Dibattiti tal-kamra tad-deputati


L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG



Yüklə 183,94 Kb.
səhifə8/10
tarix15.08.2018
ölçüsü183,94 Kb.
#62703
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

17007. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex membri tal-istaff tal-Isptar Karen Grech qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qieghed issir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti.

DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA – SOCIAL WORKERS
17008. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social workers jaħdmu mad-Dipartiment tas-Saħħa u kif inhuma allokati skont l-isptarijiet u health centres differenti?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mad-Dipartiment tas-Saħħa hemm 52 social worker.

SPTAR MONTE CARMELI – PROBLEMA BL-ARJA KUNDIZZJONATA
17009. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fil-ġimgħa bejn it-8 u t-12 ta’ Ġunju 2015 kienx hemm problema bl-arja kundizzjonata tal-Isptar Monte Carmeli? Jista’ jikkonferma jekk din il-ħsara waslitx biex pazjenti rġiel jieħdu azzjoni u jirrifjutaw li jieħdu l-mediċina tagħhom?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħa msemmija kien hemm rappurtar ta’ ħsarat f’erbgħa mit-12 il-AC unit. Il-ħsarat ġew imsewwija mill-kuntrattur.

Il-pazjenti kollha ħadu l-mediċina preskritta għalihom fil-ħin tas-soltu.



KARTUNA S-SAFRA – KAŻ TA’ INDIVIDWU
17038. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward il-kartuna s-safra?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l–każ qed jiġi investigat.

SKEMA TA’ ASSISTENZA LILL-ORGANIZZAZZJONIJIET MHUX GOVERNATTIVI
17039. L-ONOR. FREDRICK AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għal Għawdex: B’referenza għall-iskema ta’ assistenza lill-Organizzazzjonijiet mhux Governattivi, liema skema skont l-Estimi Finanzjarji għas-sena 2015, eżattament taħt Line Item 5274 hemm allokat 50,000 Ewro, jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk l-NGOs li applikaw għall-assistenza taħt din l-iskema fl-ewwel sejħa li għalqet fi Frar li għadda? Jista’ jgħid kemm hu l-ammont ta’ flus li ġew allokati għal din l-ewwel sejħa?
ONOR. ANTON REFALO (Ministru għal Għawdex): Ninsab infurmat li l-Ministeru għal Għawdex irċieva b’kollox 115-il applikazzjoni għas-sejħa għall-assistenza finanzjarja lill-NGOs u li l-ammont ta’ flus allokat għal dan l-iskop kien ta’ €43,101.44.

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17040. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?

ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’jifhem eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra.

DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET EWROPEJ U T-TWETTIQ TAL-MANIFEST ELETTORALI – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17041. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?
ONOR. LOUIS GRECH (Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Ewropej u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali): Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ impjegati (eskluż is-Segretarjati Privati) li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru li jinkludi l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, l-Informaton Management Unit, il-Corporate Services Directorate, il-Policy Development and Programme Implementation Directorate, il-Planning and Priorities Co-ordination Division, il-Funds and Programmes Division, l-EU Secretariat, ir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u l-Presidency Unit kien ta’ 209 f’Marzu 2013 u llum jammonta għal 265. Din id-differenza hija dovuta għal tisħiħ ta’ strutturi amministrattivi partikolarment b’rabta mal-Presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropea 2017 kif ukoll funzjonijiet oħra.
Ninsab infurmat li ħadd minn dawn il-persuni li kienu impjegati qabel Marzu 2013 u wara, ma huma uffiċjalment rikonoxxut bħala persuna b’diżabilità.

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17042. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?
ONOR. GEORGE VELLA (Ministru għall-Affarijiet Barranin): Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Marzu 2013 fil-Ministeru u d-dekasteru tiegħu kien hemm 446 ħaddiema impjegati li tnejn minnhom huma reġistrati uffiċjalment bħala persuni b’diżabilità. F’Mejju 2015, il-ħaddiema impjegati fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u d-dekasteru li jaqa’ taħtu, ammontaw għal 431 li tnejn minnhom huma reġistrati uffiċjalment bħala persuni b’diżabilità.
Fi ħdan l-International Institute for the Ageing (INIA), f’Marzu 2013 kellhom seba’ impjegati u f’Mejju 2015 kellhom tmien impjegati. Ħadd minn dawn il-ħaddiema mhuma reġistrati bħala persuni b’diżabilità.

MINISTERU GĦAT-TURIŻMU – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17043. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex qabel xejn, jiċċara għalxiex qed jirreferi eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra, u jekk hux qed jirreferi għall-ingaġġi ġodda li setgħu saru b’mod permanenti jew adirittura għal ingaġġi ġodda ta’ persuni b’diżabilità.

MINISTERU GĦAT-TRASPORT U L-INFRASTRUTTURA – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17044. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?
ONOR. JOE MIZZI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika jekk hux qed jirreferi wkoll għal dawk l-impjegati li għadhom taħt probation.

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – IMPJEGATI B’DIŻABILITÀ
17045. L-ONOR. CHARLÒ BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra li taqa’ taħtu, minn Marzu 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn kienu persuni uffiċjalment rikonoxxuti bħala persuni b’diżabilità?
ONOR. OWEN BONNICI: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara x’jifhem eżatt b’persuni impjegati ma’ xi dipartiment jew kwalunkwe entità oħra.

PROĠETT TA’ MANOEL ISLAND
17061. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jagħti rendikont fiex wasal il-proġett ta’ Manoel Island, il-Gżira?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett imsemmi ma jaqax taħt ir-responsabilità tal-Ministeru tiegħi.

MINISTERU GĦAL GĦAWDEX – INGAĠĠ TA’ PERSUNA
17062. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għal Għawdex: Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
ONOR. ANTON REFALO: Ninsab infurmat li l-persuna msemmija kellha kariga bħala membru tal-Bord tad-Diretturi tal-kumpanija Gozo Channel. Ġiet maħtura f’din il-kariga b’mod dirett fl-24 ta’ Lulju 2008 u żammet din il-kariga sad-19 ta’ April 2013. Matul dan il-perjodu, il-pakkett tar-rimunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi, kienu kif murija fit-tabella li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INGAĠĠ TA’ PERSUNA
17063. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li ebda dipartiment u/jew entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma għamel użu mis-servizzi tal-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant.

MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INGAĠĠ TA’ PERSUNA
17064. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INGAĠĠ TA’ PERSUNA
17065. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA (Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, KULTURA U GVERN LOKALI – INGAĠĠ TA’ PERSUNA
17066. L-ONOR. ANTHONY AGIUS DECELIS staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’irwol kellha l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw b’mod separat, f’xi kumpanija, bord, entità, awtorità, aġenzija, dipartiment, fondazzjoni, korporazzjoni jew tribunal li jaqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, bejn l-2008 u Marzu 2013? Jista’ jgħid jekk inħatritx b’sejħa jew b’għażla diretta? Jista’ jgħid kemm damet tokkupa kull kariga b’mod separat? Jista’ jgħid x’kien il-pakkett ta’ rimunerazzjoni li kellha, inkluż il-perkaċċi kollha?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant kienet membru tal-Bord tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti minn Awwissu 2008 sa Marzu tal-2013. Ir-rimunerazzjoni kienet onorarja annwali ta’ €2,795.26. Ġiet appuntata mill-Ministru inkarigat mill-Kultura taż-żmien imsemmi.

Ebda dipartiment u/jew entità oħra ma għamlet użu mis-servizzi ta’ din il-persuna fil-perjodu msemmi.



IR-RABAT – AREA TAS-SALIB – INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU
17079. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il inċident tat-traffiku sar fl-area magħrufa Tas-Salib, limiti tar-Rabat (fejn l-ex-fabbrika tal-mushrooms) bejn l-1 ta’ Mejju 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fl-assenza tal-isem tat-triq relatata mat-talba tal-Interpellant, ma kenitx possibbli li tiġi identifikata fl-area msemmija, minħabba li din l-area hi f’żona rurali.
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tkun aktar speċifika għal liema triq qed tirreferi.

ELECTROGAS – ĦLAS MALL-IFFIRMAR TAL-KUNTRATT
17080. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm l-Electrogas ħallset s’issa mit-€30 miljun li suppost kellha tħallas mal-iffirmar tal-kuntratt għall-art li ngħatat? Jista’ jpoġġi kopja ta’ dan il-kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15700.

POWER STATION IL-ĠDIDA – SECURITY OF SUPPLY AGREEMENT
17081. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar Security of Supply Agreement fir-rigward tal-power station il-ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-agreement qiegħed jiġi studjat mill-Kummissjoni Ewropea.

POWER STATION IL-ĠDIDA – POWER PURCHASE AGREEMENT
17082. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jikkonferma li sar Power Purchase Agreement fir-rigward tal-power station il-ġdida? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li iva, sar Power Purchase Agreement. Ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni u d-dokumenti li qed jiġu mitluba għandhom valur kummerċjali għal Enemalta plc u entitajiet oħra involuti. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

XIRI TA’ ELETTRIKU MILL-GRID EWROPEA
17083. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtara elettriku mill-grid Ewropea permezz tal-interconnector f’Marzu, April u Mejju 2015? B’liema rata nxtara?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali għal Enemalta plc. L-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.

POWER STATION – UŻU TA’ HEAVY FUEL OIL
17084. L-ONOR. MARTHESE PORTELLI staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm intuża heavy fuel oil mill-power station bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’ħażna ta’ heavy fuel oil kien hawn f’Malta fl-aħħar ta’ Mejju 2015?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt mgħarraf mill-Enemalta plc li l-informazzjoni mitluba għandha valur kummerċjali u l-iżvelar tat-tagħrif mitlub jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.


UFFIĊĊJU TAL-VAT – PROPRJETÀ TAL-GVERN
17127. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħarraf lill-Kamra:
(a) Jekk il-bini fejn hemm l-uffiċċji tal-VAT f’Birkirkara humiex proprjetà tal-Gvern jew mikrijin? Jekk mikrijin, mingħand min u kemm titħallas kera? Kemm ilhom jinkrew u b’liema rati?

(b) Jekk hi proprjetà tal-Gvern, mingħand min inxtraw u b’liema prezz u kif intgħażlet li tinxtara?


ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BELT VALLETTA - TINDIF
17128. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif tal-Belt Valletta? Kemm jiswa fis-sena dan is-servizz? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu s-servizzi ta’ konvenjenza pubblika fil-Belt? Jista’ jgħid fejn u jagħti timeframe? Hemm xi ħsieb li jiżdied is-servizz ta’ indafa bi preparazzjoni għal Valletta 18?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif tal-Belt Valletta huwa fir-responsabilità tal-Kunsill Lokali Valletta, b’eċċezzjoni taċ-ċentru kummerċjali u Pjazza Kastilja li jitnaddaf mid-Direttorat għat-Tindif (dejjem rigward knis u ħasil ta’ toroq).
Rigward skart li jinġabar minn wara r-residenzi kif ukoll skart tal-ħwienet, sal-lum huwa fir-responsabilità tal-Kunsill Lokali. Stabbilimenti kummerċjali bħal ristoranti u bars, għandhom il-kuntratturi privati tagħhom sabiex jinġabar l-iskart li jiġġeneraw.
Min-naħa tad-Direttorat għat-Tindif, is-servizz jiġi jiswa €170,000 f’pagi, allowances u materjal li hemm bżonn għat-tindif. Rigward l-ispiża mill-Kunsill Lokali, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Hemm diversi inizjattivi ġodda li diġà bdew u ser ikomplu jittieħdu inkonnessjoni ma’ Valletta 2018.
Ġie introdott shift ġdid matul il-lejl fejn qed isir xogħol ta’ knis u tbattil ta’ kontenituri tal-iskart. B’hekk solvejna l-problema ta’ influss ta’ skart fuq il-pavimentar taċ-ċentru kummerċjali, partikolarment minn stabbilimenti tal-ikel. Qed isir ukoll xogħol ta’ tindif u ħasil fiċ-ċentru kummerċjali nhar ta’ Tnejn, Erbgħa u Ġimgħa matul il-lejl.
Inizjattiva oħra ġdida hija ħasla b’kimika apposta fil-pjazza tal-parlament il-ġdid u l-pavimentar tal-madwar, sabiex jitneħħa l-ħmieġ li jkun trabba bil-moviment tan-nies.
Qed tingħata attenzjoni ikbar ukoll liż-żona tal-bus terminus. Matul ix-xhur tas-sajf, iż-żona kollha tal-bus terminus ser tkun qed tinħasel matul il-lejl kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis u Ħadd.
Inizjattiva oħra hija tat-tneħħija ta’ chewinggum minn fuq il-pavimentar fiż-żona ċentrali tal-Belt Valletta permezz ta’ apparat apposta.
Hemm il-ħsieb ukoll li jinbidlu l-kontenituri kollha tal-iskart fiċ-ċentru tal-Belt Valletta u żoni oħra prominenti. Proprju bħalissa, qed issir koordinazzjoni sħiħa bejn l-entitajiet kollha konċernati sabiex jiġi identifikat l-aħjar kontenitur għal belt kapitali. Għall-ewwel darba ser ikun hemm tip ta’ kontenitur wieħed għall-belt kapitali.
Sar investiment fuq pedestrian sweeper li ser tkun it-tieni waħda li qed taħdem fiċ-ċentru kummerċjali tal-Belt.
Żdiedu wkoll il-frekwenzi ta’ tindif fi Triq l-Assedju l-Kbir, jew inkella magħrufa aħjar bħala r-ring road tal-Belt. Dan sabiex insaħħu iktar l-indafa fiż-żoni tal-Mużew tal-Gwerra, St Elmo u l-MCC, liema rotta tibqa’ sejra sal-Valletta Waterfront, fejn hemmhekk ukoll għandna persuna li tiknes ir-rotta sal-Marsa.
Rigward servizzi ta’ konvenjenza pubblika, id-Direttorat għat-Tindif, kif ukoll il-Kunsill Lokali Valletta, huma fir-responsabilità ta’ strutturi eżistenti. Rigward inizjattivi ġodda f’dan is-settur, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħ’ATTARD - TRIQ SAN ANTON - TRAFFIKU
17160. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li t-traffiku li jkun ħiereġ minn Triq Ġużeppi Portelli f’Ħal Lija fi Triq San Anton f’Ħ’Attard ma jiġix permess jipproċedi lejn Ħ’Attard iżda biss lejn Ħal Balzan għar-raġuni li Triq San Anton hija dejqa wisq għat-traffiku f’żewġ direzzjonijiet, apparti li dan it-traffiku joħloq periklu kbir għall-persuni li jkunu deħlin jew ħerġin mill-Kitchen Garden tal-President?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li r-residenti taż-żona ta’ Triq Ġużeppi Portelli jistgħu joħorġu biss minn Triq San Anton jew minn Triq Annibale Preca, liema żewġ toroq huma dojoq. Infurmat ukoll li Triq San Anton hija l-uniku aċċess għal dawn ir-residenti sabiex imorru lejn it-Tramuntana ta’ Malta. Għaldaqstant, minħabba raġunijiet ta’ ċirkolazzjoni tat-traffiku, tali talba ma tistax tiġi kkunsidrata f’dan il-mument.

IL-BELT VALLETTA - TRIQ SAN MARK U TRIQ ŻEKKA - TABELLI U MARKI TAT-TRAFFIKU
17161. L-ONOR. CHARLES BUHAGIAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara li jiġu ffriskati t-tabelli u l-marki tat-traffiku fil-junctions mat-Triq ta’ Marsamxett li tilwi għal Triq San Mark u bejn Triq San Mark u Triq Żekka fil-Belt Valletta peress li dawn jintużaw ħafna bħala l-unika dħul għaċ-ċentru tal-Belt u peress li sikwiet ikun hemm inċidenti f’dawn il-junctions u kultant sfortunatament anke fatali?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li dan huwa xogħol ta’ manutenzjoni ta’ toroq tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant tali xogħol huwa taħt ir-responsabilità tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
IŻ-ŻURRIEQ – PERMESSI GĦAL BAR
17162. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16468 fejn tlabt (sezzjoni C) sabiex jitpoġġew kopji tal-liċenzji kollha maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu mill-2002 sal-2015 (14 b’kollox) sabiex dan il-bar seta’ jopera irrelevanti mill-ismijiet li kellu qabel u li għandu llum, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ dawn il-liċenzji biex jopera peress li ma tpoġġewx u minflok, kulma tpoġġa huma d-dettalji tal-istess imsemmi ħanut?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja tal-bar li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija parlamentari għandu liċenzja waħda illi tiġi mġedda sena wara sena, b’kuntratt identiku kull sena. Kopja tal-liċenzja kurrenti tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

ĦLAS GĦAL LIĊENZJI TA’ VETTURI PRIVATI IMPORTATI MIR-RENJU UNIT
17163. L-ONOR. JOE FARRUGIA staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jorħsu l-liċenzji ta’ vetturi privati importati mir-Renju Unit b’sistema ta’ dual fuel (petrol u gass) minħabba li dawn inġustament iħallsu liċenzji għolja ħafna bbażata fuq l-emissions li jħalli l-petrol meta dawn is-sidien ovvjament iħaddmu l-vettura fuq LPG minħabba li huwa ekonomiku ħafna iktar mill-petrol u dan filwaqt li vettura tal-istess mudell, l-istess sena ta’ manifattura u taħdem bil-petrol imma ta’ tip commercial, tħallas biss liċenzja ta’ €350 u sidien tal-istess vettura privata li hija dual fuel tħallas €1057, liema ammont jirrifletti ftit inqas mill-valur fis-suq tal-istess vettura?
ONOR. EDWARD SCICLUNA (Ministru għall-Finanzi): Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Yüklə 183,94 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə