Mistoqsijiet Parlamentari Seduta Nru. 90 It-Tnejn, ta' Marzu, 2017 fis-6: 00 p m. Mistoqsijiet għal tweġibiet orali qorti kriminali u ċivili sentenzi tal-appell



Yüklə 60,24 Kb.
səhifə4/5
tarix15.08.2018
ölçüsü60,24 Kb.
#62701
1   2   3   4   5

Ir-rata ta’ ħlas hija ta’ €0.80 kull siegħa.


Seduta 490

06/03/2017



ĊENTRI LEAP – SERVIZZ FIL-KOMUNITÀ MILL-AWTORITÀ TAD-DJAR
31543. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jindika f’liema Ċentri LEAP qed jingħata servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba jingħata dan is-servizz matul ix-xahar u f’liema ħin u ġurnata jingħata?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba hija kif miġbura fit-tabella t’hawn taħt:


ĊENTRU LEAP - REĠJUN

Ġurnata li fiha jingħata is-servizz fil-komunità mill-Awtorità tad-Djar

ĦIN

Ċentru LEAP Qawra

Kull nhar ta’ Erbgħa

8:00 – 12:00

Ċentru LEAP Cottonera

Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa

8:00 – 12:00

Ċentru LEAP Kirkop

Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa

8:00 – 12:00

Ċentru LEAP Msida

Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa

8:00 – 12:00

Ċentru LEAP Qormi

Darba fix-xahar kull nhar ta’ Erbgħa

8:00 – 12:00

Seduta 490

06/03/2017
ĦADDIEMA FIS-SETTUR PUBBLIKU – FTEHIM KOLLETTIV
31544. L-ONOR. STEPHEN SPITERI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se jiġi ffirmat il-ftehim kollettiv il-ġdid għall-ħaddiema fis-Settur Pubbliku li skada f'Diċembru tal-2016? Jista’ jgħid jekk f'dan il-ftehim kollettiv hiex se tiġi indirizzata l-problema ta' pagi baxxi li qed jiffaċċjaw ħaddiema li qegħdin fi skali 15, 16, 17, 18, 19, u 20, peress li persuna li qiegħda bħala Skrivana fi skala 16 qed tispiċċa b'paga ta' madwar €900 nett fix-xahar meta wieħed jaqta' l-bolla u taxxa, u Skrivani fi gradi inqas qed jispiċċaw b'madwar €800 fix-xahar biss, u ma jistgħux ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum?
27/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27528.
Seduta 490

06/03/2017



MINISTERU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI – WHITE PAPERS
31545. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-White Papers kollha maħruġa mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Nitlob lill-Onor. Interpellant, tispeċifika x’dokumenti qiegħda titlob. Il-Ministeru tiegħi ħareġ numru ta’ dokumenti u strateġiji li kienu ukoll miftuħa għal konsultazzjoni pubblika, f’din il-leġislatura li pero’ ma kienux strettament White Papers.
Seduta 490

06/03/2017



AWTORITÀ TAD-DJAR – SKEMA TA’ EQUITY SHARING
31546. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema Equity Sharing maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fl-2007?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, 230 persuna ibbenefikaw mill-Iskema tal-Equity Sharing maħruga mill-Awtorità tad-Djar fl-2007.
Seduta 490

06/03/2017



AWTORITÀ TAD-DJAR – SKEMA
31547. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni bbenefikaw mill-iskema maħruġa mill-Awtorità tad-Djar fis-sena 2008 fejn l-Awtorità tad-Djar kienet tagħti għotja sa massimu ta’ 30% tal-pagamenti annwali tas-self għall-perjodu tal-ewwel 10 snin?
27/02/2017


ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kienu 36 persuna li bbenefikaw mill-Iskema tal-2008 maħruġa mill-Awtorita’ tad-Djar li kienet toffri għotja fuq il-pagamenti tas-self lill-applikanti.
Seduta 490

06/03/2017



PROBLEMA TA’ INFURZAR – KAŻ TA’ INDIVIDWU
31553. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta’ infurzar?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Pulizija tad-Distrett tkellmu mal-persuna ikkonċernata u minn naħa tagħhom ser jieħdu azzjoni għall-infurzar tal-liġi, relatat ma’ l-ilment tal-istess persuna.
Seduta 490

06/03/2017



DAR TAL-ANZJANI – APPLIKAZZJONI – KAŻ TA’ ANZJANA
31554. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward applikazzjoni biex tidħol f’Dar tal-Anzjani?
27/02/2017
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ imsemmi minnu qed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Seduta 490

06/03/2017



METER TAD-DAWL – KAŻ TA’ INDIVIDWU
31555. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward meter tad-dawl?
27/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.
Seduta 490

06/03/2017



PROBLEMI FUQ KONTIJIET TAD-DAWL U L-ILMA – KAŻ TA’ PERSUNA
31556. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward problemi fuq kontijiet tad-dawl u l-ilma?
27/02/2017

ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat minn Arms Ltd. li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u l-każ qed jiġi mistħarreġ.
Seduta 490

06/03/2017



SANTA LUĊIJA – TRIQ IL-BRUKA - TARMAK
31557. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Bruka f’Santa Luċija tingħatax it-tarmak?
27/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Seduta 490

06/03/2017



KUMPENS - KAŻ TA' INDIVIDWU
31559. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?
27/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill- Onorevoli Interpellant biex jindika l-art in kwistjoni fuq pjanta jew jagħti aktar dettalji.
Seduta 490

06/03/2017



KUMPENS - KAŻ TA' INDIVIDWU
31560. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kumpens dwar triq li għaddiet mill-proprjetà tiegħu snin ilu però l-Gvern preċedenti baqa' ma ħallasx lis-sidien?
27/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninsab infurmat minn Transport Malta li nvestigat dan il-każ u ma sabitx lok għal xi kumpens minn naħa tal-Gvern.
Seduta 490

06/03/2017



ĦAL QORMI - TRIQ VALLETTA - TWO WAY
31561. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Valletta f'Ħal Qormi, il-parti minn ħdejn id-daħla tal-Qormi FC sa ħdejn id-dawra għal Triq il-Kanun għadha ma ġietx two-way għar-residenti hekk kif kienet approvata minn Transport Malta u mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn erba' xhur ilu hekk kif muri fil-korrispondenza u l-pjanta li qed jingħataw separatament?
27/02/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każi bħal dawn Transport Malta hija l-Awtorità li tapprova, iżda mhux li timplimenta tali mmaniġġar tat-traffiku.
Seduta 490

06/03/2017



ĦAL QORMI - TRIQ VALLETTA - TWO WAY
31562. L-ONOR. SILVIO SCHEMBRI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Valletta f'Ħal Qormi, il-parti minn ħdejn id-daħla tal-Qormi FC sa ħdejn id-dawra għal Triq il-Kanun għadha ma ġietx two-way għar-residenti hekk kif kienet approvata minn Transport Malta u mit-Traffic Management and Roads Safety Directorate iktar minn erba' xhur ilu hekk kif muri fil-korrispondenza u l-pjanta li qed jingħataw separatament?
27/02/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



PROTEZZJONI SUSSIDJARJA - KRITERJI
31563. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kriterji sabiex persuna tgawdi minn Protezzjoni Sussidjarja? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-kriterji li jwasslu sabiex persuna titlef din il-protezzjoni?
27/02/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja tfisser ċittadin nazzjonali ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li ma tikkwalifikax bħala refuġjat imma li tagħti raġunijiet sostanzjali sabiex jitwemmen li l-persuna interessata, jekk tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, jew fil-każ ta’ persuna mingħajr stat tiffaċċja riskju veru li ssofri dannu serju.
Għall-fini tal-att dwar ir-refuġjati, "dannu serju" tfisser:

(a) il-piena tal-mewt jew eżekuzzjoni; jew

(b) tortura, piena jew trattament mhux uman jew degradanti li applikant iġarrab fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu; jew

(ċ) theddida serja u individwali għall-ħajja ta’ persuna ċivili jew kull persuna minħabba fi vjolenza indiskriminata f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt armat internazzjonali jew intern.


Il-protezzjoni sussidjarja għandha tintemm jekk il-Ministru ikun sodisfatt, wara li jikkonsulta mal-Kummissarju, li dawk iċ-ċirkostanzi li wasslu għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja ma jkunux baqgħu jeżistu jew ikunu daqstant inbidlu li ma tkunx meħtieġa aktar ebda protezzjoni.
Għandu pero jitqies jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi tkunx waħda daqstant sinifikanti u ta’ xorta mhux temporanja li l-persuna eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja ma tkunx għadha aktar tiffaċċa riskju kbir ta’ danni gravi.

Il-Ministru għandu jirrevoka jew jiċħad milli jġedded l-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna apolidi jekk:

(a) wara li tkun ingħatat status ta’ protezzjoni sussidjarja, hija kien imissha tiġi eskluża jew tiġi eskluża milli tkun eliġibbli għall-protezzjoni sussidjarja skont l-artikolu 17(1); jew

(b) meta hija qarrqet bil-fatti jew ħalliet barra xi fatti, inkluż meta setgħet użat dokumenti foloz, dan kien ikun deċiżiv għall-għoti ta’ status ta’ protezzjoni sussidjarja.


Seduta 490

06/03/2017



PROBLEMA TA' DAWL - KAŻ TA' INDIVIDWU
31564. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward problema ta' dawl?
27/02/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ġejt infurmat mill-Enemalta plc li l-persuna msemmija ġiet ikkuntatjata u qed jingħata l-appoġġ meħtieġ.
Seduta 490

06/03/2017



KORP TAL-PULIZIJA - MEMBRI
31577. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta fil-31 ta’ Diċembru 2016?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Korp tal-Pulizija kellu 2,194 membru.
Seduta 490

06/03/2017



KORP TAL-PULIZIJA – MEMBRI RĠIEL U NISA
31578. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm membri rġiel fil-Korp tal-Pulizija fil-31 ta’ Diċembru 2016? Kemm mill-membri kienu nisa?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Korp tal-Pulizija bħala membri kien hemm 1,767 raġel u 427 mara.
Seduta 490

06/03/2017



PULIZIJA - RANKS
31579. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jipprovdi lil din il-Kamra kemm hemm persuni f’kull rank tal-pulizija, rank b’rank f'kull diviżjoni u f'kull distrett?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



PULIZIJA – SPECIAL BRANCH
31580. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jelenka kemm hemm pulizija f’kull special branch tal-pulizija, waħda waħda u r-rank ta’ dawn il-pulizija?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 31579.
Seduta 490

06/03/2017



KORP TAL-PULIZIJA - UFFIĊINI
31581. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija li preżentament jaħdmu fl-uffiċini tal-Korp tal-Pulizija u x’inhi r-rank ta’ dawn il-membri?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Seduta 490

06/03/2017



KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA PART-TIMERS
31582. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija part-timers preżentament fil-Korp tal-Pulizija?
01/03/2017
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat li preżentament hemm 133 Kuntistabbli tar-Riserva, part-timers fil-Korp tal-Pulizija.
Seduta 490

06/03/2017



HERITAGE MALTA – BIGHI - OVERTIME
31593. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex fl-2015, Heritage Malta rrikorriet għal numru kbir ta' sigħat overtime għall-inawgurazzjoni tal-Forti Sant’Anġlu ladarba dan infetaħ għall-pubbliku fl-1 ta' Novembru 2016? Ma jaħsibx li kien ikun iktar għaqli jekk ix-xogħol tqassam aħjar jew jekk is-sit infetaħ uffiċjalment din is-sena?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.

Seduta 490

06/03/2017


HERITAGE MALTA – OVERTIME
31594. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27928, jista' l-Ministru jgħid għaliex f'dawn l-aħħar ftit snin, Heritage Malta dejjem ikollha tirrikorri għall-ħin ta' wara x-xogħol sabiex jispiċċaw ċertu proġetti ta' importanza?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



HERITAGE MALTA – EXPRESSION OF INTEREST GĦAL SENIOR CLERK
31595. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27849, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata taħriġ fuq il-proċeduri ta' reklutaġġ lill-ħaddiema ta' Heritage Malta li huma responsabbli minn dan il-qasam?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



HERITAGE MALTA – SITI U MUŻEWIJIET - WIFI
31596. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk is-siti u l-mużewijiet ta' Heritage Malta li hemm WiFi għall-użu tal-pubbliku? Jista' jgħid meta ħa jsir il-WiFi fis-siti u l-mużewijiet l-oħra li ma għandhomx?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



HERITAGE MALTA – HR CAPACITY BUILDING – CURATORIAL SUPPORT
31597. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27840, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-HR capacity building għas-sena 2017-2018 relatat mas-sezzjoni tal-kuratorjat ta' Heritage Malta?
01/03/2017

ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



HERITAGE MALTA – TALBIET TA’ RAPURTAĠĠ
31598. L-ONOR. KARL GOUDER staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27839, jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba ta' rapurtaġġ relatata mal-Ipoġew ta' Ħal Saflieni ġew miċħuda u jekk Heritage Malta offrietx lis-stock footage li għandha fuq dan is-sit ferm importanti għal skopijiet ta' PR u attivitajiet oħra edukattivi?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Heritage Malta ma żżommx rendikont ta’ talbiet ta’ rappurtaġġ għal kull sit partikolari. Hija policy tal-Aġenzija li ma jsirx filming fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni minħabba raġunijiet ta’ konservazzjoni. Hija prassi li l-istockfootage relatat ma dan is-sit jingħata lil kull min jistaqsi għalih.
Seduta 490

06/03/2017



PUBLIC SERVICE OBLIGATION - GOZO CHANNEL TRANSPORT JOINT VENTURE – VJAĠĠI BIL-VAPURI BEJN MALTA U GĦAWDEX
31605. L-ONOR. FREDERICK AZZOPARDI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31331 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: B'referenza għall-Public Service Obligation (PSO) u l-ftehim li kien sar bejn il-Gvern ta' Malta u l-konsorzju Gozo Channel Transport Joint Venture biex jagħmel vjaġġi bil-vapuri bejn Malta u Għawdex, liema ftehim hu validu sat-30 ta' Settembru 2017, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ sejħa oħra jew jiġi emendat il-PSO eżistenti qabel ma jeskadi dan il-kuntratt/PSO sabiex jiġi introdott il-Fast-Ferry Service bejn Malta u Għawdex?
01/03/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-intenzjoni tal-Gvern hi li l-Fast Ferry Service bejn Malta u Għawdex ikun kopert fis-sejħa ġdida għall-PSO. Dan ifisser li l-PSO il-ġdid ikun ikopri kemm il-conventional ferry service (passiġġieri u vetturi) kif ukoll il-fast ferry service (passiġġieri biss).
Seduta 490

06/03/2017



SEA MALTA – ĦLAS LILL-EX IMPJEGATI
31648. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31051 rigward ħlas lill-ex impjegati tas-Sea Malta, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?
01/03/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31051.
Seduta 490

06/03/2017



ĦAL TARXIEN – TRIQ IŻ-ŻEJTUN – KUNDIZZJONI TA’ TRIQ
31649. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 31056 rigward Triq iż-Żejtun f’Ħal Tarxien, jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Ministru konċernat?
01/03/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ta’ taqax taħt ir-responsabilta’ tal-Ministeru tiegħi, għaldaqstant nitolbu jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 31056.
Seduta 490

06/03/2017



SIT ARKEJOLOĠIKU TAS-SILĠ - ILQUGĦ
31650. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ġew meħuda tul is-sena li għaddiet dwar is-sit arkeoloġiku magħruf bħala Tas-Silġ ġewwa Marsaxlokk? Jista’ jara li l-ilqugħ li kien sar temporanjament, jiġi rimedjat?
01/03/2017
ONOR. OWEN BONNICI: Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ghadha qed tingabar.
Seduta 490

06/03/2017



ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL - UNIONS
31651. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?
01/03/2017
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kundizzjonijiet applikabli huma pubbliċi u jinsabu fil-Manual on Special Leaves (sezzjoni 4.1). Estratt tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
In-numru ta’ haddiema assenjati ma’ Unions huwa 27.
Seduta 490

06/03/2017



ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL - UNIONS
31652. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Jista’ jindika kemm hemm persuni hekk assenjati?
01/03/2017
ONOR. EVARIST BARTOLO: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 31651.
Seduta 490

06/03/2017


ĦADDIEMA TAĊ-ĊIVIL - UNIONS
31653. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-kondizzjonijiet preżenti ta’ ħaddiema fiċ-Ċivil li huma assenjati ma’ unions tal-ħaddiema? Tista’ tindika kemm hemm persuni hekk assenjati?
01/03/2017
ONOR. HELENA DALLI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistqosija Parlamentari 31651.
Seduta 490

06/03/2017



TRANSPORT MALTA – DIRECT ORDERS
31680. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ direct orders mogħtija minn Transport Malta minn Marzu 2013 ’il hawn u jindika għal liema skop ingħataw u l-valur ta’ kull waħda?
01/03/2017
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni mitluba, tinġabar.
Seduta 490

06/03/2017



PERSUNI INVOLUTI F’INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
31681. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni; u jekk hemm, jelenka l-persuni mingħajr ma jiżvela l-identità; li kienu involuti f’inċidenti tat-traffiku aktar minn darba, fejn l-inċidenti rriżultaw f’fatalità, korriment jew diżabilità lill-vittmi rispettivi? Għal kull persuna, jista’ jgħid ukoll l-inċident li kien involut fihom bħala sewwieq, id-data ta’ kull inċident u l-impatt fuq il-vittma?
01/03/2017
Yüklə 60,24 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə