Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 430 It-Tnejn, 24 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali kunsilli lokali – GĦajnuna għal ħasil ta’ toroq u promenades fis-sajf


MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA –KUMMISSARJU GĦALL-INFORMAZZJONI U L-PROTEZZJONI TAD-DATA - TALBIET



Yüklə 61,38 Kb.
səhifə3/4
tarix15.08.2018
ölçüsü61,38 Kb.
#62700
1   2   3   4

Seduta 430

24/10/2016
MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA –KUMMISSARJU GĦALL-INFORMAZZJONI U L-PROTEZZJONI TAD-DATA - TALBIET
27279. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjonitad-Data mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, tal-korporazzjonijiet u tad-dekasteru kollu li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?
05/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 saret talba waħda lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data.
Seduta 430

24/10/2016



WIED IL-GĦAJN – ŻONA MSEJJĦA “MAGĦLUQ” – PASSI U INIZJATTIVI
27280. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’inizjattivi se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta hekk imsejjaħ ”Magħluq”?
05/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Fil-Magħluq ta’ Marsaskala diġà ttieħdu numru ta’ inizjattivi sabiex dan is-sit ikun imħares u mmaniġġjat aħjar, liema miżuri li ser ikomplu jiġu attwati minn diversi entitajiet kemm f’dan il-Ministeru kif ukoll f’Ministeri oħra. Fost l-inizzjattivi hemm xogħol immirat biex titjieb il-kwalità tal-ilma u t-tneħħija ta’ speċi li mhumiex naturalment tal-post, il-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post billi jitneħħa, b’mod regolari, skart mormi minn membri tal-pubbliku u/jew li jinġabar fis-sit b’ mod naturali. Sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni mal-fence li f’partijiet ġiet magħmula mill-ġdid. Dawn il-miżuri jagħmlu wkoll parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.
Seduta 430

24/10/2016



WIED IL-GĦAJN – PARK NAZZJONALI - INIZJATTIVI
27281. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u inizjattivi oħra se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta mal-Park Nazzjonali li hemm? Jista’ jindika wkoll kemm spejjeż huma proġettati li jiġu minfuqa?
05/08/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lil Onor Interpellant li f’Wied il-Għajn hemm il-Park tal-Familja li jinsab ħdejn l-impjant tal-WasteServ li huwa miftuħ għall-pubbliku filwaqt li fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Wied il-Għajn bejn il-Ponta taż-Żonqor u Ta’ Barkat, hemm pjanijiet biex jinbeda l-Park tal-Inwadar.

Fil-Park tal-Familja, din is-sena sena infetħu numru ta' toilets ġodda kompluti b'faċilitajiet għall-ġenituri bit-trabi; inksiet medda oħra ta' art bit-turf artifiċjali fejn jilagħbu t-tfal u nħarget offerta ġdida biex tinkesa l-aħħar biċċa art biex b'hekk kull parti ddedikata għall-logħob tat-tfal tkun miksija. Huwa pproġettat ukoll li jitwaħħlu sistemi ta’ CCTV cameras u ta' tabelli ta' direzzjoni ġodda li huma reżistenti għall-vandaliżmu.

Huwa pproġettat li tiġi minfuqa s-somma ta’ €180,000 għall-ispejjeż kollha fuq dan il-park fis-sena rikurrenti.

Għar-rigward tal-Park tal-Inwadar qed jiġi abbozzat Avviż Legali biex jitwaqqaf bord tat-tmexxija u jiġi stabilit b’ mod legali l-konfini kollha tal-park. Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex jinħarġu sejħiet għal pożizzjoni ta’ ufficjali biex jibdew jikkordinaw l-entitajiet involuti fl-immaniġjar ta’ dan is-sit.


Seduta 430

24/10/2016



ANGER MANAGEMENT - PROGRAMM
27324. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bbenefikat mill-programm tal-Anger Management offrut mit-Taqsima tal-Psikoloġija ġewwa d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn meta ġie mniedi dan il-programm?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infrurmat li sa minn meta ġie mniedi l-programm tal-Anger Management offrut mid-Dipartment tal-Probation u Parole;
Ġew referuti speċifikament għall-Anger Management programm: 62 offenders

Ikkompletaw il-programm: 34 offenders

Għadhom qed jingħataw trattament għall-problema ta’ rabja: 23 offenders

Ma terminawx it-trattament: 5 offenders


Seduta 430

24/10/2016



QRATI TA’ MALTA U GĦAWDEX – RAPPORTI QABEL SENTENZA
27325. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw rapporti ta’ qabel is-sentenza jiġifieri SIR/PSR/VR mill-Qrati ta’ Malta u dawk ta’ Għawdex minn Jannar 2016 sad-data li qed tiġi mwieġba din id-domanda?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 sal-lum, mill-Qrati ta’ Malta u Għawdex ħarġu:
VR – 16

SIR – 66


PSR - 63
Seduta 430

24/10/2016



TAQSIMA TAL-PAROLE
27326. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jiġu segwiti mit-Taqsima tal-Parole fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole hemm 32 persuna li qegħdin jiġu segwiti waqt li qed jinkiteb rapport ta’ qabel ir-rilaxx u 32 persuna li ingħataw il-Liċenza tal-Parole.
Seduta 430

24/10/2016




DPP - MINURI
27327. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18-il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP)?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ minuri bejn l-14 u t-18 –il sena li qed jiġu segwiti mid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa ta’ 98 li minnhom 27 huma ta’ sess femminili.
Seduta 430

24/10/2016



DPP – SENTENZI BBAŻATI FIL-KOMUNITÀ
27328. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) qed isegwi persuni li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità? Kemm hu n-numru ta’ rġiel u n-numru ta’ nisa?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u l-Parole qed isegwi 861 persuna li ngħataw sentenza bbażati fil-komunità. 153 minn dawn huma nisa.
Seduta 430

24/10/2016



DPP – RAPPORT MIT-TAQSIMA TAL-VITTMI
27329. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole (DPP) minn Jannar 2016?
12/08/2016
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar 2016 saru 96 rapport mit-Taqsima tal-Vittmi fi ħdan id-Dipartiment tal-Probation u l-Parole.
Seduta 430

24/10/2016



SANTA LUĊIJA – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27370. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Santa Luċija li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li kwalunkwe xogħlijiet isiru skont il-prioritajiet, fondi pubbliċi u l-proċess tal-akwist.
Seduta 430

24/10/2016


IL-ĦAMRUN – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27371. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fil-Ħamrun li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 430

24/10/2016



L-IMQABBA – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27372. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fl-Imqabba li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 430

24/10/2016



IŻ-ŻURRIEQ – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27373. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq fiż-Żurrieq li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 430

24/10/2016



ĦAL SAFI – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27374. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Ħal Safi li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 430

24/10/2016



TAS-SLIEMA – TOROQ LI SE JIĠU ASFALTATI MINN TRANSPORT MALTA
27375. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq f’Tas-Sliema li se jiġu asfaltati minn Transport Malta fit-12-il xahar li ġejjin?
16/08/2016
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 27370.
Seduta 430

24/10/2016



SCHEDULE V – OSBONELLE 150MG U OSTRONG CALCIUM VITAMIN D3
27500. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-pilloli Osbonelle 150mg u OStrong Calcium Vitamin D3 jidħlu fis-Schedule V?
26/09/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-gvern qiegħed fil-proċess illi jirrevedi l-mediċini disponibbli mill-formularju tal-gvern.
Seduta 430

24/10/2016



IRRANĠAR TA’ SAQAF – KAŻ TA’ INDIVIDWU
27501. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward irranġar ta’ saqaf peress li beda dieħel l-ilma?
26/09/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 430

24/10/2016



STALLAZZJONI TA’ LIFT
27502. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx applikazzjoni għal stallazzjoni ta’ lift fil-blokk li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Jekk hemm applikazzjoni jista’ jgħid fiex waslet u meta se jinbeda x-xogħol?
26/09/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, sad-data li fiha qed titwieġeb din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Awtorita' tad-Djar ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għall-installar ta' lif fil-blokka li għalih qed issir referenza fil-Mistoqsija Parlamentari.
Seduta 430

24/10/2016




DENTAL – KAŻ TA’ INDIVIDWU
27511. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta’ op dental?
27/09/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-każ ġie segwit.
Seduta 430

24/10/2016



TALBA GĦAL DĦUL F’HOME – KAŻ TA’ ANZJANA
27512. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li talbet biex tidħol f’home?
27/09/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 430

24/10/2016



HOME – KAŻ TA’ ANZJANA
27513. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward anzjana li qiegħda f’home privata?
27/09/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 430

24/10/2016



GARAXX TAL-AMBULANZI – INVESTIGAZZJONIJIET FUQ KONSUM TA’ FUEL
27650. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx rapporti u/jew investigazzjonijiet fuq konsum ta' fuel mill-Garaxx tal-Ambulanzi?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema garaxx tal-ambulanzi qegħda tirreferi.
Seduta 430

24/10/2016




GARAXX TAL-AMBULANZI - TMEXXIJA
27651. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħarġitx sejħa pubblika biex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jieħu t-tmexxija tal-Garaxx tal-Ambulanzi? Jista' jgħid xi kwalifiki għandu l-individwu biex jieħu din il-pożizzjoni? X'paga u allowances għandu? Il-kariga hija b’kuntratt (u għal kemm żmien) jew indefinita?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija minnha ilha mpjegata mal-gvern għal dawn l-aħħar 16 il-sena.
Seduta 430

24/10/2016



PARAMEDIC AIDS – EŻAMIJIET - INGAĠĠ
27652. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid, wara li sar l-eżami tal-paramedic aids fl-2015 u ħareġ ir-riżultat, kemm minn dawk li għamlu l-eżami ġew impjegati u meta ġew impjegati? Jista’ jikkonferma li r-riżultat li ġie ppubblikat inbidel, għaliex fil-fatt kien hemm min għamel l-eżami meta ma kellux il-kwalifiki meħtieġa biex jagħmel dan l-istess eżami?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġew ingaġġati total ta’ 11 l-Paramedic Aide matul din is-sena. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi l-kumplament tal-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 430

24/10/2016



ACUPUNCTURISTS – PERSUNI LI GRADWAW
27653. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw acupuncturists fl-2015 u fl-2016?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 430

24/10/2016



ACUPUNCTURISTS - INGAĠĠ
27654. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid mill-acupuncturists li gradwaw fl-2015 u fl-2016, kemm ġew impjegati jew se jiġu mpjegati mal-Gvern?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-acupuncturists ma jiġux mpjegati direttament mad-Dipartiment tas-Saħħa.
Seduta 430

24/10/2016


AUDIOLOGISTS – PERSUNI LI GRADWAW
27655. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw audiologists fl-2015 u fl-2016?
05/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 430

24/10/2016



DIĠITAZZJONI TAL-KOLLEZZJONI NAZZJONALI - PROĊESS
27824. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tad-Diġitazzjoni tal-Kollezzjoni Nazzjonali? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li Heritage Malta żżid ir-riżorsi fuq dan il-proġett?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-proċess ta’ diġitazzjoni huwa wieħed kontinwu u miexi b’mod sodisfaċenti. Rigward ir-riżorsi, dan l-aħħar Heritage Malta żiedet impjegat li jiffoka wkoll fuq dan l-aspett.
Seduta 430

24/10/2016



HERITAGE MALTA - PITTURA TA’ ĠUŻEPPI CALI – IL-MEWT TA’ DRAGUT
27825. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Fl-okkażżjoni tal-150 sena anniversarju tal-pittura tant famuża ta' Ġużeppi Cali, “Il-Mewt ta' Dragut”, jista’ l-Ministru jgħid x'programm ta' attivitajiet ser torganizza Heritage Malta sabiex tiċċelebra dan l-avveniment? Jista’ jgħid kemm-il fondi ġew allokkati għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li m'hemm l-ebda ħsieb partikolari sabiex jiġi mmarkat dan l-anniversarju tal-pittura msemmija. Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti jinsab magħluq, u l-forzi kollha huma kkonċentrati fuq il-proġett MUZA, inkluż il-konservazzjoni tal-oġġetti.
Seduta 430

24/10/2016



HERITAGE MALTA – ĦADDIEMA LI JATTENDU KONFERENZI U ESEBIZZJONIJIET BARRA MINN MALTA
27826. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'qed tagħmel Heritage Malta sabiex tinkoraġġixxi lill-ħaddiema tagħha sabiex jattendu konferenzi u esebizzjonijiet barra minn Malta? Jista’ jgħid kemm-il ħaddiem u min kienu l-ħaddiema li attendew xi konferenza jew esebizzjoni barra minn xtutna minn Marzu 2013 s’issa?
07/10/2016


ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s-safar jigi regolat skond il-bzonnijiet u l-obbligi tal-agenzija. Qed inpoggi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawk li siefru minn Marzu 2013 sa issa sabiex jattendu wirjiet, konferenzi jew b’rabta ma’ progetti partikolari.
Seduta 430

24/10/2016



HERITAGE MALTA – SWALI TA’ SANT’ANĠLU – UNITS TAL-ARJA KUNDIZZJONATA
27827. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Heritage Malta għandhiex ħsieb iżżid il-units tal-arja kkundizzjonata fis-swali ġewwa Sant’Anġlu? Jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li tiġi installata sistema ta' arja kkundizjonata ġewwa l-Mużew tal-Arkeoloġija ġewwa l-Belt?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li s-swali ta’ Sant Anglu diga huma mghammra b’sistema ta’ arja kkundizzjonata. Madanakollu qed issir verifika dwar jekk hemmx htiega li din tigi mmodifikata jew mizjuda. Rigward il-Muzew tal-Arkeologija, diga gew stallati ghadd ta’ kundizzjonaturi s-sena li ghaddiet. Ohrajn jigu stallati skond il-bzonn fiz-zmien li gej.
Seduta 430

24/10/2016



HERITAGE MALTA – FORUM NAZZJONALI FUQ L-ARKIVJI
27828. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x'se jkun il-kontribut ta' Heritage Malta fir-rigward tal-forum nazzjonali fuq l-arkivji li se jsir f'Ottubru li ġej?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Arkivji Nazzjonali u Heritage Malta huma zewg entitajiet kompletament differenti, li madanakollu jikkooperaw flimkien kull fejn jistghu. Heritage Malta ospitat il-forum imsemmi u ffacilitat kemm setghet fl-organizzazzjoni tieghu.

Seduta 430

24/10/2016

HERITAGE MALTA – GRAD TA’ CONSERVATOR
27829. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il impjegat Heritage Malta kellha fil-grad ta' Conservator f'Marzu 2013 u kemm hemm Conservators issa? Jista’ jgħid taħt liema speċjalizzazzjoni jaqgħu?
07/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li fl-2013 b’kollox kien hemm 15-il conservator impjegati ma’ Heritage Malta (1 senior conservator, 3 principal conservators, 4 objects conservators, 3 painting conservators, 2 paper conservators, 1 textile conservator u 1 wood conservator), filwaqt li din is-sena hemm 14 (1 senior conservator, 2 principal conservators, 4 objects conservators, 3 painting conservators, 2 paper conservators, 1 textile conservator u 1 wood conservator).
Seduta 430

24/10/2016


GOZO CHANNEL U TERMINAL TAĊ-ĊIRKEWWA – AUTOMATED EXTERNAL DEFIBRILLATOR
27858. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq it-tliet vapuri tal-Gozo Channel u fit-Terminal taċ-Ċirkewwa u dak tal-Imġarr hemmx Automated External Defibrillator? Jekk iva, f'kull każ f’liema data twaħħlu? Issir manutenzjoni regolari fuq dawn l-AED's? Hemm ħaddiema tal-Gozo Channel li huma mħarrġa biex jużawhom? Jekk iva kemm hemm u huwa żgurat li jkun hemm dejjem ħaddiem imħarreġ kif jużahom fuq kull vapur f'kull shift kif ukoll fit-terminals?
10/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gozo Channel tikkonferma li t-tlett vapuri kif ukoll iż-żewġ terminals li t’opera huma attrezzati b’ automated external defibrillators (AEDs). Dawn ġew installati fis-sajf tal-2012 u ssir manutenzjoni regolari mid-distributur lokali. Saru korsijiet apposta lil diversi impjegati, kemm fl-użu tal-AEDs kif ukoll f’RESUS u l-kumpanija se tkompli tħarreġ aktar ħaddiema fl-użu tal-AEDs. Bħala numru ta’ ħaddiema mħarġa biex jużaw l-AEDs, attwalment il-kumpanija għandha 18-il ħaddiem u dawn ikopru x-xiftijiet kemm fuq il-vapuri kif ukoll l-art. Barra min hekk l-AEDs huma nstallati f’postijiet pubbliċi biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd f’każijiet t’emerġenza.
Seduta 430

24/10/2016



GĦAWDEX – RABAT – BINI TA’ SKOLA PRIMARJA
27859. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk id-deċiżjoni tal-Ministeru tiegħu li tinbena skola primarja ġdida ħdejn il-ground tal-football u l-playing field tar-Rabat, Għawdex għadhiex fis-seħħ? Jekk iva fiex wasal il-proċess biex tinbena din l-iskola l-ġdida? Meta hu mistenni li titlesta? Kemm spazju mill-playing field ser jittieħed għal din l-iskola primarja ġdida?
10/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li d-deċiżjoni li tinbena skola primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, għadha fis-seħħ. Il-proċess jinsab fi stadju ta' konsultazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar qabel isiru l-applikazzjonijiet formali. L-iskola titlesta fi żmien 12-il xahar mill-ħruġ tal-permess tal-bini. Rigward l-aħħar parti tal-mistoqsija, infurmat li għaddejjin konsultazzjonijiet mal-Awtorità tal-Ippjanar u għaldaqstant dak mitlub fiha jkun determinat kif jintemmu dawn il-konsultazzjonijiet.
Seduta 430

24/10/2016



MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – OĠĠETTI TAL-ARTI MIXTRIJA MILL-VOT 5824
27862. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid x'oġġetti tal-arti nxtraw matul is-sena 2016 mill-vot numru 5824 taħt il-vot tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull biċċa arti li nxtrat, kemm swiet u min hu l-artist? Jista' jgħid fejn qed jinżammu dawn il-biċċiet tal-arti li nxtraw?
10/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 430

24/10/2016



GĦAWDEX - BACK OFFICE TAĊ-ĊIVIL
27863. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista' l-Ministru jgħid liema back office taċ-Ċivil ġdid inġab f'Għawdex matul is-sena 2016? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dan ix-xogħol ġdid ta' back office f'Għawdex u minn fejn qed joperaw? Kemm minn dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu f'Malta sa meta nġab dan ix-xogħol f'Għawdex u issa per konsegwenza ta' dan ix-xogħol, bdew jaħdmu f'Għawdex? X’inhu l-grad ta' dawn il-ħaddiema? Minn fejn qed isir dan ix-xogħol ta' back office ġdid f'Għawdex?
10/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li nġab grupp ta’ ħaddiema tad-dwana. Dawn ġew stazzjonati fl-uffiċji taż-Żewwieqa. Qegħdin ukoll nahdmu biex nallokaw spazju biex inkunu nistgħu ntellgħu aktar Pulizija lejn Għawdex.
Seduta 430

24/10/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR – SPEED CAMERA - ĊITAZZJONIJIET
27866. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta’ ċitazzjonijiet li nħarġu mill-ispeed camera fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, xahar b’xahar, matul din is-sena? Kemm minn dawn iċ-ċitazzjonijiet kienu għall-sewwieqa ta’ muturi?
10/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 430

24/10/2016



TRANSPORT MALTA - SOUND BARRIERS
27872. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta qattx għamlet studji dwar il-possibilità li jitqiegħdu sound barriers matul it-toroq tagħna, partikolarment bypasses? Jekk iva, fejn ġie identifikat? Meta saru l-istudji kkonċernati? Jista' jgħid, speċifikament għal bypass ta' San Pawl il-Baħar jieħu l-passi neċessarji biex tali studju jiġi kkummissjonat?
10/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninsab infurmat illi tali studji saru fid-detall fl-inħawi tal-Kappara Junction u l-inħawi ta’ bejn il-mini ta’ Sta.Venera u r-roundabout li tagħti għal Triq Salvu Psaila, Sta. Venera. Fiż-żewġ każijiet, ġie identifikat li sound barriers jkunu effettivi biex innaqqsu il-ħsejjes tat-traffiku. S’issa ma sarux studji dettaljati għall-bypass ta’ San Pawl. Dawn it-tip ta’ studji, u eventwalment proġetti, jiddependu mill-prioritajiet u l-fondi disponibbli speċjalment minħabba l-ispejjeż kapitali konsiderevoli li jinvolvu.
Seduta 430

24/10/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR – ŻIEDA JEW BDIL TA’ MAINS TAD-DRENAĠĠ
27879. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Water Services Corporation talbitx xi permessi minħabba xogħol li hu indikat li ser isir f'diversi toroq f'San Pawl il-Baħar, b'rabta ma’ bdil, jew żieda ta' mains tad-drenaġġ? Jekk iva, f'liema nħawi ntalbu l-permessi u liema minnhom ġew approvati? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dawn ix-xogħlijiet ma jħarbtux it-toroq kollha li ser isir ix-xogħol fihom, u jiġi assigurat li jingħata wiċċ ġdid (il-wisa’ tat-triq kollha) fejn tali xogħol ser ikun qed iseħħ?
11/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninsab infurmat li kien hemm erba’ applikazzjonijiet min-naħa tal-Korporazzjoni tal-Ilma biex isir xi xogħol relatat ma’ bdil, jew żieda fis-sistema tad-drenaġġ, li minnhom inħarġu tnejn. Dawn iż-żewġ permessi jinstabu fiż-żona tal-Erba’ Mwieżeb, eżattament f’dawn it-toroq li ġejjin; Triq Ġulju, Triq Erba’ Mwieżeb, Triq il-Mosta.
Dawn it-trinek jiġu asfaltati skont il-kundizzjonijiet maħruġa mill-perit tar-reġjun kif huma mniżżla fil-permessi. Il-Kunsill Lokali m’għamilx talba f’dawn il-permessi, fiż-żmien tal-konsultazzjoni, biex it-toroq jiġu mogħtija wiċċ ġdid.
Seduta 430

24/10/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR – XOGĦLJIET MILL-KUMPANIJA GO
27880. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħlijiet li ser isiru mill-kumpanija GO fl-inħawi kollha ta' San Pawl il-Baħar, intalbu permessi għalihom minn Transport Malta? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex fejn dan ix-xogħol hu meħtieġ li jsir, fil-fatt jiġi assigurat li ma jħallix ħerba wara li jkun lest l-istess xogħol, kif ukoll jiġi assigurat li hekk kif ix-xogħol meħtieġ isir, jittieħdu wkoll passi biex fil-fatt, issir il-manutenzjoni neċessarja lit-toroq u lill-bankini li jkunu affettwati?
11/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm żewġ talbiet mill-kumpanija Go fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn il-permessi jiġu spezzjonati regolarment minn uffiċjali ta’ Transport Malta biex jiġi assigurat li t-toroq u l-bankini jitreġġgħu lura kif kienu qabel, ma jitħalliex periklu fit-toroq waqt li jkun għaddej ix-xogħol, kif ukoll li jitneħħa mit-triq kull materjal li seta’ nqala’ minħabba dan ix-xogħol.
Seduta 430

24/10/2016



MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – DIRECT ORDERS
27918. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 21836 u jagħti lista ta’ kull direct order, kienet ta’ liema valur kienet, li ta kull dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, matul is-sena 2015? Jista’ jgħid f’kull każ x’inxtara jew x’servizz ingħata, kif ukoll il-valur u min ġie mħallas?
13/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’xi f’seduta oħra.
Seduta 430

24/10/2016



GOZO CHANNEL – PERSUNI LI GĦANDHOM PRIORITY PASS U FREE TRAVEL PASS
27919. L-ONOR. CHRIS SAID staqsa lill- Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid min huma dawk il-persuni li għandhom priority pass u/jew free travel pass biex jitilgħu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Jista’ jgħid x’inhu l-kriterju li jintuża mill-kumpanija biex tagħti dan il-priority pass u/jew free travel pass lil dawn il-persuni? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dawn il-kriterji fuq il-Mejda tal-Kamra? Id-deċiżjoni jekk jinħarġux dawn il-passes jew le, min jeħodha l-Ministru għal Għawdex jew il-Bord tal-Gozo Channel?
13/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għar-risposta li tajt għal Mistoqsija Parlamentari numru 22095.
Seduta 430

24/10/2016



AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – KAŻ TA’ PERSUNA
27949. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
17/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 430

24/10/2016



AKKOMODAZZJONI SOĊJALI – KAŻ TA’ PERSUNA
27950. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija persuna b’diżabilità li sfortunatament ilha tistenna akkomodazzjoni soċjali għal dawn l-aħħar erba’ snin?
17/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-każ imsemmi minnu qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 430

24/10/2016



INSTITUTE OF EDUCATION - ĦADDIEMA
27957. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27504, jista’ l-Ministru jgħid fejn kienet taħdem kull persuna qabel ma ġiet impjegata mal-Institute of Education li ġiet detailed jew inħatret fuq bażi ta' persuna ta' fiduċja jew b'kuntratt ta' servizz?
17/10/2016

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li t-tagħrif dwar fejn kienu jaħdmu l-persuni msemmija fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 27504 qabel ma ġew impjegati mal-Institute of Education, huwa kif se nsemmi:
CEO - persuna ta’ fiduċja – Sezzjoni tal-Assessjar, DQSE
Uffiċjal Edukattiv – detailed – Sezzjoni tat-Taħriġ tal-Għalliema, DQSE

Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE

Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE

Kap tad-Dipartiment (HoD) Primarja (Assessjar) – detailed - DQSE

Assistant Principal – detailed – Sezzjoni tat-Taħriġ tal-Għalliema, DQSE

Segretarja - direct appointment b’kuntratt ta’ servizz - mhux f’impjieg

Uffiċjal Żvilupp, Implimentazzjoni u Riċerka ta’ Programmi - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz – Dipartiment tal-iScholarships fi ħdan il-MEDE

Uffiċjal Amministrattiv u Finanzjarju - persuna ta’ fiduċja b’kuntratt ta’ servizz - EUPA

Espert fl-IT - kuntratt għal servizz -MEDE
Seduta 430

24/10/2016



DIRETTORAT TAL-EDUKAZZJONI – ACTING HEAD – ACCREDITATION UNIT
27958. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlet l-Acting Head li bħalissa qiegħda tmexxi l-Accreditation Unit fi ħdan id-Direttorat tal-Edukazzjoni? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-CV u l-informazzjoni dwar l-esperjenza li għandha u li kellha fil-passat fis-settur edukattiv din il-persuna?
17/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Accreditation Unit evolva mill-Education Regulatory Compliance Section fi ħdan id-Dipartiment tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità, hekk kif kompla jamplifika ruħu x-xogħol marbut mal-Akkreditar ta’ individwi, istituzzjonijiet u programmi.
Il-persuna li dwarha qed issir il-mistoqsija għandha kuntratt li permezz tiegħu setgħet tibda tagħti servizz lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol f’xogħol marbut ma’ akkreditar fid-Dipartiment tal-Lifelong Learning fejn kompliet issaħħaħ l-esperjenza li ġa kienet bdiet tikseb fil-qasam matul is-snin. Hekk kif inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf l-Accreditation Unit, din il-persuna li diġà kienet qed tokkupa grad ta’ responsabbiltà fi ħdan il-MEDE, intalbet biex isservi ta’ delegat għad-Direttur Ġenerali għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni fuq dan il-qasam.
Dispost li ngħaddi s-CV ta' din il-persuna lill-Onor. Interpellant b'mod kunfidenzjali.
Seduta 430

24/10/2016



GĦAWDEX – SIXTH FORM – ESTENSJONI
27959. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27713, jista’ l-Ministru jgħid x’jismu l-perit li ċċertifika li "the property is structurally safe for its users according to the present intended use."?
17/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li ċ-ċertifikazzjoni saret mill-Perit li ismu qiegħed jingħata lill-Onor. Interpellant separatament.
Seduta 430

24/10/2016


FOUNDATION FOR TOMORROW SCHOOLS – REKLAM
27972. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-reklam bil-kulur fuq erba' paġni maħruġ mill-Foundation For Tomorrow Schools u li tqassam mal-gazzetta The Sunday Times of Malta tal-Ħadd 16 ta' Ottubru 2016? Jista’ jgħid min kien responsabbli mill-artwork ta' dan ir-reklam u kemm ġie jiswa l-istess artwork?
18/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-ispiża tad-disinn ta' wraparound ammontat għal €265.50. Il-kumpanija li għamlet ix-xogħol tad-disinn hija Keen Advertising Ltd. L-ispiża għall-istampar, infilsar u ċirkulazzjoni ta' wraparound mas-suppliment 'Classified' ta' The Sunday Times tas-16 ta' Ottubru, 2016, ammontat għal €6,490.
Seduta 430

24/10/2016



UFFIĊĊJI TAL-FURJANA – BINI TAD-DIRETTORATI - XOGĦOL TA’ MANUTENZJONI
27973. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan li jsir xogħol ta' manutenzjoni fil-bini tad-Direttorati li jinsab fit-tielet sular tal-uffiċċji fil-Floriana? Jekk dan ix-xogħol se jsir, jista’ jgħid meta hu previst li jibda dan ix-xogħol?
18/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li wara li sar xogħol estensiv fl-ewwel sular bejn l-2013-14 u fit-tieni sular tad-Direttorati għall-Edukazzjoni u x-Xogħol matul din is-sena, huwa previst li xogħol ta’ manutenzjoni fit-tielet sular tad-Direttorati jibda s-sena d-dieħla.
Seduta 430

24/10/2016



SIDIEN LI INVESTEW F'SISTEMI TA' PANNELLI FOTOVOLTAJĊI
27974. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhuma l-alternattivi għas-sidien li nvestew f'sistema ta' pannelli fotovoltajċi li bbenefikaw minn fondi Ewropej u spiċċaw ma jistgħux jgawdu l-investiment minħabba dell ikkawżat minn żvilupp ġdid biswit?
18/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Filwaqt li nirrikonoxxi li jista' ikun li jeżistu tali ċirkostanzi, kif nemmen li jifhem l-Onorevoli Interpellant, dawn huma issues ta’ natura ċivili bejn il-partijiet involuti.
Seduta 430

24/10/2016



SIĠĠIEWI – TRIQ MONS. MIKIEL AZZOPARDI – SPEED CAMERA
27976. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27898, jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun id-data li fiha ser jitlaqqa’ t-Traffic Management Committee sabiex jiddeċiedi dwar l-ispeed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi?
18/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninsab infurmat li t-talba għal Speed Camera fi Triq Mons Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi ġiet diskussa fil-Kumitat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku fil-21 t'Ottubru 2016. Ġie nnutat li t-talba li ġiet sottomessa ma kienitx tinkludi l-istudji neċessarji hekk kif stipulati fl-iSpeed Management Policy. Għaldaqstant, tali studji ser jitħejjew mill-Awtorita’ tat-Transport sabiex il-kumitat ikun f'pożizzjoni li jieħu deċiżjoni bbażata fuq l-istudji stipulati skont il-polza.
Seduta 430

24/10/2016



SIĠĠIEWI – TRIQ DUN MANWEL ZAMMIT – SPEED BUMPS
27977. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27899, jista’ l-Ministru jitlob lil Transport Malta sabiex terga’ tikkunsidra l-pożizzjoni tagħha dwar l-istallazjoni ta’ speed bumps fi Triq Dun Manwel Zammit is-Siġġiewi, speċjalment wara l-inċident li wassal biex persuna tilfet ħajjitha?
18/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talba tal-kunsill lokali għal Rubber Road Hump diġa ġiet ikkunsidrata iżda ma tistax tiġi approvata għaliex ma tikkwalifikax skont il-kriterji tal-Awtorita’.
Peress li din it-triq taqa’ taħt il-kunsill lokali huwa ssuġġerit li l-kunsill lokali jikkunsidra miżuri addizzjonali biex jiġi kkontrollat is-sewqan eċċessiv f’din it-triq.
Seduta 430

24/10/2016



SIĠĠIEWI – NIŻLA TA’ GĦAR LAPSI – XOGĦLIJIET FIT-TRIQ
27978. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Prim Ministru: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27897, jista' l-Prim Ministru jgħid min hu l-Ministru responsabbli sabiex it-triq li tagħti għan-niżla ta' Għar Lapsi tingħata wiċċ ġdid?
18/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill Onor. Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija tiegħu lill Ministru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.
Seduta 430

24/10/2016



ENEMALTA – TOP MANAGEMENT – PAGI, ALLOWANCES U BONUSES
27979. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Prim Ministru: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 27873, jista’ l-Prim Ministru jwieġeb id-domanda oriġinali minflok jagħti deskrizzjoni, u jinforma lill-Kamra bil-pagi, allowances u bonuses mogħtija lit-top management tal-Enemalta, li jinkludu fost oħrajn l-Executive Chairman, iċ-Chief Executive Officer, l-Executive Directors, id-Divisional Managers u l-Managers?
18/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Seduta 430

24/10/2016




KUNSILLI LOKALI - INSURANCES
27981. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27791 u 27923 u jgħid kemm kull kunsill lokali jħallas għal kull tip ta’ polza ta’ insurance li għandu? Jista’ jgħid għal kull kunsill lokali individwali, kemm sar ħlas għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016?
19/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 430

24/10/2016



KUNSILLI LOKALI - POŻIZZJONIJIET ATTWALI DWAR BINI
27982. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 27868 u jgħid x'inhi l-pożizzjoni attwali (jekk hux mikri, mixtri, tal-Gvern eċċ.) ta’ kull bini, ta’ kull kunsill lokali u jpoġġi d-dokumenti relatati għal kull każ?
19/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li nkun nista’ npoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tinġabar l-informazzjoni mingħand il-Kunsilli Lokali kollha.
Seduta 430

24/10/2016



KUNSILLI LOKALI – KUNTRATTI GĦAT-TINDIF, ĠBIR TA’ SKART U XOGĦOL IEĦOR KONNESS MA’ UPKEEP
27983. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27741 u 27909 u jgħid kemm hu l-kuntratt/i preżenti ta’ kull kunsill lokali għal tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor kollu konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet u kemm hu l-ammont ta’ flus li l-Gvern jagħti speċifikament għal dan l-iskop lil kull kunsill lokali?
19/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-valur tal-kuntratt/i preżenti ta’ kull Kunsill Lokali għall-tindif, ġbir ta’ skart u xogħol ieħor konness ma’ upkeep u tindif fil-lokalitajiet. Magħha qed inpoġġi wkoll tabella oħra li turi l-ammonti ta’ flus li l-Gvern ta lill-Kunsilli Lokali fis-sena 2016 speċifikament għall-knis tat-toroq, tindif rural u maniġġjar tal-iskart.
Seduta 430

24/10/2016



WARDENS – ADMISTRATION FEE IMĦALLSA MILL-KUNSILLI LOKALI
27984. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27740 u 27910 u jgħid kemm jitħallas bħala administration fee kull kunsill lokali tax-xogħol li jagħmel biex jiġu ordnati u jitħallsu l-wardens għal xogħlijiet privati mir-residenti?
19/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Is-servizz ta’ traffic management illi jingħata mill-Kunsilli Lokali huwa servizz li l-operatur Guard and Warden huwa obbligat li joffri skond it-tender agreement illi sar mal-Kumitati Reġjonali.
Il-Kunsilli Lokali ma jitħallsu l-ebda administration fee mill-operatur.
Seduta 430

24/10/2016



KUNSILLI LOKALI – AĠENTI SEGRETARJU EŻEKUTTIVI
27985. L-ONOR. DAVID AGIUS staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27743 u 27907 u jgħid liema huma l-kunsilli lokali li għadhom b’aġent segretarju eżekuttiv? Jista’ jgħid fejn wasal kull każ biex kull kunsill lokali jkollu s-segretarju eżekuttiv tiegħu?
19/10/2016
ONOR. OWEN BONNICI: Qed inpoggi fuq il- Mejda tal- Kamra l- Informazzjoni mitluba.
Seduta 430

24/10/2016



IŻ-ŻEJTUN - SPARAR FUQ ĦAMMIEM
27986. L-ONOR. MARIO GALEA staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista' l-Ministru jieħu l-passi kontra min spara jew qed jispara fuq ħamiem fiż-Żejtun? Apparti li din it-tattika li toqtol il-ħamiem hija kkunsidrata bħala moħqrija u inumana, jista' jgħid jekk hemmx metodri oħra aċċettati internazzjonalment fejn il-ħamiem tagħtih ikel b'kontraċettiv? Jaf li l-ħamiem spiċċa jaqa' nofsu mejjet fi proprjetà tan-nies?
19/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 24335.
Seduta 430

24/10/2016



GĦAWDEX – EMPLOYMENT RATE
27987. L-ONOR. FRANCO MERCIECA staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate f’Għawdex ikkomparata ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-employment rate tinħareġ biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni li kienu qed jaħdmu fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni f’Malta u f’Għawdex rispettivament għas-snin mitluba, huwa kif ġej:

 

Full Time

Part Time bħala xogħol ewlieni

Persuni fl-impjieg f’Malta u Għawdex

Malta

Għawdex

Malta

Għawdex

Diċembru 2000

128,590

8,169

13,965

1,327

Diċembru 2010

138,842

8,972

25,131

1,830

Apr-16

167,303

10,448

32,890

2,163

Seduta 430

24/10/2016

GĦAWDEX – EMPLOYMENT RATE TA’ NISA
27988. L-ONOR. FRANCO MERCIECA staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-employment rate bħala nisa f’Għawdex ikkomparata ma’ dik ta’ Malta, speċifikament għas-snin 2000, 2010 u 2016?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li l-employment rate tinħareġ biss mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Madankollu, skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li kienu qed jaħdmu fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni f’Malta u f’Għawdex rispettivament għas-snin mitluba, huwa kif ġej:


 

Full Time

Part Time bħala xogħol ewlieni

Nisa fl-impjieg

Malta

Għawdex

Malta

Għawdex

Diċembru 2000

36,460

2,443

8,852

817

Diċembru 2010

46,134

2,759

14,756

1,035

Apr-16

62,464

3,639

19,247

1,225

Seduta 430

24/10/2016

TALBIET GĦAL LSA LI GĦADHOM MA NTLAQGĦUX
27989. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għal-LSAs li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li bħalissa hemm 14-il talba għal LSA li għadhom ma ntlaqgħux. Rigward kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew servizz ta' LSA, infurmat li hemm erbatax (14)-il student statemented Shared in the Same Class u tlettax (13)-il student statemented Shared. Matul din il-ġimgħa ser jidħlu l-kumplament ta' LSAs.
Seduta 430

24/10/2016



LSA – MASSIMU TA’ TFAL
27990. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-massimu ta' tfal li jistgħu jixxerjaw LSA?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li studenti jkunu statemented kif ġej:
Full time one to one (FT 1 to 1) jew Shared Support in the Same Class (SSC) jew Shared.
LSA tissapportja student/a wieħed FT 1 to 1 jew 2 studenti statemented Shared in the Same Class jew 2 studenti statemented Shared u ieħor Shared in the Same Class jew 3 studenti Shared fl-istess klassi jew 2 studenti Shared fi klassijiet differenti.
Seduta 430

24/10/2016



SERVIZZ TA’ HOME HELP – TALBIET LI GĦADHOM PENDENTI
27991. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talbiet għall-Home help li għadhom ma ntlaqgħux? Jekk iva, kemm hemm anzjani li għadhom jistennew dan is-servizz ta' home help?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fil-preżent hemm 51 talba għas-servizz tal-Home Help li ġew approvati mill-Bord tal-Allokazzjoni li qed jistennew dan is-Servizz. Diġa’ ġew ippjanati l-visti meħtieġa biex ikun jista’ jibda jinghata s-servizz.
Seduta 430

24/10/2016



XIRI TA’ TABLETS GĦAT-TFAL – RIŻULTATI TA’ TENDER
27992. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27906, jista’ l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-membri fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni ta' dan it-tender?
19/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: L-ismijiet qed jingħataw lill-Onorevoli Interpellant separatament.
Seduta 430

24/10/2016



UNEMPLOYMENT ASSISTANCE, SOCIAL ASSISTANCE AND SOCIAL ASSISTANCE FOR SINGLE UNMARRIED PARENTS – TAPERING OF BENEFITS
28001. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema tat-Tapering of Benefits tapplikax ukoll għall-persuni li jkunu fuq l-Unemployment Assistance (UA), Social Assistance (SA) jew Social Assistance for Single Unmarried Parents (SUP) imma li jsibu mpjieg b’paga li tkun taqbeż in-National Minimum Wage?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, is-sistema tat-Tapering tapplika għal dawk kollha li jaħdmu u jaqilgħu l-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.

Il-persuni eleġibbli mit-Tapering of Benefits huma:

· Persuni li jkunu jirċievu Għajnuna Soċjali (SA), inkluż tal-Qagħad (UA), li jkunu ilhom sentejn fl-aħħar tlett snin fuq l-Għajnuna Soċjali u li jibdew jaħdmu sew bħala impjegati kif ukoll għal rashom imma li d-dħul tagħhom ikun l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.

· Single Parents li jinkludu wkoll single unmarried mothers (SUP) bi tfal taħt it-23 sena u li jibdew jaħdmu anke part-time tal-anqas bi dħul tal-ekwivalenti ta’ 10 sigħat fil-ġimgħa, bir-rata fis-siegħa tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.

Persuni li jkunu benefiċjarji tal-Għajnuna Soċjali li jidħlu fi żwieġ jew f’Unjoni Ċivili, u li l-konjuġi tagħhom ikun jaħdem u jaqla’ l-ekwivalenti tal-Paga Minima Nazzjonali jew aktar.
Seduta 430

24/10/2016



BAĠIT 2017 – GĦAJNUNA SUPPLIMENTARI LILL-PENSJONANTI
28002. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għajnuna supplimentari li tħabbret fil-Baġit 2017 huwiex ser tingħata wkoll lill-pensjonanti single li għandhom dħul baxx?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, kif tħabbar fid-Diskors tal-Baġit, barra l-koppji miżżewġa, ir-riforma fl-Għajnuna Supplimentari għall-2017, tikkonċerna wkoll lill-persuni single li jgħixu għal rashom, jaħdmu u għandhom dħul nett li jlaħħaq sa €9,012, jew persuni single mhux kapijiet ta’ familja li jaħdmu u għandhom il-paga minima. Ser ikunu qed jibbenefikaw ukoll, ġenituri weħidom li għandhom tfal ta’ bejn is-sittax-il sena u t-23 sena, li mix-xogħol jaqilgħu l-paga Minima jew sa’ €9,012 netti, u li ser jibbenefikaw wkoll miż-żieda li tlaħħaq għal €126.3 fis-sena. Ir-riforma fl-Għajnuna Supplimentari se tkompli fl-2018.
Seduta 430

24/10/2016



PENSJONANTI MIŻŻEWĠIN LI GĦANDHOM PENSJONI MINIMA
28003. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti miżżewġin illum, li għandhom pensjoni minima?
19/10/2016
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti miżżewġin li qegħdin jirċievu pensjoni minima għall-Irtirar huwa ta’ 3,444
Seduta 430

24/10/2016



PENSJONANTI MIŻŻEWĠIN LI JIEĦDU L-PENSJONI TAL-ETÀ
28004. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ pensjonanti miżżewġin illum, li jieħdu l-Pensjoni tal-Età?
19/10/2016


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti miżżewġin li llum qed jieħdu Pensjoni tal-Età, jammonta għal 698 persuna.
Seduta 430

24/10/2016



BAJJA TA’ WIED IL-GĦAJN – XOGĦOL TA’ DREDGING
28013. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid għalfejn qed isir xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn? Jista’ jgħid min qed iwettaq dan ix-xogħol?
19/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lil Onor. Interpellant li mhux qed isir l-ebda xogħol ta’ dredging fil-bajja ta’ Wied il-Għajn.
Seduta 430

24/10/2016



PEMBROKE – TRIQ IL-PROFS WALTER GANADO - GARAXXIJIET
28023. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill- Prim Ministru: B’referenza għall-kirjiet tal-garaxxijiet fi Triq il-Profs Walter Ganado f’Pembroke li xi sentejn oħra jiskadu, u fl-isfond tal-bini kbir li ġej minflok l-ex Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS), jista’ l-Prim Ministru jikkonsidra li dawn il-garaxxijiet jitwellew lil min jogħqod hemm bi prezz raġunevoli u mhux kummerċjali bħal tal-lum, speċjalment meta tara l-istat tal-istess garaxxijiet?
20/10/2016
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont Art 6 (h) tal-Iskeda annessa mal-Att dwar it-Trasferiment ta’ Proprjetà tal-Gvern (Kap 268) tal-Liġijiet ta’ Malta, meta jiskadu l-kirjiet ta’ dawn il-garaxxijiet, l-istess garaxxijiet jergġħu jinkrew lill-istess inkwilini bl-istess termini u kundizzjonijiet tal-kirja oriġinali, ħlief għal kera li trid terġa tiġi stabbilita mill-ġdid bi stima ta’ Perit. Iż-żieda li jista’ jkun hemm fil-kera ma tistax tkun inqas minn dak rifless fl-Indiċi tal-Inflazzjoni li jkun fis-seħħ meta tiskadi l-kirja.
Seduta 430

24/10/2016



SERVIZZI RESIDENZJALI GĦALL-PERSUNI B'DIŻABILITA - STANDARDS NAZZJONALI
28025. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 19793, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Istandards Nazzjonali tas-Servizzi Residenzjali għall-Persuni b’Diżabilità humiex se jiġu wkoll osservati fir-Residenzi/Hostels fejn hemm jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali?
20/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Seduta 430

24/10/2016



FONDAZZJONI RICHMOND - SERVIZZI MOGĦTIJA GĦAJNUNA FINANZJARJA
28026. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jelenka kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern ta lill-Fondazzjoni Richmond biex jiġu megħjuna persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali s-sena l-oħra? Liema kienu s-servizzi li ġew mogħtija l-fondi u kemm kienet l-għajnuna finanzjarja għal kull servizz mogħti?
20/10/2016
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali u l-Health Care Standards Directorat jagħmlu sorveljanza fuq il-hostels fejn jgħixu persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali.
Seduta 430

24/10/2016



MENTAL HEALTH SCREENING FL-ISKEJJEL
28027. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 4735, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni li ġew referuti lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali f’dawn l-aħħar ħames snin minħabba li kellhom bżonn għajnuna għax kellhom problema ta’ saħħa mentali?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li d-Dipartiment Servizz għall-Istudent fi ħdan id-Direttorat għal Servizzi Edukattivi u l-professjonisti fi ħdanu ma jirreferux studenti lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali direttament. Dan għaliex dawn is-servizzi ma jaċċetawx referrals jekk mhux mingħand it-tobba.
Meta l-professjonisti ta’ dan id-Dipartiment jew l-amministrazzjoni tal-iskejjel jinnutaw li xi studenti għandhom bżonn jiġu referuti lis-servizzi tas-Saħħa Mentali, dawn jikkuntattjaw lill-ġenituri tal-istudent/a kkonċernat/a u jgħidulhom biex ikellmu lit-tabib tal-familja tagħhom jew taċ-Ċentru tas-Saħħa ħalli jirreferi lit-tifel/tifla tagħhom lis-Servizzi tas-Saħħa Mentali.
Għaldaqstant, infurmat li d-Dipartiment Servizzi għall-Istudent m’għandux statistika dwar dan.
Seduta 430

24/10/2016



SAN PAWL IL-BAĦAR – SKOLA PRIMARJA TAL-QAWRA - TENDERS
28028. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tenders ħarġu s’issa għal dak li jikkonċerna l-bini tal-Iskola Primarja fil-Qawra, San Pawl il-Baħar? Lil min ingħata dan ix-xogħol li sar jew li se jsir fuq dan il-bini? Kemm sar ħlas s’issa fuq l-istess xogħol? Min wettaq ix-xogħol li tħallas?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li fir-rigward tal-Iskola Primarja ġdida tal-Qawra, San Pawl il-Baħar, s'issa ħarġu żewġ tenders, waħda għall-iskavar tas-sit u l-oħra għall-bini tal-iskola.

Il-kuntratt għall-iskavar ingħata lill-kumpanija Tal-Magħtab Construction. Għal xogħol li sar s'issa tħallsu €311,563.80.

It-tender għall-bini tal-iskola kienet pubblikata fis-7 ta' Ottubru, 2016, u tagħlaq fis-17 ta' Novembru, 2016.
Seduta 430

24/10/2016



12-IL DISTRETT – ĊENTRU SPORTIV
28029. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jibni ċentru sportiv f’xi lokalità tat-12-il distrett? Jekk iva, fejn hu mistenni li jinbena dan iċ-ċentru u meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq l-istess ċentru?
20/10/2016
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għalkemm ma hemmx pjanijiet min-naħa tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-isport li jinbena ċentru sportiv f’xi lokalità tat-12-il distrett, saret diskussjoni interna dwar il-ħsieb li bħala parti mill-proġett tal-iskola l-ġdida tal-Qawra jinbnew Assembly Hall u Ċentru Sportiv. Risposta definittiva dwar dan tkun tista' tingħata iktar 'il quddiem.
Seduta 430

24/10/2016



GOZO AIRSTRIP FEASIBILITY STUDY – VOTE 17 – RECURRENT LINE ITEM 5777
28037. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji tas-sena 2016 speċifikament għall-Vote 17 Recurrent line item 5777 - Gozo Airstrip Feasibility Study, fejn hemm indikat li fl-2015 kienu ġew approvati €100,000 u fl-2016 kienu vvutati €35,000, jista' l-Ministru jgħid min għamel dawn l-istudji? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn l-istudji?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lil Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru W504.
Seduta 430

24/10/2016



FUNDING OF NON-GOVERNMENT ORGANISATIONS – VOTE 17 – RECURRENT LINE ITEM 5274
28038. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji tas-sena 2016, eżattament Vote 17 Recurrent - line item 5274 - Funding of non-Government Organisations, fejn kienu ġew ivvutati €90,000, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan l-ammont ġew allokati sa meta tingħata tweġiba għal din il-mistoqsija? Jista' jgħid:

a) liema kienu l-NGO's li bbenifikaw minn din l-iskema; u

b) kemm kien l-ammont allokat lil kull NGO?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li għada qiegħda tiġi mfassla struttura adekwata li tagħmel ġustizzja mal NGOs kollha u dwar il modus operandi b’dan il-vot din is-sena.

Għas sena 2016, il-fondi kollha ta’ dan il-vot ġew allokati għall-Fondazzjoni Kenn u Tama’ li topera Dar Emmaus li qed tagħmel xogħol imprezzabli ma’ nies vulnerabbli fis-soċjeta’ Maltija.


Seduta 430

24/10/2016




FUNDING OF NON GOVERNMENT ORGANISATIONS – VOTE 16 – RECURRENT LINE ITEM 5274
28039. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5274 - Funding of Non Government Organisations - fejn l-istima ta' dan il-vot tammonta għal €220.000, jista' l-Ministru jgħid fejn hu ppjanat li jintefqu dawn il-flus?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lil Onorevoli Interpellant li fil-mument opportun u meta jasal il-waqt nagħtu id-dettalji neċessarji.
Seduta 430

24/10/2016



BUSINESS PROMOTION AND INCENTIVE FRAMEWORK - VOTE 16 - RECURRENT LINE ITEM 5723
28040. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għall-Vote 16 Recurrent - line item 5723 - Business Promotion and Incentive Framework , jista' l-Ministru jgħid fejn intefqu il-€100,000 li hemm indikati f'dawn il-vot?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba, li tirrifletti n-nefqa sa l-aħħar ta’ Settembru 2016, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 430

24/10/2016



ACQUISITION OF WORKS OF ART FOR THE GOZO MUSEUM - VOTE 16 - RECURRENT LINE ITEM 5824
28041. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2016, speċifikament għal Vote 16 Recurrent - line item 5824 - Acquisition of Works of Art for the Gozo Museum, jista’ l-Ministru jgħid liema xogħol ta' arti nxtara bl-ammont ta' €25,000 li kienu approvati?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Nirreferi lil Onorevoli Interpellant biex jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 27862.
Seduta 430

24/10/2016



TOURISM PROMOTION AND PRODUCT DEVELOPMENT – VOTE 16 – RECURRENT LINE ITEM 5585
28042. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għal Għawdex: B'referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2017, eżattament Vote 16 Recurrent - line item 5585 - Tourism Promotion and Product Development, jista' l-Ministru jgħid f’liema promozzjoni turistika ntefqu s-€700,000 li kienu ġew approvati taħt dan il-vot?
20/10/2016
ONOR. ANTON REFALO: Ngħarraf lil Onor. Interpellant li is-sena finanzjarja 2017 għadha ma bdietx u għalhekk xejn għadu ma ntefaq.
Seduta 430

24/10/2016



ĦAL QORMI – KAROZZI TAL-LINJA
28050. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara għaliex il-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Triq il-Vitorja Ħal Qormi speċjalment f'peak hours qed jgħaddu minn Ħal Qormi diġà mimlija u/jew mingħajr seats vojta biex wieħed ipoġġi bilqiegħda? Jista’ l-Ministru jara li dan ma jkunx qed iseħħ?
20/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta se tkun qed tinvestiga l-andament tar-rotot hekk kif qiegħed jiġi indikat f’din il-MistoqsijaParlamentari u dan sabiex sa fejn ikun possibli, nindirizzaw xi nuqqasijiet li jista’ jkun hemm.
Seduta 430

24/10/2016



ĦAL QORMI - ROTTA 64
28051. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Wara li aktar kmieni din is-sena t-trasport pubbliku naqqas il-frekwenza ta' rotta 64 li kienet taqdi l-akkwati ta' Triq Valletta Ħal Qormi għal waħda kull siegħa fil-peak hours, jista’ l-Ministru jgħid kif se jindirizza l-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?
20/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta 64 hija rotta ġdida li daħlet fl-aħħar tas-sena li għaddiet, bħala parti minn tibdil konsiderevoli li sar fin-network tat-trasport pubbliku. Tajjeb li wieħed jinnota li qabel l-introduzzjoni ta’ din ir-rotta, n-nies tal-inħawi magħrufa bħala tal-Blat ma’ kellhomx trasport pubbliku dirett lejn u mill-Belt Valletta.
F’eżerċizzju li kien sar, wara li ddaħlet din ir-rotta, irriżulta li l-patrunaġġ fuq din ir-rotta kien baxx ħafna u għaldaqstant kienet ittieħdet deċiżjoni sabiex il-frekwenza bejn il-05:30 u it-08:30 ta’ filgħodu, bejn it-Tnejn u il-Ġimgħa, tiġi għal vjaġġ fis-siegħa.
Seduta 430

24/10/2016



ĦAL QORMI – TRIQ IL-BELT VALLETTA – MEZZI TA’ SAĦĦA U SIGURTÀ
28052. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25351, jista’ l-Ministru jgħid x'mezzi ta' saħħa u sigurtà twettqu minn dakinhar fi Triq Belt Valletta inkluż il-pedestrian crossings diġà mitluba u liema huma l-miżuri l-oħra li ddiskutiet, wettqet jew se twettaq l-Awtorità għat-Trasport?
20/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li z-zebra crossing mitluba viċin kantuniera ma’ Triq tal-Bajjada ġiet approvata biex tiġi mplimentata mill-kunsill lokali. Apparti din, sal-lum l-Awtorita’ ma rċevietx aktar talbiet mill-kunsill lokali dwar is-sigurta’ fit-triq.

Peress li din it-triq taqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-kunsill lokali, l-istess kunsill jista’ jissottometti t-talbiet tiegħu għall-konsidirazzjoni ta’ Transport Malta.


Seduta 430

24/10/2016



ĦAL QORMI – TRIQ L-IMDINA – TRAFFIC LIGHTS U PEDESTRIAN CROSSING
28053. L-ONOR. CLYDE PULI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista l-Ministru jgħid meta se jsiru traffic lights u pedestrian crossings fi Triq l-Imdina ftit ‘il fuq mit-triq li tagħti għall-iskola ta’ San Injazju f tal-Ħandaq biex jiġi mħares s-saħħa u s sigurtà tal-persuni li jridu jaqsmu kuljum minn dawk l-inhawi lejn l-iskola, l-knisja s-suq u postijiet oħra fiċ-ċentru ta’ Ħal Qormi?
20/10/2016
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-pelican crossing ġiet approvata u qegħda fil-lista ta’ xogħlijiet biex tiġi mplimentata mid-Direttorat tat-Toroq u Infrastruttura fi ħdan Transport Malta.
Seduta 430

24/10/2016



MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET BIL-MIKTUB


Yüklə 61,38 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə