Dibattiti tal-kamra tad-deputati


MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



Yüklə 183,94 Kb.
səhifə7/10
tarix15.08.2018
ölçüsü183,94 Kb.
#62703
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

MISTOQSIJIET GĦAL TWEĠIBIET ORALI MWIEĠBA BIL-MIKTUB



FREEPORT – KARIGA TA’ CHIEF SECURITY OFFICER
16144. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15432 u jgħid jekk il-kariga ta’ Chief Security Officer jew simili, fil-Freeport, hijiex okkupata minn membru tal-Korp tal-Pulizija? Jekk iva, dan sar wara sejħa pubblika jew le?
ONOR. CHRIS CARDONA (Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar): Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kariga ta’ Chief Security Officer mal-Malta Freeport Corporation Ltd hija okkupata minn membru li ġie sekondat mill-Korp tal-Pulizija.

FREEPORT – SURĠENT TAL-PULIZIJA
16145. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15433 u jgħid fuq liema bażi s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, qed jaħdem il-Freeport? X’inhuma l-kwalifiki li jagħmluh idoneju għax-xogħol ta’ security li qed iwettaq? X’inhi l-kariga li qed jokkupa?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-surġent tal-pulizija li d-dettalji dwaru ngħataw separatament, qed jiġi impjegat on secondment mill-Korp tal-Pulizija fil-kariga ta’ Chief Security Officer. L-irwol u l-ħidma tiegħu fil-Korp tal-Pulizija jagħmluh idoneju għal din il-pożizzjoni.
Wieħed ifakkar li s-Sur Ernest Tonna kien inħatar Chief Security Officer bħala person of trust mill-Amministrazzjoni preċedenti.

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR – IMPJEGATI F’POSITION OF TRUST
16146. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15444, 14740 u 14170 u jelenka liema huma l-positions of trust li hemm fi ħdan l-Uffiċċju tiegħu u l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li jaqgħu taħtu?
ONOR. CHRIS CARDONA: L-informazzjoni mitluba tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

KORP TAL-PULIZIJA – PULIZIJA LI RTIRAW
16147. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pulizija rtira mill-Korp tal-Pulizija f’kull perjodu li dam kull Kummissarju tal-Pulizija (inkluż kemm ilu l-Kummissarju preżenti) minn meta kien hemm l-ewwel bidla fil-kariga ta’ Kummissarju tal-Pulizija fl-2013?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ pulizija li rtiraw wara 25 servizz u/jew bl-età, minn meta kien hemm l-ewwel bidla fil-kariga ta’ Kummissarju mill-2013 ’il hawn, kienu hekk:
1. Kummissarju Peter Paul Zammit - 72

2. Aġent Kummissarju Raymond Zammit - 15



3. Kummissarju Michael Cassar - 38
MARSASKALA - FORTI SAN LEONARDU
16244. L-ONOR. JASON AZZOPARDI staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’titolu legali hemm fuq il-Forti San Leonardu, limiti ta’ Marsaskala? Għal liema skop jintuża?
ONOR. JOSEPH MUSCAT (Prim Ministru): Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-titolu legali li hemm fuq Forti San Leonardu huwa dak ta’ kirja. Il-kirja oriġinali tinkludi kundizzjoni li din il-proprjetà tintuża biss għat-trobbija ta’ baqar u/jew barrin u għal ebda annimali oħrajn bla permess speċifiku tad-Direttur tal-Agrikoltura.

MUŻEW TAL-ARKEOLOĠIJA - VIŻITATURI
16799. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ viżitaturi li ħallsu li żaru l-Mużew tal-Arkeoloġija fis-snin 2013 u 2014?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li ħallsu fl-2013 kien ta’ 62,251, filwaqt li fl-2014 kien ta’ 65,757.

DIPARTIMENT TAS-SAĦĦA – XIRI TA’ MAGNI TAL-KLIEWI
16800. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 16275, 15510 u 14850, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jinxtraw magni ġodda tal-kliewi? Jista’ jgħid jekk dan hux se jsir tul din is-sena?
ONOR. KONRAD MIZZI (Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa): Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed jitħejjew it-tender documents sabiex numru ta’ magni jinbidlu fil-ġejjieni qarib.

IMPJEGATI PART-TIME
16817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Marzu 2015? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala xogħol primarju? Kemm minnhom kellhom part-time u full-time job? Kemm minnhom kienu nisa u kemm minnhom kienu rġiel?
ONOR. EVARIST BARTOLO (Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol): Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant dwar in-numru ta’ ħaddiema rġiel u nisa li jaħdmu fuq bażi part-time fl-aħħar ta’ Diċembru 2014, li huma l-aħħar figuri ppubblikati, hu kif se nsemmi:





Għandhom xogħol part-time bħala xogħol primarju

Għandhom kemm xogħol part-time kif ukoll xogħol full-time

Total ta’ ħaddiema li għandhom xogħol part-time

Rġiel

13,946

15,689

29,635

Nisa

20,111

7,691

27,802

Total

34,057

23,380

57,437



MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – ĦADDIEMA FUQ KUNTRATT DEFINIT
16818. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq kuntratt ta’ xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm kuntratti huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena u kemm iktar? Jista’ jindika kemm kienu ta’ sess maskil u kemm ta’ sess feminil?
ONOR. EVARIST BARTOLO: It-tabella bit-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – KUNTRATTI GĦAL XOGĦOL TA’ TINDIF U SIGURTÀ
16819. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014? Jista’ jindika kemm persuni kienu effettivament ingaġġati fuq dawn il-kuntratti u jaħdmu fil-Ministeru u l-entitajiet l-oħra kollha, inkluż il-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm kien hemm kuntratti għal xogħol ta’ tindif jew sigurtà sal-aħħar tas-sena 2014 fil-Ministeru, inkluż id-Direttorati u l-Kulleġġi, u l-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra waqt il-ħin ta’ Tqegħid ta’ Karti.

MINISTRU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – PARTEĊIPAZZJONI F’LAQGĦAT BARRA MINN MALTA
16820. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat barra mill-pajjiż u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fis-sitt xhur li jibdew mal-Presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li se nattendi l-laqgħa informali għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali fil-Lussemburgu fis-16 u s-17 ta’ Lulju.
Laqgħat oħra li se jsiru fis-sitt xhur li jmiss li jibdew mal-Presidenza l-ġdida tal-Unjoni Ewropea huma:
- il-laqgħa għall-Ministri tal-Isport li se ssir fis-6 u s-7 ta’ Lulju u li se jattendi għaliha l-Onor. Chris Agius;

- il-laqgħa informali tal-Kunsill tal-Kompetittività tal-20 u l-21 ta’ Lulju. L-Onor. Chris Agius se jkun qed jattendi t-tieni ġurnata, ċjoè fil-21 ta’ Lulju fejn se tiġi diskussa r-riċerka u l-innovazzjoni.


Għadu ma ġiex deċiż min se jattendi għal-laqgħat tal-Kunsill għall-Ministri tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali tal-5 u s-6 ta’ Ottubru u tas-7 u t-8 ta’ Diċembru. Għadu ma ġiex deċiż lanqas min se jattendi għal-laqgħa tal-Kunsill għall-Ministri tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport tat-23 u l-24 ta’ Novembru.

GLOUCESTER SEA GLADIATOR “FAITH” - ĦSARA
16854. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16398, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-Gloucester Sea Gladiator “Faith” ma ġarrab l-ebda ħsara waqt it-trasport tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ l-Ministru jgħidilna x’kienet ir-raġuni għaliex saret din l-ħsara u x’miżuri ħadet Heritage Malta sabiex tiġi msewwija din il-ħsara?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Gladiator Faith ma ġarrab l-ebda ħsara waqt it-trasport ħlief għal għafsa żgħira li ġiet rimedjata minnufih. Kif ingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16398, dawn huma affarijiet verament żgħar li wieħed jista’ jistenna f’operazzjonijiet ikkumplikati bħal dawn.
Nirringrazzja lill-ħaddiema ta’ Heritage Malta li kapaċi jidħlu għal xogħol diffiċli bħal dan.

HERITAGE MALTA – TIBDIL FIL-MIRI TAL-PERFORMANCE AGREEMENT TAS-CEO
16855. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15785, jista’ l-Ministru jikkonferma li filwaqt li Heritage Malta ħasset il-ħtieġa li tibdel xi miri ta’ xi Managers/Senior Curators, il-miri tas-CEO ma ġewx mibdula? Jekk fil-pożittiv, ma jaħsibx li kieku kien ikun iktar għaqli jekk il-miri tas-CEO ġew mibdula biex jinkorporaw il-funzjoni tal-Human Resources kif ukoll li jassigura li l-Heads jilħqu l-miri kollha tagħhom?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-miri tas-CEO, flimkien ma’ oħrajn, ma kienx hemm ħtieġa li jinbidlu. Rigward il-funzjoni tal-HR, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 13338 u 16007.

HERITAGE MALTA – BAĠIT GĦAT-TAĦRIĠ TAL-IMPJEGATI
16856. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħidilna għaliex il-budget ta’ Heritage Malta relatat mat-training ġie mnaqqas? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-training programme li diġà sar fl-ewwel sitt xhur tas-sena u dawk li huma ppjanati għat-tieni nofs tas-sena?
ONOR. OWEN BONNICI: Il-baġit għat-taħriġ ta’ Heritage Malta ma naqasx. Ġara li fis-snin preċedenti l-allokazzjoni għal taħriġ kienet ferm ogħla minn dak li attwalment kien qed jintuża. Għalhekk, il-baġit għas-sena 2015 ġie rivedut biex jirrifletti l-spiża attwali fis-snin preċedenti. Jiġifieri effettivament il-baġit baqa’ fl-istess livell.
Infurmat minn Heritage Malta li ġie deċiż li l-flus li ġew allokati jintużaw sabiex ikopru sponsorships għal impjegati li jkollhom bżonn isegwu tagħlim f’suġġetti relatati max-xogħol tagħhom. Bħalissa hemm disa’ impjegati li qed igawdu minn dan l-inċentiv, li ħamsa minnhom bdew l-istudji tagħhom din is-sena.

HERITAGE MALTA – AKKWIST TA’ EQUALITY MARK MOGĦTI MILL-NCPE
16857. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħidilna fiex wasal il-proċess sabiex Heritage Malta takkwista l-Equality Mark mogħti mill-NCPE? Jista’ jelenka wkoll il-miżuri li Heritage Malta ħadet sabiex tkun konformi għall-EqualityMark?
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li Heritage Malta ma applikatx sabiex ikollha din il-marka. Indipendentement minn dan, l-aġenzija qatt ma kella diffikultajiet marbuta ma’ din il-materja, kif wara kollox ġie ddikjarat fil-ftehim kollettiv.

DIPARTIMENT TAL-AGRIKOLTURA – QLUGH TA’ SIĠAR PROTETTI
16879. L-ONOR. TONI BEZZINA staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il permess inħareġ mid-Dipartiment tal-Agrikoltura sabiex siġar protetti jiġu maqlugħa mit-13 ta’ Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Fejn dawn s-siġar ġew maqlugħa bil-kondizzjoni li jitħawlu siġar oħra sabiex jikkompensaw, jista’ jgħid jekk id-Dipartiment tal-Agrikoltura jagħmilx moniteraġġ ta’ fejn dawn is-siġar ikunu tħawlu u kemm minnhom għadhom ma mietux?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u jingħata f’xi seduta oħra.


IL-BAĦRIJA – TISWIJJA TAT-TRIQ LI QED TINTUŻA BĦALA DEVJAZZJONI
16904. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk it-triq li bħalissa qed tintuża bħala devjazzjoni bħala ħruġ mill-Baħrija, limiti tar-Rabat, hux se tiġi rranġata, dan minħabba l-ammont ta’ ħofor li hemm fiha u issa ser tibda tintuża kuljum?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li huma għaddejjin, mhumiex ta’ Transport Malta. It-triq li qiegħda tintuża bħala rotta ta’ devjazzjoni waqt dawn ix-xogħlijiet ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transport Malta.

IL-BAĦRIJA – QTUGĦ TA’ĦAXIX ĦAŻIN MIT-TRIQ LI QED TINTUŻA BĦALA DEVJAZZJONI
16905. L-ONOR. JOSEPH CASSAR staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-devjazzjoni li bħalissa qed tintuża bħala ħruġ mill-Baħrija, limiti tar-Rabat, hux se titnaddaf u jinqata’ l-ħaxix tat-triq kollha minħabba li huwa ta’ periklu kbir u jista’ jsir inċident?
ONOR. JOE MIZZI (Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura): Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

PERSUNI B’KANĊER TAL-PULMUN
16944. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew persuni diagnosed b’kanċer tal-pulmun dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Mil-liema lokalitajiet? Kif jikkomparaw dawn il-figuri mal-bqija tal-Ewropa?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar ħames snin (2009-2013), fir–Reġistru tal-Kanċer, kien hemm irrappurtat 967 każ ta’ kanċer tal-pulmun; 722 raġel u 245 mara.

PAZJENTI - KURA BARRA MINN MALTA
16945. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid kemm marru pazjenti għal kura barra minn Malta dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? Jista’ jagħti l-etajiet u s-sess tagħhom? Kemm kien il-kontribut finanzjarju tal-Gvern, sena b’sena, għal dan il-għan u f’liema pajjiżi ntbagħtu?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li pazjenti li nbagħtu għall-kura barra minn Malta kienu:
fl-2010 - 476 pazjent;

fl-2011 - 474 pazjent;

fl-2012 - 574 pazjent;

fl-2013 - 665 pazjent; u

fl-2014 - 696 pazjent.

Dawn il-pazjenti rċevew kura ġewwa l-Ingilterra, l-Italja, il-Ġermanja u l-Isvizzera.



SKEJJEL – GĦOTI TA’ TABLET GĦAL KULL STUDENT
16946. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm tqassmu tablets s’issa fl-iskejjel? F’liema lokalitajiet?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għadhom ma tqassmu l-ebda tablet fl-iskejjel għaliex l-inizjattiva One Tablet per Child għadha kemm temmet il-fażi tal-proġett pilota. Bħalissa qed issir l-analiżi tar-riċerka estensiva li saret waqt il-proġett pilota u dak li se joħroġ mir-riċerka se jiggwida d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu dalwaqt sabiex kif tħabbar diġà, it-tablets jingħataw lill-istudenti kollha tar-raba’ sena tal-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti f’Ottubru 2016.

KAROZZI REĠISTRATI F’MALTA
16947. L-ONOR. DEO DEBATTISTA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn karozzi reġistrati f’Malta? Ta’ liema ċilindrata? Kemm hawn minn kull ċilindrata? Kemm hawn hybrids? Kemm hawn tal-elettriku?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju 2015, f’Malta kien hawn 338,947 vetturi liċenzjati, hekk kif muri hawn taħt:


Vetturi liċenzjati sal-31 ta’ Mejju 2015

Qawwa tal-magna

Ammont ta’ Vetturi

sa u inklużi 1300cc

140,901

aktar minn 1300cc sa u inklużi 1449cc

39,218

aktar minn 1449cc sa u inklużi 1500cc

24,672

aktar minn 1500cc sa u inklużi 1800cc

40,656

aktar minn 1800cc sa u inklużi 2000cc

41,120

aktar minn 2000cc

52,380

Ninsab infurmat ukoll li sal-aħħar ta’ Mejju 2015 kien hawn 374 vetturi liċenzjati bħala hybrids u 213-il vettura tal-elettriku.



SIĠAR TAL-BAJTAR TA’ SAN ĠWANN
16997. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Billi jidher li numru sostanzjali ta’ siġar tal-bajtar ta’ San Ġwann mietu matul l-aħħar xhur, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru investigax ir-raġuni għal dan il-mewt ta’ siġar? Minbarra hekk, jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jitfassal xi pjan partikolari biex jitħawlu iktar minn dawn is-siġar biex tkun tista’ tiġi salvata din is-siġra partikolari?
ONOR. LEO BRINCAT (Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima): Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, il-mewt tas-siġar tal-bajtar ta’ San Ġwann u tin qed tiġi kkawżata minn insett magħruf bħala Hypocryphalus scabricollis (bark borer) li jtaqqab fiz-zokk tas-siġar. Dan l-insett ilu magħruf sewwa mal-komunità tal-bdiewa għal bosta snin.
Id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti għamel numru kbir ta’ spezzjonijiet matul l-aħħar snin qabel wasal għall-konklużjoni li dan l-insett qed jikkawża l-mewt ta’ dawn is-siġar. Id-Direttorat beda joffri għajnuna teknika dwar il-kontroll ta’ dan l-insett.
Il-Ministeru, permezz tad-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti, ħejja pjan ta’ azzjoni għall-kontroll tal-insett Hypocryphalus scabricollis li ġie preżentat għall-approvazzjoni tal-Bord għall-Protezzjoni tal-Pjanti. Il-pjan, li mistenni jiġi mniedi fil-ġimgħat li ġejjin, jinkludi azzjonijiet sabiex il-pubbliku jiġi mgħarraf aħjar dwar dan l-insett, dwar ir-riċerka, kif ukoll dwar it-tnissil ta’ dawn is-siġar permezz taċ-Ċentru ta’ Mikropropogazzjoni. L-għan aħħari hu li jiġi kkontrollat dan l-insett u jitħawlu siġar biex jissostitwixxu dawk li mietu.

RAPPORTI TA’ TUTA ABSOLUTA FIT-TADAM
16998. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk waslux rapporti ġodda ta’ preżenza tat-tuta absoluta fit-tadam, f’Malta u f’Għawdex? Jekk iva, x’passi qed jieħu l-Ministeru biex jassigura li ma nerġgħux nitilfiu ammont sostanzjali ta’ tadam bħalma kien ġara numru ta’ snin lilu? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru tax xi pariri partikolari dwar din il-problema?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, id-Direttorat għas-Saħħa tal-Pjanti jikkonferma li rċieva xi rapporti fejn jindikaw li l-inċidenza tat-tuta absoluta jista’ jkun reġgħet żdiedet xi ftit din is-sena meta mqabbla ma’ dawn l-aħħar snin.

Id-Direttorat kompla jagħmel spezzjonijiet ta’ monitoraġġ kemm fis-serer fejn issa l-produzzjoni waqfet, kif ukoll fl-għelieqi fejn bħalissa qed jitkabbar it-tadam għall-ipproċessar. Dan il-monitoraġġ iservi sabiex tiġi kkwantifikata l-problema ta’ infestazzjoni kif ukoll sabiex dan id-Direttorat ikun f’pożizzjoni li jagħti pariri u linji gwida fuq kif għandha tiġi kkontrollata l-marda, u milli tkompli tinfirex aktar.




ĊENTRU TAS-SAĦĦA TA’ RAĦAL ĠDID – ĦLAS LIL INDIVIDWU
17004. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li taħdem fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, taħdem żewġ Ħdud fix-xahar imma titħallas paga ta’ xahar sħiħ?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija titħallas skont kemm taħdem.

BIRŻEBBUĠA – ŻEJT FIL-BAJJA S-SABIĦA
17005. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-Bajja s-Sabiħa ma ġietx magħluqa minnufih mill-awtoritajiet tas-saħħa ambjentali meta feġġgħet roqgħa żejt nhar il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju 2015? Jista’ jgħid kemm-il siegħa għaddiet biex ittieħdet azzjoni wara li daħlu l-ewwel rapporti? Jista’ jikkonferma jekk l-għeluq tal-bajja kienx marbut mar-rapporti fil-media u fil-media soċjali?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bajja s-Sabiħa ngħalqet għall-għawm mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mal-ewwel indikazzjoni li seta’ kien hemm kontaminazzjoni viċin ix-Xatt, il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju. Il-pubbliku kien infurmat dwar dan permezz ta’ stqarrija għall-istampa. Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali reġa’ ħareġ stqarrija il-Ħadd biex ifakkar il-pubbliku li l-bajja kienet għadha magħluqa sakemm isiru t-testijiet neċessarji, liema bajja nfetħet għall-għawm nhar it-Tlieta, 17 ta’ Ġunju 2015.

SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX - KWALIFIKI TA’ IMPJEGATI
17006. L-ONOR. CLAUDETTE BUTTIGIEG staqsiet lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex membri tal-istaff tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex qed jintalbu jgħidu x’inhuma l-kwalifiki tagħhom fuq livell individwali u personali?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qiegħed isir sabiex id-dipartiment tal-HR ikollu r-records kompluti.

SPTAR KAREN GRECH - KWALIFIKI TA’ IMPJEGATI
Yüklə 183,94 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə