Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 430 It-Tnejn, 24 ta' Ottubru, 2016 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali kunsilli lokali – GĦajnuna għal ħasil ta’ toroq u promenades fis-sajf


PITKALIJA – TENDERS GĦAX-XOGĦLIJIET



Yüklə 61,38 Kb.
səhifə4/4
tarix15.08.2018
ölçüsü61,38 Kb.
#62700
1   2   3   4

PITKALIJA – TENDERS GĦAX-XOGĦLIJIET


W538. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema tenders għal xogħol fil-Pitkalija ġew aġġudikati din is-sena? Liema xogħol beda u liema hu mistenni li jibdew dalwaqt? Fejn?
04/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li sal-lum fil-pitkalija sar investiment qawwi fix-xiri ta' kaxxi sabiex il-bdiewa jinqdew dejjem aħjar anke billi jinbidlu kaxxi li jkunu qed jinkissru. Dan l-investiment ser jibqa' għaddej sabiex ikun assikurat li ma jkunx hemm nuqqas ta' kaxxi, xi ħaġa li fil-passat kienet iddejjaq lill-bidwi bil-kbir. Dwar xogħlijiet oħra sa issa m'hemmx tendersoħra aġġudikati. Infakkar iżda li r-riforma tal-pitkalija għada għaddejja u fil-ġimghat li ġejjin ser ikun hemm iktar konsultazzjoni mal-istakeholdersfir-rigward.
Seduta 424
10/10/2016


KWARANTINA TAL-ANNIMALI


W551. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm sar investiment fil-kwarantina tal-annimali matul l-aħħar sena? X’kien ix-xogħol li sar f’dan il-post f’dan il-perjodu?
04/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li matul din l-aħħar sena d-Direttorat għar-Regolazzjoni Veterinarja kompla x-xogħlijiet ta’ modifika fuq il-kwarantina l-ġdida ġewwa Ħal Luqa. Dawn il-modifiki żgħar ser jipprovdu ambjent iktar favorevoli għall-annimali li jkun hemm bżonn jinżammu f’dan il-bini kif ukoll għall-impjegati li jieħdu ħsieb dawn l-annimali u b’hekk ikunu jistgħu jtejjbu s-servizz tagħhom. Ix-xogħlijiet kollha ser isiru sabiex jintlaħqu l-ogħla standards fir-rigward ta’ saħħa u sikurta’ kif ukoll sabiex ikunu konformi mal-liġijiet tal-Unjoni Ewropea dwar it-Trattament Xieraq tal-Annimali. Sa dan it-tant qegħdin isiru tiswijiet regolari fuq il-kwarantina l-qadima ta’ Ħal Luqa sakemm il-Kwarantina l-ġdida tkun lesta għall-użu.
Seduta 424
10/10/2016

IL-MAGĦTAB – SKART TA’ TIP DIFFERENTI


W558. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu l-ammont ta’ skart ta’ tip differenti li ddaħħal fil-Magħtab, xahar b’xahar din is-sena?
05/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Seduta 424
10/10/2016


IL-MAGĦTAB – SKART


W559. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-iskart li ddaħħal kull xahar, lokalità b’lokalità fil-Magħtab, matul din is-sena? Kif qed jiġi assigurat li dak il-materjal ikun ġej minn lokalità partikolari?
05/10/2016
ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li l–Kumpanija WasteServ Malta Ltd hija responsabbli biss għall-immaniġġjar u l-proċessar tal-iskart li tirċievi u mhux għal ġbir tal-iskart. Hija responsabilita’ ta’ kull kunsill individwali li jorganizza l-ġbir tal-iskart f’kull lokalita’. Għaldaqstant l-WasteServ mhijiex f’pożizzjoni li tivverifika s-sors li qiegħed jiġi ddikjarat. Min-naħa tagħha l-WasteServ tibgħat fatturi ddettaljati lil kull Kunsill Lokali li juru liema vetturi ġew jarmu f’isem il-kunsill f’dak il-perijodu partikulari. Fl-istess waqt, il-Ministeru tiegħi huwa kommess li jsaħħaħ l-enforcement fil-futur qarib.
Seduta 424
10/10/2016

CHILDCARE CENTRES - REKWIŻITI
W574. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista l-Ministru jelenka x’inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre? Jista’ jelenka x’inhuma l-istandards li għandhom jiġu osservati meta jinbena Childcare Centre ġdid u x’permessi hemm bżonn?
20/10/2016

ONOR. EVARIST BARTOLO: Skont l-Istandard nru. 1 tan- National Standards for Child Day Care Facilities ippubblikati fl-2006, ir-rekwiziti sabiex persuna tiftaħ u tmexxi Childcare Centre huma dawn:
Sid ta’ Childcare Centre għandu bżonn:

Eta` Li jkun’lfuq minn 18-il sena

Referenzi Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija
Ikollu bżonn iqabbad Superviżur Prinċipali / Maniġer li r-rekwiżiti tiegħu/ha huma:

Eta` ’lfuq minn 21 sena

Esperjenza Esperjenza ta’ ħidma mat-tfal

Kwalifiki Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 5 tal-MQF u rikonoxxuta

Taħriġ fil-Management jew Administration

Ċertifikat fil-Paediatric First Aid

Referenzi Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija

Żewg ittri ta’ referenzi


Is-Superviżur Prinċipali / Maniġer ikun mgħejun minn Carers li għandu jkollhom dawn ir-rekwiżiti:

Eta` ’lfuq minn 18-il sena

Kwalifiki Kwalifika fiċ-Childcare f’livell 4 tal-MQF u rikonoxxuta

Ċertifikat fil-Paediatric First Aid



Referenzi Ċertifikat tal-kondotta tal-Pulizija

Żewg ittri ta’ referenzi


In-numru ta’ Carers irid ikun skont in-numru tat-tfal u mqassma bl-eta` kif ġej:


Eta` tat-tfal

Tfal allokati ma’ kull Carer

0 – 12-il xahar

3

13 sa 24 xahar

5

25 sa 36 xahar

6

Grupp imħallat li jista’ ikollu sa tifel /

tifla wieħed / waħda biss taħt l-eta`

ta’ 18-il xahar


6

L-istandard li għandu jiġi osservat meta jinbena Childcare Centre huwa Standard nru. 2 li jispjega l-ambjent fiżiku, il-binja u t-tagħmir. Hemm ukoll il-policy tal-MEPA tal-2006 http://www.pa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=545 .

Mal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ Childcare Centre mad-DQSE, il-permess ewlieni li hemm bżonn huwa dan:
· Il- permess tal-Awtorita` tal-Ippjanar u pjanta tal-bini li tinkludi Sectional drawings bit-timbru tal-PA
Dan minħabba li matul il-proċess biex jinħareg dal-permess, l-Awtorita` tal-Ippjanar tikkonsulta mal-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol, mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilita`, Direttorat tas-Saħħa Ambjentali, Transport Malta u awtoritajiet oħra li l-Awtorita` tal-ippjanar tħoss li għandha tikkonsulta qabel jingħata l-permess tal-bini.
Minbarra hekk, jintalab ukoll Health & Safety Audit Certificate u ċertifikazzjonijiet oħra li jkun hemm bżonn jintalbu skont il-kuntest taċ-Child Care Centre.
Bħalissa m’hemm l-ebda obbligu li wieħed jirreġistra Child Care Centre sabiex jopera.
Aktar dettalji fuq l-istandards u l-applikazzjoni sabiex tiftaħ u tirreġistra Child Day Care Facility jinstabu fuq dil-website: http://education.gov.mt/childcareservices/Pages/About-us.aspx
Seduta 430

24/10/2016





Yüklə 61,38 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə