat tal-lukanda?
30/10/2015
ONOR. LEO BRINCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 322

04/11/2015



IL-KAPPARA – KUNSILL AMMINISTRATTIV - NEFQA
20657. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus mill-Kunsill Amministrattiv fil-Kappara bejn Jannar 2015 u Settembru 2015 mill-allokazzjoni mogħtija lilhom u fiex sar l-infieq?
30/10/2015
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann li l-infiq mill-Kumitat Amministrattiv tal-Kappara minn Jannar 2015 sa Settembru 2015 hu kif ġej:

Infieq fuq:



Ġonna u Soft Areas

4,180.00

Immaniġġjar tal-Iskart

48,597.00

Nefqa tal-Amministrazzjoni

20,727.00

Tipping fees

15,817.50

Knis

12,709.00

Repair + upkeep

13,427.91

Miscellaneous

402.82

Seduta 322



04/11/2015



Yüklə 66,8 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə