Dibattiti tal-kamra tad-deputati



Yüklə 183,94 Kb.
səhifə3/10
tarix15.08.2018
ölçüsü183,94 Kb.
#62703
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

TQEGĦID TA’ KARTI



ONOR. HELENA DALLI (Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja tar-rapport annwali tal-Kummissjoni kontra l-Vjolenza Domestika għall-perjodu Marzu 2014 u Frar 2015 skont l-Artiklu 6 ta’ Kap. 481 tal-Liġijiet ta’ Malta;
f’isem il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar impjegati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li huma fuq kuntratt definittiv sas-sena 2014, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16818;
Tagħrif dwar il-kuntratti ta’ xogħol ta’ tindif u sigurtà li hemm fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol sal-aħħar tas-sena 2014, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16819; u
f’isem il-Ministru għal Għawdex inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tabella li turi s-salarju u l-perkaċċi li kellu membru tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel bejn Lulju 2008 u April 2013, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17062.
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Owen Bonnici.

ONOR. OWEN BONNICI (Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 203 tal-2015 – Avviż ta’ Bidu fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet tal-Att tal-2015 dwar il-Kunsill Malti għall-Arti (Att Nru XV tal-2015);
f’isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Tagħrif dwar positions of trust fid-dekasteru li għalih hu responsabbli l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 16146; u
f’isem il-Ministru għall-Finanzi nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Avviż Legali Nru 204 tal-2015 – Regolamenti tal-2015 li jemendaw ir-Regolamenti dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud (Ħlas lura lil persuni mhux residenti).
MR SPEAKER: Grazzi. Il-Ministru Edward Zammit Lewis.
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS (Ministru għat-Turiżmu): Sur President, inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra:
Kopja ta’ Liċenzja ta’ Bar Second Class għall-istabbiliment Shelley’s Bar fiż-Żurrieq, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17162;
Tagħrif dwar is-salarju u perkaċċi ta’ Chief Marketing Officer fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17227; u
Tagħrif dwar is-salarju u perkaċċi ta’ Chief Officer Strategic Development, Deputy to the CEO, fl-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 17228.
MR SPEAKER: Grazzi. Ngħaddu għall-Kumitati Permanenti u nsejjaħ lill-Onor. Marlene Farrugia.

KUMITATI PERMANENTI



ONOR. MARLENE FARRUGIA (President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tal-Iżvilupp): Sur President, nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-Laqgħat nri 1 sa 17 li saru bejn it-3 ta’ Ġunju 2013 u t-2 ta’ Ġunju 2015.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Tonio Fenech.
ONOR. TONIO FENECH (President tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Sur President, nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-Laqgħat Nri 43, 47, 54, 55, 58, 60, 61 u 63 li saru bejn is-17 ta’ Ġunju 2014 u s-16 ta’ Marzu 2015.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Jason Azzopardi.
ONOR. JASON AZZOPARDI (President ad hoc tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi): Sur President, nippreżenta l-minuti kkonfermati tal-Laqgħat Nri 40, 44 sa 46, 48 sa 53, 57, 59, 62, 64 u 66 li saru bejn it-12 ta’ Marzu 2014 u d-19 ta’ Mejju 2015.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Deborah Schembri.
ONOR. DEBORAH SCHEMBRI (President ad hoc tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi): Sur President, ninforma lill-Kamra li l-Abbozz ta’ Liġi fuq Azzjoni dwar il-Klima għadda mill-istadju ta’ Kumitat b’emendi.
MR SPEAKER: Grazzi. L-Onor. Ċensu Galea.

PUNT IMQAJJEM MILL-ONOR. ĊENSU GALEA



ONOR. ĊENSU GALEA: Sur President, irrid nagħmel punt żgħir. Naf li s-Sedja m’għandhiex poter tindaħal fir-risposti li jingħataw però nitolbok tinvestiga r-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari nri 17,178 u 17,194 għax dawn jipprovaw jirredikolaw lil min għamel il-mistoqsijiet, li f’dan il-każ huwa jien.
MR SPEAKER: Onor. Ċensu Galea, is-Sedja se tara l-ilment tiegħek. Stqarrijiet Ministerjali? Mozzjonijiet. L-Onor. Justyne Caruana.

MOZZJONIJIET

ABBOZZ TA’ LIĠI BIEX JEMENDA

L-ATT DWAR OPPORTUNITAJIET INDAQS (PERSUNI B’DIŻABILITÀ)



ONOR. JUSTYNE CARUANA (Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva): F’isem il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att tal-2015 biex jemenda l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) Kap. 413, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari u konsegwenzjali għal dan”.
MR SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.
MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att tal-2015 biex jemenda l-Att dwar l-Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżablità) Kap. 413, u biex jipprovdi għal ħwejjeġ anċillari u konsegwenzjali għal dan”, ikun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con u l-Abbozz ta’ Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.

ABBOZZ TA’ LIĠI BIEX JIPPROVDI GĦALL-UŻU MILL-ĠDID

TAL-INFORMAZZJONI TAS-SETTUR PUBBLIKU GĦALL-ĦWEJJEĠ ANĊILLARI JEW KONSEGWENZJALI GĦAL DAN



MR SPEAKER: Il-Ministru Helena Dalli.
ONOR. HELENA DALLI: F’isem il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar nipproponi l-Ewwel Qari tal-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jipprovdi għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali għal dan.”
MR SPEAKER: Min jissekonda?
ONOR. JOE DEBONO GRECH: Nissekonda.
MR SPEAKER: Il-mistoqsija hi li l-Abbozz ta’ Liġi msejjaħ “Att biex jipprovdi għall-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku għal ħwejjeġ anċillari jew konsegwenzjali għal dan”, ikun moqri l-Ewwel Darba. Dawk favur? (Onor. Membri: Aye) Dawk kontra? Agreed.
Il-mozzjoni għaddiet nem. con. u l-Abbozz ta’ Liġi ġie moqri l-Ewwel Darba.


Yüklə 183,94 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə