Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 90 It-Tnejn, ta' Marzu, 2017 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali qorti kriminali u ċivili sentenzi tal-appell


IDENTITY MALTA – APPLIKAZZJONIJIET GĦAĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA PENDENTI



Yüklə 60,24 Kb.
səhifə3/5
tarix15.08.2018
ölçüsü60,24 Kb.
#62701
1   2   3   4   5

IDENTITY MALTA – APPLIKAZZJONIJIET GĦAĊ-ĊITTADINANZA MALTIJA PENDENTI
31508. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija pendenti fil-preżent ġewwa Identity Malta? Jista’ jgħid kemm minnhom huma għal ċittadinanza biż-żwieġ, b'naturalizzazzjoni u taħt l-iskema IIP?
24/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Seduta 490

06/03/2017



APPLIKAZZJONIJIET GĦAĊ-ĊITTADINANZA
31509. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza Maltija li għaddew mill-istadji kollha meħtieġa u jonqoshom biss il-firma tiegħu? Jista’ jgħid kemm minnhom saret l-applikazzjoni għalihom fis-sena 2015 jew qabel u ta' liema sena hi l-aktar applikazzjoni li ilha pendenti?
24/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



PERSUNI LI JKUNU JĦALLSU L-KONTRIBUZZJONIJIET – BONUS
31510. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li jkunu ħallsu l-kontribuzzjonijiet imma li ma ħallsux biżżejjed biex jikkwalifikaw għall-pensjoni, tibqax tingħata meta dawn il-persuni jagħlqu l-75 sena u jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 persuni li jkunu għadhom jgħixu d-dar?
24/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-bonus li jitħallas kull sena lil numru ta’ persuni li ma jkunux ħallsu kontribuzzjonijiet biżżejjed biex ikunu intitolati għall-pensjoni, jingħata sakemm dawn l-istess persuni jagħlqu l-75 sena u wara jikkwalifikaw għall-għotja ta’ €300 jekk ikunu għadhom jgħixu ġewwa darhom.
Seduta 490

06/03/2017



BREAKWATER TAL-ĠEBEL - ĦSARAT
31514. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentar 31007, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess rapporti li hemm indikati fir-risposta?
24/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Seduta 490

06/03/2017



SAN PAWL IL-BAĦAR – TAL-VEĊĊJA – XOGĦOL TA’ TISWIJA
31515. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru kkonkludiex xi investigazzjoni dwar il-passi li jridu jittieħdu biex fl-inħawi Tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, fejn matul ix-xhur li għaddew kienet waqgħet parti mill-blat ta' wieħed mill-għerien li hemm hemmhekk? Billi issa qed jerġa' joqrob is-sajf, u allura jerġa' jibda l-għawm, jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux se jsir xi xogħol ta' tiswija qabel ix-xhur tas-sajf?
24/02/2017


ONOR. JOE MIZZI: Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 28804.
Seduta 490

06/03/2017



SAN PAWL IL-BAĦAR – SURVEY TAL-BLAT
31516. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Billi taħt it-Torri ta' Wignacourt, San Pawl il-Baħar, fil-livell tal-baħar jidher li tħaffer għar pjuttost kbir taħt l-istess torri, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk reċentement sarx xi survey tal-blat f'dan il-post? Jekk fil-fatt ma sarx tali survey, jista' jieħu l-passi neċessarji biex fl-istess inħawi jsir survey tal-blat indikat, u dan biex jiġi aċċertat jekk hemmx periklu nkella le, u biex ukoll jekk jirriżulta periklu jittieħdu l-passi neċessarji biex tali periklu jitneħħa?
24/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser jiġi mqabbad perit tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex imur jagħmel rapport dwar is-sit.
Seduta 490

06/03/2017



SAN PAWL IL-BAĦAR – MANHOLES - COVERS
31517. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Billi jidher li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma m'għandhiex l-informazzjoni kollha marbuta man-numru ta' manholes li għandha fil-lokalità kollha ta' San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li dawn l-istess manholes ikollhom il-covers tagħhom preċiż mal-livell tat-triq, u dan biex ma jkunx hemm periklu għas-sewwieqa li jgħaddu minn fuq dawn l-istess tappieri? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (TM) tgħaddix informazzjoni dwar ħsarat fuq dawn it-tappieri lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma , u jekk iva meta ġew mgħoddija l-aħħar rapporti?
24/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta hija responsabbli minn toroq arterjali u distributorji. Dawn it- toroq jiġu spezzjonati perjodikament, u tali kwestjonijiet fl-infrastruttura ta’ entitajiet oħra jiġu rappurtati lill-istess entitajiet.
Seduta 490

06/03/2017



TRANSPORT MALTA – STALLAZZJONI TA’ PELICAN LIGHTS
31518. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta hux se tinstalla pelican lights matul il-front ta' Buġibba u l-Qawra, fejn jirriżulta li fil-fatt hemm il-ħtieġa ta' dawn l-istess lights?
24/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li pelican crossings fuq toroq tal-Kunsilli huma proposti mill-Kunsilli. Il-proposti mbagħad jiġu approvati, jew le, minn Transport Malta. Preżentament Transport Malta għadha kif approvat pelikan crossing f’din il-medda. Ix-xogħlijiet fuq din il-crossing issa jsiru skont il-prioritajiet nazzjonali, fondi disponibbli u l-proċess tal-akwist.
Seduta 490

06/03/2017


DĦUL TA’ 50 ĊENTEŻMU - PROĠETTI
31519. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux se jinbeda xi proġett partikulari li se jiġi ffinanzjat mid-dħul li kien hemm s’issa mill-50 ċenteżmu ħlas tat-turisti għal kull lejl li turist iqatta' f'lukanda? Billi oriġinarjament kien intqal li l-Gvern kien se jagħmel top up ta' madwar żewġ miljuni fuq il-flus li jinġabru minn dan is-sors, jista' jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt hux se jkun hemm dan it-top up annwali, u jekk iva, jista' jassigura li dawn il-fondi fil-fatt jiġu użati għall-proġetti mressqa mill-kunsilli lokali, billi jidher li l-fondi li se jinġabru mill-50 ċenteżmu mhux se jintefqu fuq proġetti li huma prijorità fil-lokalitajiet rispettivi?
24/02/2017
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba għall-Mistoqsijiet Parlamentari numru 25615, datata 25 ta’ Mejju u numru W460, datata 10 ta’ Ottubru 2016.
Seduta 490

06/03/2017



IR-RABAT – TRIQ ĠORĠ BORG OLIVIER - ZEBRA CROSSING
31527. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jieħu azzjoni mill-aktar fis biex iż-zebra crossing li hemm fit-Triq Ġorġ Borg Olivier kważi kantuniera ma' Triq il-Kulleġġtitressaq iżjed 'l isfel, peress li tinsab eżattament kif iddur ma' kantuniera u tista’ tkun ta' periklu għal min jaqsam it-triq, u kif ukoll għas-sewwieqa?
27/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Traffic Management Unit ser jistudja u jevalwa din il-proposta biex jikkonkludi fuq l-aħjar soluzzjoni f’dan ir-rigward.
Seduta 490

06/03/2017



IR-RABAT – HOLD UPS U SERQ MINN DJAR U STABBILIMENTI KUMMERĊJALI
31528. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa r-Rabat (Malta) mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtat minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fir-Rabat bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal 38 każ, illi minnhom wieħed ġie solvut. Ma kienx hemm hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Seduta 490

06/03/2017



ĦAŻ-ŻEBBUĠ – HOLD UPS U SERQ MINN DJAR U STABBILIMENTI KUMMERĊJALI
31529. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħaż-Żebbuġ mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm 13 -il rapport ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħaż Żebbuġ bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u tlieta minnhom ġew solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Seduta 490

06/03/2017



ĦAD-DINGLI – HOLD UPS U SERQ MINN DJAR U STABBILIMENTI KUMMERĊJALI
31530. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa Ħad-Dingli mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm tlett rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija f’Ħad Dingli bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrappurtati fl-istess perjodu.
Seduta 490

06/03/2017



L-IMTARFA – HOLD UPS U SERQ MINN DJAR U STABBILIMENTI KUMMERĊJALI
31531. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imtarfa mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat li n-numru ta’ serq irrapurtati minn djar u stabbilimenti lill-Pulizija fl-Imtarfa bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 kien jammonta għal tlieta u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm każi ta’ hold ups irrapurtati fl-istess perjodu.
Seduta 490

06/03/2017



L-IMĠARR – HOLD UPS U SERQ MINN DJAR U STABBILIMENTI KUMMERĊJALI
31532. L-ONOR. ANTOINE BORG staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu rrapurtati hold ups u serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali ġewwa l-Imġarr mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘l hawn? Kemm minnhom issolvew?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li kien hemm ħames rapporti ta’ serq minn djar u stabbilimenti kummerċjali rrappurtati lill-Pulizija fl-Imġarr bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Jannar 2017 u dawn għadhom mhux solvuti. Ma kienx hemm rapporti ta’ hold ups fl-istess perjodu.
Seduta 490

06/03/2017



LOCAL PLAN REVIEW
31534. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Local Plan Review huwiex imminenti?
27/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat mill-Awtorità tal-Ippjanar li x-xogħol fuq ir-reviżjoni komprensiva tal-Pjanijiet Lokali kollha għal Malta u Għawdex kompla għaddej u issa qed ikun hemm focus fuq numru ta’ issues li huma ta’ natura aktar strateġika u li jinħtieġ ġbir ta’ aktar informazzjoni u evalwazzjoni ta’ options differenti
Seduta 490

06/03/2017



PENSJONIJIET TAD-DIŻABILITÀ - TIPI
31535. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’tibdiliet kien hemm fid-disability pension u x’tipi jeżistu (issa) u kif se jsir l-assessjar tal-każijiet u minn min se jsir l-assessjar? Jista’ jgħid kif u jekk hux se jkunu means tested, u jekk id-diżabilità tingħatax skont il-kundizzjoni speċifika jew jekk hux skont il-kwantità ta’ inkapaċità (skont l-Indiċi Barthel) tkun xi tkun il-kundizzjoni li persuna jkun ibati minnha? Jista’ jsemmi ċifri tat-tipi varji ta’ dan il-benefiċċju?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bis-saħħa tar-riforma fl-Assistenza ta’ Diżabilità nħolqu tlett livelli:
· Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa – fejn persuna li tkun tbagħti minn diżabilità skont l-iskali fil-liġi u jkun ċertifikat minn Bord Multi Dixxiplinarju minn 0 sa 4 skont l-iskala Barthel jitqies eleġibli għal din l-assistenza. Din l-assistenza mhix means tested. Peress li hu benefiċċju ġdid għad ma jistax jingħata n-numru ta’ benefiċjarji.
· Assistenza għal Diżabilità Severa – Dan huwa l-istess benefiċċju li kien hemm qabel u sabiex persuna tikkwalifika, minbarra t-test tal-mezzi, irid ikollha diżabilità skont dak elenkat fl-iskeda tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali. L-ammont ta’ benefiċjarji huwa ta’ 3307.
· Assistenza għal Diżabilità – Dan huwa benefiċċju ġdid għal persuni li għandhom riġel jew driegħ nieqes jew ma jiffonzjonax. Dan il-benefiċċju huwa means tested. Peress li dan huwa wkoll benefiċċju ġdid għad ma hemmx statistika dwar in-numru ta’ benefiċjarji.
Seduta 490

06/03/2017



BENEFIĊĊJU GĦALL-PERSUNI LI JDURU BIL-ĠENITURI TAGĦHOM
31536. L-ONOR. ETIENNE GRECH staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk mara miżżewġa ta’ età qabel il-pensjoni li tkun qiegħda ddur b’wieħed jew tnejn mill-ġenituri tagħha jew ta’ żewġha fl-istess domiċilju hijiex intitolata għal xi benefiċċju? Dan il-benefiċċju jkun means tested u jiddependi jekk il-mara jew żewġha jaħdmux? Dan il-benefiċċju jiddependi wkoll mill-kundizzjoni ta’ saħħa fiżika jew mentali tal-anzjan jew anzjana li qiegħda tiġi kkurata? Jekk ikun qed jingħata dan il-benefiċċju, l-anzjani jistgħu japplikaw biex joqogħdu f’dar residenzjali? Jekk l-anzjani huma ta’ ‘l fuq minn 75 sena, xorta jieħdu t-€300 fis-sena?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, skont il-parametri l-ġodda tal-Allowance Miżjuda għal Carers, persuna miżżewġa tista’ tapplika sabiex tieħu ħsieb lil ġenituri tagħha jew tal-konjuġi jekk ikunu qegħdin jgħixu fl-istess indirizz.
Din l-allowance mhix means tested u min ikun qed jieħu ħsieb il-pazjent ma jridx ikun qed jaħdem.
Il-pazjent jiġi sottomess għall-Bord Multi Dixxiplinarju li jara l-każ skont il-Barthel Index jew il-Mini-Mental State Examination. Ir-riżultat ta’ dipendenza tal-Barthel Index irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 8 u r-riżultat ta’ dipendenza tal-Mini-Mental State Examination irid ikun fil-kategorija ta’ bejn 0 – 9.
Il-pazjent jista’ japplika sabiex joqgħod f’dar residenzjali, iżda l-allowance miżjuda għal carers tieqaf hekk kif jibda jgħix f’dar residenzjali.
Jekk l-anzjan ikun għadu jgħix fil-komunità, però mhux f’dar residenzjali, jibqa’ eliġibbli għall-għotja ta’ €300 fis-sena.
Seduta 490

06/03/2017



FONDAZZJONI RICHMOND – SERVIZZI OFFRUTI – FONDI MILL-GVERN
31539. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Ministru għas-Saħħa: Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk is-servizzi offruti mill-Fondazzjoni Richmond li qed jirċievu fondi mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm ġew allokati flus din is-sena għal kull servizz mogħti minn din l-NGO u x’irid wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dawn is-servizzi?
27/02/2017
ONOR. CHRIS FEARNE: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi mogħtija mill-Fondazzjoni Richmond li huma megħjuna finanzjarjament mill-Gvern jinkludu akkommodazzjoni provduta għall-pazjenti bi problemi ta’ saħħa mentali fi tlett hostels li jinsabu f’Ħal Qormi, Ħ’Attard u Raħal Ġdid.

Dar il-Merill f’Ħal Qormi, Villa Rubery ġewwa Ħ’Attard u l-Hostel f’Raħal Ġdid joffru servizz ta’ akkomodazzjoni għal 34 pazjent. Dawn il-pazjenti jingħatalhom ukoll servizz ta’ kura għal 24 siegħa kuljum. Jingħatalhom is-sapport meħtieġ minn Carers speċjalizzati fil-qasam tal-kura tas-Saħħa Mentali.

Ninfurmah ukoll li wara li l-pazjenti jkun sarilhom diversi follow ups u aktar tard assessment minn tim multidixxipplinarju, dawn ikunu jistaw jgħixu kemm jista’ jkun indipendenti fi djarhom jew f’wieħed mill-hostels tal-Fondazzjoni Richmond filwaqt li xorta jkunu qed jieħdu l-kura u s-sapport minn nies professjonali f’dan il-qasam.
Seduta 490

06/03/2017



PSYCHOLOGY AND FAMILY THERAPY SERVICES - PROFESSJONISTI
31540. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-Psychology and Family Therapy Services? Jista’ jgħid kemm hemm professjonisti joffru dawn is-servizzi u kemm kien hemm familji li bbenefikaw minn dawn is-servizzi mis-sena 2014 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
27/02/2017


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej:

· Fis-Psychology Team bħalissa hemm 5 impjegati jaħdmu full-time, 11 jaħdmu part-time jew siegħat mnaqqsa u waħda li qiegħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadem magħhom Is-Psychology Team, huwa kif ġej:



2014: 278 persuna,

2015: 287 persuna u 38 familja,

2016 (sa Ġunju): 179 persuna u 17-il familja.

· Fil-Family Therapy Services bħalissa hemm 3 impjegati full-time, 3 part-time jew b’sieghat imnaqqsa u waħda fuq unpaid leave. In-numru ta’ persuni u familji li ħadmu magħhom il-ħaddiema tal-Family Therapy Services, huwa kif ġej:



2014: 93 persuna,

2015: 132 persuna u 23 familja,

2016 (sa Ġunju): 101 persuna u 6 familji.
Seduta 490

06/03/2017



DIPARTIMENT GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ – SERVIZZ TA’ OUTREACH
31541. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti s-servizz ta’ Outreach mogħti mid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità? Jista’ jgħid x’għandu wieħed jagħmel biex jirċievi dan is-servizz u kemm hemm klijenti li bħalissa qed jirċievu dan is-servizz u jekk hemmx xi waiting list?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, is-servizz ta’ Outreach jikkonsisti f’assessjar minn tim professjonali bħal infermiera, social worker u terapisti.

Mill-assessjar joħroġ jekk l-klijent għandux bżonn li jiġi assistit minn carers. L-għan tas-servizz huwa li l-klijent jerġa’ jikseb l-indipendenza tiegħu.

Minn naħa l-oħra qed naraw ukoll li t-talba għall-għajnuna ta’ Respite ġewwa d-dar tal-klijent żdiedet drastikament minn sena għal sena, fil-fatt ser jibda servizz ġdid li tħabbar fil-baġit ta’ Respite fid-dar.

Bħalissa ma hemmx waiting list għas-servizz ta’ Outreach.

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, fis-sena 2016, kienu 50 klijent li għamlu użu mis-servizz ta’ Outreach.
Seduta 490

06/03/2017



KLABB 3-16 - SERVIZZ
31542. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jattendu studenti f’kull lokalità fejn qed jingħata s-servizz Klabb 3 – 16 u x’inhuwa l-ħlas ta’ kull student li jagħmel użu minn dan is-servizz?
27/02/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi li t-tagħrif mitlub hu kif muri fit-tabella hawn taħt, kif se nsemmi:


Centre Name

Active Children

Attard

70

B'Kara

64

B'Bugia

28

Fgura

39

Ħamrun

30

Ħaż-Żabbar

34

Ħaż-Żebbuġ

36

Luqa

26

M'Skala

85

Mellieħa

72

Mġarr

43

Mosta

65

Naxxar

59

Paola

64

Pembroke

102

Qormi SG

44

Rabat

19

San Ġwann

73

Santa Venera

40

Siġġiewi

23

Sliema

59

St Julians

19

San Pawl il-Baħar

108

Valletta

13

Żejtun

35

Żurrieq

45

Victoria

15

Xagħra

8

Total

1318

Yüklə 60,24 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə