Dibattiti tal-kamra tad-deputati


GĦAWDEX – UŻU MIN-NIGHT SHELTER



Yüklə 183,94 Kb.
səhifə9/10
tarix15.08.2018
ölçüsü183,94 Kb.
#62703
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10

GĦAWDEX – UŻU MIN-NIGHT SHELTER
17164. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jagħmlu użu min-night shelters f’Għawdex?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm persuna waħda li qed tagħmel użu minn night shelter ta’ Dar Padova, f’Għajnsielem Għawdex.

DJAR RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ - STANDARDS
17165. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards li se jkunu qed jiġu segwiti fid-Djar Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-eżerċizzju fuq standards li se jkunu segwiti fid-Djar Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità huwa lest u dalwaqt se jkun qiegħed ippubblikat għall-pubbliku.

DJAR RESIDENZJALI GĦAL PERSUNI B’DIŻABILITÀ – KONSULTAZZJONI DWAR STANDARDS
17166. L-ONOR. ROBERT CUTAJAR staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid ma’ min saret konsultazzjoni (jekk saret) fit-tfassil tal-istandards għad-Djar Residenzjali għal Persuni b’Diżabilità?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

UNITS TAD-DAWL – KAŻ TA’ INDIVIDWU
17167. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, rigward units tad-dawl?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie mistħarreġ u qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiġi solvut fl-iqsar żmien possibbli.

KAŻ LI JIKKONĊERNA S-SIGURTÀ SOĊJALI – KAŻ TA’ INDIVIDWU
17168. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward każ ta’ sigurtà soċjali?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix intitolata għal Pensjoni Kontributorja għax qatt ma ħallset kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u lanqas ma hi intitolata għal Pensjoni tal-Età mhux kontributorja għaliex ma tissodisfax it-test tal-mezzi.

TRASPORT PUBBLIKU – KAŻ TA’ INDIVIDWU
17169. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward każ li għandha dwar it-trasport pubbliku?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li uffiċjal minn Transport Malta tkellem mal-persuna li d-dettalji tagħha ngħataw separatament, rigward każ li jikkonċerna t-trasport pubbliku.

KORPORAZZJONI GĦAS-SERVIZZI TAL-ILMA – KAŻ TA’ INDIVIDWU
17170. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward każ mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru diversi tentattivi min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tiġi kkuntattjata l-persuna msemmija iżda sfortunatament bla suċċess. Intant, il-każ se jibqa’ jiġi segwit sakemm b’mezz jew ieħor il-konsumatur jintlaħaq.

GĦAWDEX – CRUISE LINERS
17171. L-ONOR. ROBERT ARRIGO staqsa lill-Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk kienx hemm cruise liner li kellu jidħol Għawdex f’dawn l-aħħar għaxart ijiem u ma daħalx? Jekk hu vera, x’raġuni kien hemm għal dan? Kemm hu previst li se jidħlu cruise liners f’Għawdex din is-sena?
ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS: Ninforma lill-Onor. Interpellant li wieħed mill-vapuri tal-passiġġieri li kellu jidħol Għawdex f’Ġunju, ma żarx il-gżira minħabba tibdil fl-itinerarju tal-Mediterran mill-operatur barrani. Skont il-lista uffiċjali aġġornata minn Transport Malta, il-vapuri li inkludew lil Għawdex fl-itinerarju tagħhom għall-2015, huma 22.

INDIVIDUAL INVESTOR PROGRAMME (IIP) - APPLIKAZZJONIJIET RIFJUTATI
17174. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet tal-Individual Investor Programme (IIP) ġew rifjutati u fuq liema bażi?
ONOR. CARMELO ABELA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont t’applikazzjonijiet rifjutati minħabba li ma laħqux il-kriterji stipulati, jammonta għal 16.

INDIVIDUAL INVESTOR PROGRAMME (IIP) – PROĠETTI MID-DĦUL TAL-PROGRAMM
17175. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Prim Ministru: Peress li l-Prim Ministru kien jgħid li permezz tad-dħul mill-Individual Investor Programme (IIP) se jsiru proġetti li qatt ma rajna bħalhom, jista’ jelenka l-lista ta’ proġetti li huma ppjanati li se jsiru mill-gvern bil-flus li se jidħlu mill-IIP?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej il-proċess biex jitwaqqaf il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, li min-naħa tiegħu se jkun qed jiddentifika l-proġetti msemmija.

PITKALIJA – TIBDIL TA’ KUPUNI TAL-KAXXI
17176. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħat kien hemm bidla fil-biljetti li jintużaw fil-Pitkalija?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, it-tibdil ta’ kupuni tal-kaxxi tal-Pitkalija beda f’Ottubru tal-2014 u għalaq ftit tal-ġranet ilu. Il-bdil sar ma’ kupuni li issa huma iktar diffiċli li jkunu falsifikati.

PITKALIJA – TIBDIL TA’ KUPUNI TAL-KAXXI
17177. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’wassal għal din il-bidla fil-biljetti li jintużaw fil-Pitkalija? Jista’ jispjega kif saret it-transizzjoni? X’pre-avviż ingħata u kemm ingħata żmien biex wieħed jibdel minn sistema għall-oħra? Kemm ingħata żmien biex persuna tbiddel il-biljetti l-qodma għal dawk ġodda? Ingħatat soluzzjoni għal min inqabad b’ammont ta’ biljetti antiki biex jibdilhom għal dawk ġodda?
ONOR. LEO BRINCAT: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont informazzjoni mgħoddija lili mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari, ir-raġuni primarja għalfejn inbidlu l-kupuni hija li kien hemm numru konsiderevoli ta’ kupuni foloz fl-idejn, kif ukoll għax il-kupuni l-antiki setgħu jiġu faċilment ikkupjati. Il-kupuni l-ġodda ġew maħduma b’tali mod illi jkun diffiċli ferm li dawn jiġu kkupjati. Il-kupuni bdew jinbidlu bil-mod sa minn Ottubru 2014. Wara li għaddew numru sew ta’ xhur li fihom kien hemm żmien biżżejjed li kulħadd jinduna x’qed jiġri, ġie deċiż li jkun magħluq iż-żmien li fih setgħu jinbidlu l-kupuni anke biex tkun evitata l-possibilità potenzjali li xi ħadd jipprova jaċċellera xi falsifikazzjonijiet.
Għalhekk fis-6 ta’ Mejju 2015 inħareġ avviż ġewwa l-Pitkalija li l-kupuni l-antiki se jibqgħu jiġu aċċettati sat-22 ta’ Mejju 2015, fejn dan il-perjodu ġie estiż sat-12 ta’ Ġunju 2015 b’avviż ieħor li nħareġ fil-25 ta’ Mejju 2015. Dawn l-avviżi ġew ippubblikati wkoll fil-Gazzetta tal-Gvern nhar it-12 ta’ Mejju kif ukoll fit-2 ta’ Ġunju 2015.
Barra minn hekk, f’kull każ intbagħtu SMSs lill-bdiewa kollha li huma rreġistrati mal-ARPA.

TIRQ PRINĊIPALI LI MIX-XEMXIJA TWASSAL SAL-MELLIEĦA - TRIQ DAWRET IN-NAWFRAĠJU
17178. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16912, jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba, u dan speċifikament b’referenza għal dik il-parti tat-triq li tinsab eżatt wara t-traffic lights u salib it-toroq ma’ Triq Dawret in-Nawfraġju?
ONOR. JOE MIZZI: Nerġa’ nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħti aktar dettalji dwar il-periklu previst fl-imsemmija triq.

FOND GĦALL-KAWŻI ĠUSTI – APPLIKAZZJONIJIET GĦAL FONDI
17180. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal fondi mill-Fond għall-Kawżi Ġusti u min applika għal dawn il-fondi?
ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.

RESPONSIBLE GAMING FOUNDATION – BENEFIĊJARJI
17181. L-ONOR. KRISTY DEBONO staqsiet lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jelenka separatament il-benefiċjarji u l-ammonti allokati għalihom li gawdew mir-Responsible Gaming Foundation, mit-tnedija tiegħu sal-lum?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-benefiċjarji tar-Responsible Gaming Foundation huma dawk in-nies li sfortunatament ikollhom problema bil-logħob. Madanakollu l-fondazzjoni nediet Corporate Social Responsability Programme sabiex għaqdiet u organizzazzjonijiet oħra li joffru attivitajiet alternattivi għal-logħob tal-azzard ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi allokati. Dan il-programm ġie mniedi permezz ta’ konferenza stampa fid-19 ta’ Dicembru 2015. Is-sejħa għall-applikazzjonijiet kienet miftuħa bejn it-2 ta’ Frar 2015 u s-27 ta’ Frar 2015 u kienet reklamata fuq il-gazzetti lokali, fuq is-sit soċjali Facebook u fuq il-website tal-Fondazzjoni. B’kollox daħlu 31 applikazzjoni li minnhom ġew magħżula 21 b’total ta’ €92,650.84.

IL-MOSTA – BDIL FL-ENFITEWTA TA’ ART
17185. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk f’dawn l-aħħar sentejn kienx hemm bdil fl-enfitewta tal-art fejn sa ftit żmien ilu kien hemm il-fabbrika tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li tinsab fil-limiti tal-Mosta? Jekk iva, jista’ jgħid xi proċedura ntużat?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-art li fuqha kien hemm mibnija l-fabbrika tal-individwu li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, ilha li nbiegħet mill-Gvern sa mill-2005 permezz ta’ kuntratt ta’ tpartit.

IAID – INVESTIGAZZJONI FUQ L-ESPROPRJAZZJONI TA’ POST FI STRADA ZEKKA
17186. L-ONOR. RYAN CALLUS staqsa lill-Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li ngħataw lill-Internal Audit Investigations Department (IAID) meta ntalbu sabiex jinvestigaw l-esproprjazzjoni ta’ Strada Zekka?
ONOR. JOSEPH MUSCAT: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-artikolu 16 tal-Kap.461 li jispeċifika kif isiru investigazzjonijiet mill-IAID. Kien fuq din il-bażi li jien tlabt l-investigazzjoni li qed issir riferenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-IAID għandu kull fakultà li bla rbit ta’ xejn jinvestiga dak li jidhirlu li għandu jinvestiga.

RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL – PROĊEDURI DIXXIPLINARJI FIL-KONFRONT TA’ IMPJEGATI
17187. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16902 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16391, jista’ l-Ministru jgħid għaliex sebgħa mit-tmien każijiet rigward assenza minn fuq il-post tax-xogħol mingħajr awtorizzazzjoni ngħataw kastig, filwaqt li ma ttieħdu l-ebda passi dixxiplinarji kontra l-persuna indikata fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 16656? Jista’ jgħid x’inhi d-differenza fil-każijiet imsemmija u għaliex l-awtoritajiet tar-Residenza San Vinċenz de Paul imxew b’mod differenti bil-konsegwenza li ġiet aġevolata l-persuna msemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16656?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-raġuni għaliex il-persuna kkonċernata ma ttieħdu ebda passi kontriha hija li kif diġà informajt lill-Onor. Interpellant, il-persuna infurmat lill-kollega tas-sezzjoni qabel kienet assenti mill-post tax-xogħol, fl-istess waqt li hija wkoll kienet koperta bit-temporary absence record sheet. Mill-banda l-oħra, il-persuni kkonċernati li referenza għalihom qed issir fil-mistoqsija parlamentari 16391, ġew mogħtija kastig għaliex bid-differenza għall-mod ta’ kif imxiet il-persuna msemmija hawn fuq, dawn is-seba’ persuni ma kienu infurmaw lil ħadd li se jassentu ruħhom temporanjament u anqas kienu koperti bit-temporary absence record sheet.

IL-BELT VALLETTA – DJAR TAL-AWTORITÀ TAD-DJAR LI BIDLU L-INKWILIN
17188. L-ONOR. PAULA MIFSUD BONNICI staqsiet lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16979 u jgħid bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija, kemm-il dar li taqa’ taħt l-Awtorità tad-Djar li jinsabu fil-Belt Valleta bidlet l-inkwilin? Jista’ jgħid liema huma dawn id-djar? Jista’ jgħid bejn l-1 ta’ Marzu 2013 sad-data li qed issir din il-mistoqsija, kemm-il dar vojta li taqa’ taħt l-Awtorità tad-Djar u li jinsabu fil-Belt Valletta issa ġew mgħoddija lill-applikanti? Jista’ jgħid liema huma dawn id-djar?
ONOR. MICHAEL FARRUGIA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Marzu 2013 sal-15 ta’ Ġunju 2015, kienu tlieta l-appartamenti li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li jinsabu ġewwa l-Belt Valletta u li bidlu l-inkwilin. In-numru ta’ appartamenti li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar fil-Belt Valletta u li ġew mgħoddija lill-applikanti kien ukoll ta’ tlieta. Id-dettalji tal-postijiet konċernati tista’ ssir referenza għalihom fit-tabella t’hawn taħt:


Indirizz tal-appartament

Raġuni

L-appartamenti li sarilhom tibdil fl-inkwilin

Triq San Nikola, Valletta

Bdil ta’ inkwilin ma’ inkwilin ieħor

Triq il-Merkanti, Valletta

Bdil ta’ inkwilin permezz ta’ rikonoxximent

Triq il-Merkanti, Valletta

Bdil ta’ inkwilin permezz ta’ rikonoxximent

L-appartamenti li ġew mgħoddija lill-applikanti

Triq Sant Ursola, Valletta

Allokazzjoni

Triq Sant’ Ursola, Valletta

Allokazzjoni

Triq ir-Repubblika, Valletta

Allokazzjoni


12-IL DISTRETT- TISWIJA TA’ MAINS TAL-ILMA
17194. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-partijiet mhux imwieġba tal-mistoqsija parlamentari 16970 u ċjoè, jgħid kemm-il darba l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew imsejħa biex isewwu ħsarat li seħħu fil-mains tal-ilma matul din is-sena, fil-lokalitajiet tat-12-il distrett (il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar)? Meta saru dawn is-sejħiet u fejn kienu l-ħsarat li ġew irrapportati?
ONOR. KONRAD MIZZI: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16970 fejn fiha hemm indikat ċar kemm-il darba l-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġew imsejħa biex isewwu ħsarat imsemmija matul din is-sena fil-lokalitajiet tat-12-il distrett.

SAN PAWL IL-BAĦAR - TRIQ IX-XAGĦRA TAL-BANDIERI - XOGĦLIJIET
17195. L-ONOR. ĊENSU GALEA staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16981, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk id-diffikultajiet legali li kien hemm mas-sidien tal-art fejn se tgħaddi t-triq ġewx megħluba u jekk iva, kif?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq xogħlijiet ta’ asfaltar għall-ewwel darba wara li triq tkun iffurmata mis-sidien jew żviluppaturi. Fir-rigward ta’ Triq ix-Xagħra tal-Bandieri, abbażi tal-artikolu 14 tal-Avviż Legali Nru 39 tal-2010, is-sidien kienu mfakkrin dwar l-obbligu tagħhom li jifformaw it-triq, inkluż l-akkwist ta’ art neċessarja għall-istess formazzjoni, permezz ta’ avviż li ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-12 ta’ Diċembru 2014.

BINI TA’ TOROQ ĠODDA JEW EXTENSIVE PATCHING – XOGĦOL MOGĦTI B’DIRECT ORDER
17196. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16816, jista’ l-Ministru jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’tender jew jekk ingħatax b’direct order? Jista’ jgħid min kien/u l-kuntrattur/i li ħadmu dan ix-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-mistoqsija parlamemntari 16816, Transport Malta timxi mar-regolamenti u proċeduri li jikkonċernaw nfiq pubbliku (public procurement). Fil-każ ta’ direct orders, ikun hemm raġuni speċifika għall-għoti tagħhom u dawn dejjem jiġu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi.

RAILINGS U CRASH BARRIERS
17197. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16815, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn ir-railings u crash barriers ingħatawx b’direct order jew inħarġitx tender? Jekk inħareġ tender, jista’ jagħti r-referenza tat-tender li nħareġ? Jekk ingħata b’direct order, jista’ jgħid liema kumpanija kienet inkarigata biex tagħmel dan ix-xogħol?
ONOR. JOE MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwantitajiet ikkwotati fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 16815 ġew allokati permezz ta’ dawn it-tenders segwenti:


- TM 084/2012

- TM 085/2012

- TM 087/2012

- TM 270/2012

- TM 279/2012

- TM 100/2015

- CT 3077/2013 & CT 3078/2012 (Triq il-Kosta)



- CT3170/2013 (MODUS).


EKS MALTA SHIPBUILDING – PERSUNI INGAĠĠATI BĦALA SECURITY OFFICERS
17198. L-ONOR. BEPPE FENECH ADAMI staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16639 u 15879 u jgħid kemm hemm nies li ġew ingaġġati sabiex iservu bħala security fuq is-sit magħruf bħala l-Malta Shipbuilding fil-Marsa minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid kif ġew ingaġġati dawn in-nies, ma’ liema entità governattiva ġew ingaġġati, x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, x’inhi l-paga li qed jirċievu u kif inhuma x-xiftijiet tax-xogħol tagħhom? Jista’ jgħid kienx hemm sejħa pubblika għal dawn il-postijiet tax-xogħol? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet kollha tan-nies li ġew ingaġġati bħala security fis-sit imsemmi minn Marzu 2013 sal-lum? Jista’ jgħid mil-liema distretti elettorali ġejjin dawn in-nies li ġew ingaġġati?
ONOR. CHRIS CARDONA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’xi seduta oħra.
SPTAR MATER DEI – KAŻ TA’ INDIVIDWU LI JIKKONĊERNA OPERAZZJONI PENDENTI
17205. L-ONOR. SILVIO PARNIS staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa: Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward operazzjoni li ilha pendenti għal aktar minn erba’ snin?
ONOR. KONRAD MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ qed jiġi investigat.

ETC - SKEMI BIEX JGĦINU FL-IMPJIEG TA’ ĦADDIEMA ĠODDA
17208. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi miftuħin mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ biex jgħinu fl-impjiegi ta’ ħaddiema ġodda? Jista’ jgħid liema huma dawn l-iskemi u kemm għajnuna tingħata fuq il-paga u l-bolla tal-istess ħaddiema ġodda?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-1 ta’ Ġunju 2015 il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ nediet l-iskema Access to Employment (A2E). Għalissa din l-Iskema fetħet biss għall-impjiegi ta’ persuni b’diżabilità. Meta jkunu se jiġu impjegati persuni li jikkwalifikaw f’dan il-grupp, min ikun se jħaddem huwa eliġibbli li japplika għal sussidju sa massimu ta’ €125 fil-ġimgħa meta l-impjieg ikun full-time (40 siegħa). Meta l-impjieg ikun part-time (20/25/30 siegħa) is-sussidju jkun kalkulat pro-rata. Barra minn hekk, min iħaddem jista’ jitlob eżenzjoni mill-ħlas tal-parti tal-bolla tiegħu b’relazzjoni mal-impjieg tal-persuna b’diżabilità.

GĦALLIEMA – LI APPLIKAW GĦAL PAID STUDY LEAVE
17209. L-ONOR. GEORGE PULLICINO staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16896, jista’ l-Ministru jgħid kemm intgħażlu għalliema mill-21 li applikaw għal paid study leave?
ONOR. EVARIST BARTOLO: Ninsab infurmat li huwa ppjanat li l-lista tal-benefiċjarji tkun ippubblikata sal-aħħar ta’ Ġunju.

LAQGĦAT TA’ DJALOGU MAL-PUBBLIKU
17210. L-ONOR. TONIO FENECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgha ta’ djalogu saret mal-pubbliku bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ l-Ministru jgħid fejn saru dawn il-laqgħat?
ONOR. GEORGE VELLA: Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi saru tliet laqgħat ta’ djalogu mal-pubbliku:
3 ta’ Ġunju 2013 - Berġa ta’ Kastilja, Valletta

21 ta’ Frar 2014 - Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta



2 ta’ Diċembru 2014 - Pjazza San Ġorg, Valletta.

COMMERCIAL AND ECONOMIC DIPLOMACY UNIT
17211. L-ONOR. TONIO FENECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid jekk twaqqafx il-Commercial and Economic Diplomacy Unit u minn fejn qed jopera?
ONOR. GEORGE VELLA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari 7540 u nżid li minn dakinhar ma żdidux uffiċjali oħra f’dan il-Unit.

KONSLI ONORARJI – PROĠETTI MIĠJUBA LEJN MALTA
17212. L-ONOR. TONIO FENECH staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proġett ġabu Malta l-Konsli Onorarji mid-9 ta’ Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Mejju 2015 hekk kif mitlub minnu fil-laqgħa tal-Konsli Onorarji li saret fis-sajf tal-2013? Jista’ jagħti elenku ta’ dawn il-proġetti u jgħid kemm ħolqu impjiegi f’Malta u Għawdex?
ONOR. GEORGE VELLA: Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 7541, u ntenni li l-offerta magħmula f’dik ir-risposta għadha miftuħa.

SPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX – IMPJEGATI MA’ KUNTRATTURI PRIVATI
Yüklə 183,94 Kb.

Dostları ilə paylaş:
1   2   3   4   5   6   7   8   9   10




Verilənlər bazası müəlliflik hüququ ilə müdafiə olunur ©genderi.org 2024
rəhbərliyinə müraciət

    Ana səhifə